Hin: 10.23am
Post: Ufficcju Amministrattiv, Kunsill Lokali l-Gharb
Il-laqgha bdiet b’dawn il-membri prezenti:-
David Apap Agius ~ Sindku
Carmen Vella ~ Vici Sindku
Emanuel Muscat ~ Kunsillier
Shirley-Anne Cecchini ~ Kunsillier
Anthony Camilleri ~ Kunsillier
Emily Amatulli-Depasquale ~ Segretarju Ezekuttiv
L-Ambaxxatrici V16, Katrina Grima ma setghetx tattendi ghal-laqgha u ghalhekk kienet qed tigi skuzata.
AGENDA
1. Approvazzjoni tal-Minuti tas-62 laqgha.
2. Program Attivita’ Frenc ta’ l-Gharb.
3. Network of Twinned Towns.
4. Audited Financial Statements.
5. Progetti u Xogholijiet.
6. Skeda ta’ Pagamenti.
7. Cirkularijiet tad-Dipartiment Gvern Lokali.
8. Korrispondenza u materji ohra.
9. Aggornament.
_____________________________________________________________________________________
1.0 Approvazzjoni tal-Minuti tas-62 laqgha
1.1 Il-Minuti gew approvati u ffirmati bhala dokument korrett.
2.0 Program Attivita’ Frenc ta’ l-Gharb
2.1 Is-Sindku spjega li kif diga gie diskuss ma’ l-Arcipriet u kien hemm qbil li ssir Quddiesa qabel l-attivita’ u f’kaz ta’ maltemp l-attivita’ ukoll ssir gewwa l-Knisja. Inqara il-programm u kien hemm qbil dwaru. Saret diskussjoni dwar l-inviti li jridu jintbghatu fejn fosthom iridu jigu mistiedna l-Onor. Stefan Buontempo, membri parlamentari Ghawdxin, l-Onor. Owen Bonnici u d-Direttur tal-Kunsilli. Il-Kunsill qabel ma’ dan u qabel ukoll li jekk il-President ta’ Malta ma tkunx ha tigi, ghandu jigi mistieden il-Minstru ghal Ghawdex minflokha.
Fil-prezent qeghdin jigu kkuntatjati n-nies sabiex isiru l-poeziji li ser jinqraw fil-gurnata. Il-Vici Sindku suggeriet sabiex jintuzaw anke il-poeziji miktuba minn Frenc ta’ l-Gharb waqt l-attivita’. Il-Kunsill qabel ma’ dan is-suggeriment.
Is-Sindku issugerixxa sabiex ghall-attivita’ jigi mistieden il-kor tal-parrocca. Il-Kunsill qabel ma’ dan is-suggeriment. Sar suggeriment ukoll sabiex jinghad ir-ruzarju gewwa id-dar ta’ Frenc ta’ l-Gharb.
Il-membri gew infurmati li giet ikkrejata pagna fuq il-midja socjali FaceBook ta’ l-attivita’ fejn dawk li ircevew miraklu gew mistiedna sabiex jikkuntatjaw lill-Kunsill u jghidu l-esperjenza taghhom waqt is-serata.
Shirley-Anne Cecchini ssuggeriet sabiex jintwera filmat dwar dan il-personagg. Gie innotat li l-filmat li jezisti qieghed fuq Youtube u mhux ta’ format tajjeb biex jintwera fuq projector. Li jista’ jsir huwa li tigi kkuntatjata l-familja biex jekk ghandha kopja tisilfu ghal din is-serata.
3.0 Network of Twinned Towns
3.1 Is-Sindku rringrazzja lill-kulhadd tal-partecipazzjoni sabiha li kien hemm ghall-attivita’ li saret gewwa l-Irlanda. Huwa spjega li d-dati li jmiss li jinkludu Praga u Polonja huma bejn it-30 ta’ Ottubru u 5 ta’ Novembru, 2017. Dawn ser jigu segwiti bil-konkluzjoni u gheluq tal-progett li ser isir jew bejn it-13 u 19 ta’ Novembru jew bejn l-20 u 26 ta’ Novembru.
