Council Meeting No.72

Il-laqgha bdiet b’dawn il-membri prezenti:-

 

David Apap Agius Sindku

Carmen Vella Vici Sindku

Emanuel Muscat Kunsillier

Shirley Ann Cecchini

Anthony Camilleri

 

Emily Amatulli-Depasquale  Segretarju Ezekuttiv                                                                         

AGENDA

72.1 Approvazzjoni tal-Minuti tal-71 laqgha

72.2 Xogholijiet fl-isqaqien

72.3 Xogholijiet fit-toroq

72.4 Attivitajiet ghax-xhur li gejjin

72.5 Budget

72.6 Progetti u Xogholijiet

72.7 Skeda ta’ Pagamenti

72.8 Cirkularijiet tad-Dipartiment Gvern Lokali

72.9 Korrispondenza u materji ohra

72.10 Laqgha Generali Annwali 

72.11 Aggornament

____________________________________________________________________________

72.1 Approvazzjoni tal-Minuti tal-71 laqgha 

71.1.1 Il-Vici Sindku gibdet l-attenzjoni fuq il-punt numru 71.4.4 fejn hi kienet qalet li l-lampi ma jixghelux u mhux qed jitbaxxa d-dawl.  Il-Kunsill qabel li ghandha ssir din il-korezzjoni. 

71.1.2 Il-Minuti gew approvati u ffirmati bhala dokument korrett.

72.2 Xogholijiet fl-Isqaqien

72.2.1 Il-Kunsill iddiskuta it-tlett sqaqien li jrid isirilhom wicc gdid fejn tnejn minnhom qeghdin fi Triq Frangisk Portelli u iehor fejn il-Kazin tal-Banda. Sabiex jithaffef ix-xoghol kien deciz li ghandu jkun ikkuntatjat A&E Mintoff sabiex jibdew ix-xogholijiet.  Gie spjegat li bhala fondi il-Kunsill ghandu €15,000 moghtija mill-Ministeru ghal Ghawdex u min-naha tal-Budget tal-Kunsill hemm bzonn ta’ €10,000 ohra. Il-Kunsill qabel unanimament sabiex ix-xoghol jibda’ mmedjatament.

Is-Sindku staqsa lill-membri tal-Kunsill minn liema sqaq l-ahjar li jinbdew ix-xogholijiet.  Huwa qal ukoll li r-residenti ta’ Sqaq numru 2 fi Triq Frangisk Portelli qed icemplu kontinwament sabiex jinbeda x-xoghol. Wara diskussjoni l-Kunsill qabel li ghandu jibda’ x-xogholjiet f’dan l-isqaq.

72.3 Xogholijiet fit-Toroq

72.3.1 Is-Sindku informa lill-membri tal-Kunsill li l-Kunsill gie moghti fondi mill-Ministeru ghal Ghawdex sabiex isiru x-xogholijiet fit-toroq Tumas Casar u Triq Virtu’.  Apparti dawn iz-zewg toroq iridu jsiru x-xogholijiet fi Triq Dun Alwig Mizzi u fil-parti d-dejqa ta’ Triq Birbuba u il-parti fil-bidu ta’ Triq San Dimitri. Gie spjegat li mill-progett tal-PPP ghad baqa’ €35,000.00 disponibbli bhala fondi. Is-Sindku qal li huwa ta’ l-opinjoni li jibdew ix-xogholijiet fi Triq Birbuba.  Emanuel Muscat staqsa jekk l-Enemalta hux ser jaghmlu xoghol fi Triq Dun Alwig Mizzi.  Is-Sindku qal li jekk ser jaghmlu x-xoghol ghandhom fil-kundizzjonijiet li jridu jaghmlu l-wisa’ kollha tat-triq. 

Anthony Camilleri qal li Triq Tumas Cassar ahjar ma jsirx xoghol gewwa fiha ghalissa minhabba li ghad hemm kostruzzjoni li qed isir. Is-Sindku qal li f’dan il-kaz ix-xoghol jista’ jithalla ghall-ahhar tas-sena bil-possibilita li l-parti ta’ minn hdejn il-Museum tas-subien sa Triq Vizitazzjoni jista’ jitlesta x-xoghol fiha. Kien spjegat li minhabba l-progett tal-pannelli trid issir trinka u jitpogga cable tal-elettriku sabiex titqabbad mas-sub-station ta’ Triq Frangisk Portelli. Il-Kunsill qabel li dan ix-xoghol ghandu jsir meta jkun qed isir ix-xoghol fuq triq.

Emanuel Muscat staqsa jekk hux possibli li jsir xi patching fi Triq San Pietru fit-triq li tiehdok lejn San Lawrenz.   Is-Sindku qal li hemm ukoll parti quddiem ir-residenza ta’ Godfrey Attard fi Pjazza San Pietru. 

Carmen Vella semmiet li fi Triq Frangisk Portelli ukoll hemm toqba quddiem ir-residenza ta’ Theresa Vella. Il-Kunsill qabel li ghandhom jintbghatu l-haddiema tal-Kunsill sabiex isewwu t-toqob imsemmija. 

Gie spjegat li l-fondi moghtija mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali min-naha tar-Regjun iridu jintuzaw sabiex titranga Triq Molina.  Ser ikun ikkuntatjat l-Ing. C. Camilleri sabiex naraw xogholijiet hemm ppjanati mil-WSC ghal dawn it-toroq. Dan ix-xoghol iridu jkun spicca sa l-ahhar ta’ Frar, 2018. Wara li jitlesta dan ix-xoghol irid jinbeda xx-xoghol fuq Triq Birbuba u Triq Tumas Cassar. 

Il-Kunsill iddiskuta ukoll dwar ix-xogholijiet ta’ Triq Tumas Cassar fejn qabel li ghandhom jigu kkuntatjati s-sidien tal-plots  ta’ din it-triq sabiex jippreparaw il-konessjoni tad-drenagg taghhom qabel jinbeda x-xoghol 

Fir-rigward ta’ Triq Virtu’ hemm ukoll il-culvert li jrid jitranga.  Irridu naraw l-istima kemm ser tkun sabiex naraw jekk ikunx ahjar li jsir bil-pipijiet jew inaddfru l-culvert il-qadim.  

72.4 Attivitajiet ghax-xhur li gejjin

72.4.1 Is-Sindku ssugerixxa li jigi organizzata l-Karnival b’differenza l-Hadd 4 ta’ Frar filghodu bejn it-8.30am u 12.00pm. Il-Kunsill iddiskuta dwar dan u qabel li ghandhom jigu kkuntatjati l-gruppi sabiex naraw min hu interessat li jigi u kemm qed jitolbu bhala fee.  Tkompliet id-diskussjoni fejn il-Kunsill qabel li ghandu jaghmel stall u joffri prinjolata u mulled wine lil dawk prezenti. Emanuel Muscat issugerixxa sabiex il-parti ta’ l-ikel tkun f’idejn xi ghaqda minn tal-lokalita’.  

72.4.2 Attivita’ ohra ghax-xhur li gejjin hemm l-Ghid fejn il-Kunsill qabel li ghal darb’ohra jipprovdi bajd ta’ l-Ghid / bunnies ghat-tfal tal-lokalita’. Dawn ghandhom jitqassmu f’Hadd il-Ghid.  

72.4.3 Is-Sindku ssugerixxa ukoll li jerga’ jsir il-kors tal-Melh bhas-sena precedenti fejn f’Hadd