Il-Vici Sindku ssugeriet li l-konkluzjoni l-ahjar issir ghall-ahhar ta’ Novembru sabiex ikun hemm aktar hin wara z-zjara ta’ Praga u Polonja ghall-preparazzjoni.
Gie spjegat li fl-istess waqt ta’ l-gheluq tal-progett tan-Network of Twinned Towns ser ikun hem ukoll il-progett tal-Youths li dan ukoll ser jinghalaq.
3.2 Is-Sindku issugerixxa li waqt il-granet ta’ l-gheluq ser ikun hemm konferenza u l-bqija tal-granet ser ikunu attivitajiet. Skond il-budget disponibbli l-Kunsill ser jara kemm ser jigu mistiedna nies. Huwa fakkar ukoll li l-zjara ta’ l-Olanda ser issir bejn it-22 u 28 ta’ Awissu. Is-Sindku stieden lill-Kunsilliera sabiex min hu interessat ghandu javvicina lis-Segretarju Ezekuttiv sa l-ahhar tal-gimgha peress li jridu jinghalqu l-affarijiet.
4.0 Audited Financial Statements
4.1 Gie spjegat li l-Kunsill s’issa ghadu ma rcieva xejn u kif jaslu l-Kunsill ser ikun qed jerga’ jiltaqa’ sabiex dawn jigu approvati.
5.0 Progetti u xogholijiet
5.1 Is-Sindku spjega li kif diga gie spjegat fil-laqghat precedenti, l-Kunsill ser ikun qed jibda’ xogholijiet fi Triq Birbuba u Triq il-Madonna tal-Virtu’. Dawn ix-xogholijiet iridu jitlestew sal-festa jew ikunu f’fazi li ma ttelifx mill-andament tal-festa. Huwa previst li l-gimgha d-diehla jinbdew ix-xogholijiet. Is-Sindku informa lill-Kunsill li iktar tard wara l-laqgha tal-Kunsill ser issir laqgha mat-Transport Malta u l-kuntrattur dwar l-immanigjar tat-traffiku. It-traffiku jrid jigi devjat ghal San Lawrenz u t-transport pubbliku ser jigi ssugerit sabiex jidhol sal-pjazza u l-parti t’isfel ta’ l-Gharb jigu minn San Lawrenz ghal Triq San Pietru. Dan pero’ huwa suggett ghall-approvazzjoni min-naha tat-Transport Malta.
5.2 Anthony Camilleri staqsa kemm ser jinghata zmien il-kuntrattur sabiex jitlesta x-xoghol. Is-Sindku spjega li sa nofs Gunju irid jistlesta’ l-ewwel layer. Anthony Camilleri qal li fl-opinjoni tieghu dan huwa zmien qasir biex jilhaq jitlesta.
Is-Sindku spjega li l-problema huwa l-main ta’ l-ilma li jrid jinbidel u l-culvert tat-triq u mhux ir-resurfacing. Is-Sindku qal li kif jidher minn nofs it-triq ‘l isfel jidher li huwa tajjeb u l-problema tidher li qeghda fil-parti ta’ fuq. Problema ohra tista’ tkun mir-residenza ‘Vizitazzjoni’ ‘l isfel.
Sar suggeriment sabiex meta tinghalaq Triq Virtu’ sakemm ikun possibli tintuza l-parti fejn hemm il-flats tal-Virtu’. Gie innotat li din il-parti hija privata u sabiex titranga anke b’mod temporanju tigi tiswa ammont sostanzjali ta’ flus. L-unika soluzzjoni huwa li jigi avvicinat is-sid u wiehed jara x’jista’ jsir.
Is-Sindku qal li fil-parti fejn hemm il-flats, il-Kunsill irid jiddeciedi jekk din hux ser issir.
Anthony Cassar qal li wara d-djar hemm culvert ghaddej. Gie innotat li l-Kunsill precedenti ma kienx qabel li dan jghaddi minn wara d-djar. Is-Sindku ssugerixxa li din il-parti tat-triq titbaxxa.
Tkompliet id-diskussjoni dwar il-livelli tat-triq.
10.54am Il-Vici Sindku talbet sabiex tigi skuzata u harget mill-kamra.
Is-Sindku qal li wiehed irid jara sewwa l-livelli tat-triq li jkun sewwa ghal kulhadd u mhux li titranga min-naha u tigi hazin minn ohra. Fuq nota ohra gie innotat li wiehed irid jara jekk il-parti ta’ fejn hemm il-bankina wisa’ fuq in-naha tal-lemin int u niezel hijiex privata jew le halli kif tkun qeghda ssir it-triq jitranga kollox kif suppost.
10.57am Il-Vici Sindku regghet dahlet lura fil-kamra.
Is-Sindku qal li l-ewwel haga huwa li naraw l-immanigjar tat-traffiku kif ser issir u wara jigu deciz materji ohra relatati. Sadanittant il-kuntrattur irid jara jekk humiex ghaddjin cables tad-dawl u servizzi ohra. Emanuel Muscat qal li sakemm jaf hu m’hemmx cables apparti dak li sejjer ghal Triq Trux.
Il-Kunsill qabel li ghandu jerga’ jiddiskuti dan ix-xoghol fl-laqghat ohra.
Il-Kunsill qabel ukoll li jekk ikun ser jinbeda x-xoghol il-gimgha d-diehla ghandhom jitwahhu boards li jindikaw li qed isir ix-xoghol anke fil-bidu ta’ Triq il-Knisja u jitqassru ittri mar-residenti.
Emanuel Muscat qal li jekk ikun hemm No Entry min jidhol huwa ghar-riskju tieghu. Is-Sindku qal li l-kuntrattur irid jiehu hsieb l-immanigjar tat-traffiku u li jiehu l-prekawzzjonijiet mehtiega.
Il-Kunsill qabel li meta tinghalaq it-triq iridu jigu infurmati ukoll tal-KIP, tal-Gas, Ambulanza u servizzi ohra relatati.
Is-Sindku spjega li kif diga gie diskuss precedentament il-kuntrattur ser ikollu sa nofs Gunju biex jehles ix-xoghol jew ikun f’stat li t-triq tkun miftuha ghal granet tal-festa. Dawn ix-xogholijiet ser jinkludu ukoll iz-zona ta’ wara l-Knisja u t-tieni layer ta’ Triq Dun Alwig Mizzi peress li din kien ghad baqa li jsirilha layer iehor.
Saret diskussjoni dwar kif ser jinghata it-tieni layer ta’ Triq Dun Alwig Mizzi fejn wiehed irid joqghod attend minhabba t-taqlib ta’ l-ilma. Is-Sindku qal li l-probabilita’ li l-parti minn fejn ir-residenza tal-familja Buttigieg ghal Pjazza irid jinqaleb lejn il-Pjazza pero’ dan jiddependi mix-xoghol.
Is-Sindku qal li l-istima tal-Culvert qeghda madwar €130,000. Il-Kunsill irid jara l-ewwel l-finanzi disponibbli. Is-Sindku qal li x-xogholijiet iridu jsiru skond il-kuntratt tal-PPP u l-budget ma jistax jinqabez. Il-Kuntrattur huwa kommess li jwettaq ix-xogholijiet skond il-kuntratt. Jekk jinqalghu xi xogholijiet extra dawn
Gie spjegat ukoll li ix irridu naraw ghalihom waqt l-andament tax-xoghol.
5.3 Is-Sindku qal li bhala xogholijiet ohra ghandha Sqaq tas-Sorijiet. Liema xogholijiet ser jintuza il-kuntatt tal-PPP jekk il-kuntrattur ma ssibx problema.
5.4 Xogholijiet ohra jinkludu s-sqaqien ta’ Triq Frangisk Portelli li bhal ta’ qablu ser ikun ikkuntatjat il-kuntrattur u ser naraw jekk jaqbilx mar-rati sabiex immexxu.
5.5 Gie spjegat ukoll li xogholijiet fuq in-night shelter huma ghaddejin. Huwa spjega li kien hemm problemi fil-Qorti minhabba girien pero’ issa jihder li kollox huwa miftiehem u x-xogholijiet qeghdin jitkomplew biex jigu ffinalizzati malajr.
Huwa zied jghid li fl-ewwel u t-tieni gimgha ta’ Mejju l-Onor. Justyne Caruana ser tigi sabiex tpoggi gebla kommemorattiva. Il-Kunsilliera ser jigu mistiedna ghal din l-okkazjoni u ghalhekk kif ikollna d-data finalizzata ser ikunu avzati.
5.6 Gie spjegat ukoll li x-xogholijiet ohra li ser isiru fil-granet li gejjin huwa l-upgrade tal-mulch liema xoghol ser jitwettaq mill-haddiema tal-Kunsill fil-playing field ta’ Triq Tumas Cassar. Maghhom qed isiru ukoll xogholijiet ta’ manutenzjoni fuq l-istess playing field.
5.7 Is-Sindku spjega ukoll li ser ikollna possibilita’ ukoll li napplikaw ghall-progett ta’ aktar accessibilita’ liema progett irid jinkludi fih bankini u zoni fil-lokalita’ aktar accessibli.
Gie innotat li hemm problema ukoll minhabba n-numru ta’ flats li qed jinbieghu minghajr garaxx u ghaldaqstant tinholoq problema fejn il-vetturi jithallew fit-triq. Kien suggerit li ghandha tkun informata l-awtorita’ ta’ l-Ippjanar u l-awtoritajiet dwar din il-problema sabiex tinstab soluzzjoni.
Emanuel Muscat issugerixxa sabiex l-amministratur tal-flats izomm kuntatt mall-Kunsill dwar dak li jkun qed jigri.
Il-Kunsill qabel li ghandha ssir laqgha mas-sidien tal-progett tal-flats li qed jinbnew fiz-zona tal-Wilga li huma is-Sur Joseph Portelli u s-Sur Mark Agius fejn jigi diskuss anke dwar il-problema taz-zibel li ser tinholoq fejn jigi ssugerit lilhom sabiex issir garbage room.
5.8 Is-Sindku informa lill-Kunsill li fil-jiem li gejjin l-electrician ser jaghmel it-tiswijiet mehtiega fuq il-funtana tal-pjazza fejn ser tinbidel il-pompa ta’ l-ilma.
5.9 Fir-rigward tal-Monument ta’ Jum l-Gharb, is-Sindku informa lill-Kunsill li l-artist Adonai Camilleri Cauchi jinstab impenjat hafna u ghaldaqstant ma setax jahdem fuq disinn ghal dan il-monument. Is-Sindku issugerixxa li ghandu jigi avv icinat artist iehor li jkun jista’ jwettaq dan id-disinn bhal ma huwa s-Sur Manuel Farrugia jew xi hadd iehor. Dan ghandu jitwettaq matul din il-gimgha. Is-Sindku zied jghid li l-monument irid ikollu tlett plakki kommemorattivi sabiex ifakkar it-tlett inizjattivi li hadu l-Kunsilli precedenti sabiex ifakkar dan l-jum hekk ghaziz. Il-Kunsill qabel li ghandu jmexxi biex isir id-disinn fuq dan il-monument.
5.10 Gie spjegat ukoll li l-monument ta’ Triq l-Gharb, qed tinhadem l-offerta’ peress li l-kwotazzjonijiet gew madwar €7000.00.
5.11 Is-Sindku spjega li fir-rigward tal-monument ta’ Frenc ta’ l-Gharb intbghatet talba lil Ministeru ghal Ghawdex sabiex issirlu l-manutenzjoni qabel l-okkazjoni tad-19 ta’ Mejju.
5.12 Is-Sindku qal li qeghda tinhadem expression of interest sabiex ikun jista’ jopera ic-child care centre. Apparti dan il-permess li qed jintalab ser ikollu estensjoni tac-centru fejn ser jinkludi fih il-garage tal-Kunsill ukoll. Ghaldaqstant il-materjal li bhalissa jinsab fil-garage irid jitnehha minn hemm. Gie spjegat li l-Kunsill ghandu zewg ghazliet jew li jikri garage jew tnejn minflok dak prezenti jew inkellha jixtri wiehed li f’dan il-kaz xorta mhemmx ghalfejn li tinhareg offerta’. Is-Sindku issugerixxa li nikkuntatjaw lil dawk li ghandhom garages fiz-zona tal-Kunsill biex jinxtara wiehed jew inkellha imorru ghall-kera pero’ f’dan il-kaz il-Kunsill ihallas il-kera u ma jkollu xejn. Huwa zied jghid li jistghu ukoll jigu ikkuntatjati s-sidien li qed jibnu fiz-zona tal-‘Wilga’ fejn il-Kunsill ikun irid jara l-pjan u wara jiddeciedi x’inhu interessat li jakkwsita.
Jekk il-Kunsill jiddeciedi li jakkwista u mhux jikri irid isir pjan sabiex il-flus jigu mill-kera tac-child care centre u b’hekk il-Kunsill ma jkunx qed jutilizza finanzi mill-budget tieghu. Apparti dan ikun importanti li minghand min jinxtara l-garage s-sid jigi mistoqsi jekk jistax jidhol forklift gewwa fih.
Emanuel Muscat qal li huwa importanti ukoll li r-rampa ghal-garage tkun tiflah ghall-forklift ghax dan jiddependi minn kif ikun mibni. Is-Sindku innota ukoll li haga ohra importanti huwa li l-garage fil-kuntratt ikun imnizzel li qed jintuza’ bhala storage.
6.0 Skeda ta’ Pagamenti
6.1 L-Iskeda tal-Pagamenti giet approvata unanimament mill-Kunsill.
7.0 Cirkularijiet mid-Dipartiment Gvern Lokali
7.1 Inqrat ic-Cirkulari Numru 9/2017 – Inizjattiva Finanzjarja – Local Government Culture Fund.
7.2 Is-Sindku informa lill-Kunsill li l-pinnur li ser jehel fejn San Dimitri kien approvat u dan irid jehel sa l-ahhar tas-sena. Il-Kunsill qabel li ghandu jimxi ma’ l-installazzjoni tal-pinnur.
7.3 Saret diskussjoni ukoll dwar harga li ghandha ssir ghax-xahar ta’ Mejju. Din ser terga tigi diskussa.
7.4 Inqrat ic-Cirkulari Numru 10/2017 – L-Immaniggar tal-Iskart Elettriku u Elettroniku (l-WEEE) migbur mill-Kunsilli Lokali.
8.0 Korrispondenza u materji ohra
8.1 Giet trattata s-segwenti korrispondenza minghand il-Planning Authority:
Applikazzjonijiet ghal permessi godda bin-numru: PA/01326/17, PA/02557/17, PA/02645/17, PA02673/17, PA/02740/17, RG/00385/17, RG/00866/17, PA/02801/17, PA/02855/17, PA/02901/17 u PA/02589/17.
L-Applikazzjoni PA/02801/17 giet diskussa fejn il-Kunsill qabel li ghandha issir proposta lis-sid sabiex issir garbage room.
L-applikazzjoni PA/02589/17 li tirringwardja ‘Construction of meter room for electricity supply to soft stone uarry approved in PA5618/98 drilling of duct using horizontal directional drilling for electricity supply to meter room from existing Enemalta substation’ giet diskussa mill-Kunsill fejn il-Kunsill qabel li jitlob lill-Perit ghal aktar dettalji u pjanti. Il-Kunsill innota ukoll li jekk ser jghaddu kontinwament trakkijiet minn fuq l-arkata ta’ triq ta’ Sdieri jista’ jikkaguna xi hsara peress li meta inbniet numru ta’ snin ilu, qatt ma kienet mahsuba biex jghaddu minn fuq trakkijiet kbar.
Approvazzjoni ta’ Permessi – PA/00222/17.
Fir-rigward ta’ applikazzjonijiet tal-MEPA, is-Sindku spjega li b’referenza ghal applikazzjoni ghal permess ta’ zvilupp fi Sqaq l-Arcipriet gie innotat li jekk jinhareg dan il-permess ser jigi imblukkat l-Isqaq in-naha ta’ gewwa u kull ma ser jithalla huwa passagg zghir li wiehed jghaddi ghar-raba bis-saqajn. Gie spjegat li saret no objection f’dan ir-rigward li giet sottomessa ghand l-awtorita’ ta’ l-Ippjanar. Il-Kunsill qabel ma’ dan.
8.2 Minghand id-Direttorat ghas-Sahha Ambjentali fir-rigward ta’ sorveljanza u moniteragg ta’ ‘Aedes Albopictus Mosquito’ gewwa l-irhula tar-rahal.
8.3 Rapport Annwali 2016 mahrug mill-Ufficju ta’ l-Ombudsman.
8.4 Minghand l-Iskola Laura Vicuna, l-Ghasri fejn giet mitluba l-ghajnuna tal-Kunsill ghall-progett biex jinbena gnien fl-iskola.
8.5 Minghand JGC Ltd fir-rigward ta’ prodotti li huma ghandhom ghall-bejgh.
8.6 Minghand Hilltop Gardens fir-rigward ta’ servizzi u facilitajiet li huma joffru.
8.7 Minghand Windrose project bil-program ta’ l-installazzjoni tal-pinnur. Gie spjegat li dan il-program ghandu pendenti u ser jigi diskuss f’laqghat aktar ‘il quddiem.
8.8 Emanuel Muscat staqsa dwar meta jista’ jsir manutenzjoni fuq il-hitan tas-sejjieh. Is-Sindku spjega li huwa kellu laqgha mall-Ministeru ghal Ghawdex f’dan ir-rigward u li huma ser jghinu lill-Kunsill anke billi jirrangaw ir-railing.
8.9 Is-Sindku informa lill-Kunsill li fil-latrina ta’ Triq Trux qed ikun hemm problema ta’ ilma niezel mis-sular ta’ fuq li huwa propjeta’ privata. Il-Kunsill iddiskuta’ din il-problema u qabel li ghandu jkellem lis-sid ta’ fuq u jiddiskuti mieghu dwar din il-problema.
8.10 Saret diskussjoni dwar kont pendenti min-naha tal-JGC li jammonta ghal €15,000 u li kien mizmum. Min-naha tal-JGC offrew skond ta’ €5,000 fuq dan il-kont. Filwaqt li l-Kunsill qabel li dan ghandu jithallas fuq kundizzjoni li l-ewwel ghandha ssir il-manutenzjoni li trid issir fuq it-trakka u fuq it-turf
9.0 Aggornament
9.1 Il-laqgha li jmiss ser tinzamm nhar il-Erbgha 31 ta’ Mejju, 2017 fl-10.00AM sakemm ma tissejjahx laqgha b’urgenza sabiex jigu approvati l-Audited Financial Statements.
9.2 Il-laqgha spiccat hin 12.05pm.
Konfermati minn
David Apap Agius Emily Amatulli-Depasquale
Sindku Segretarju Ezekuttiv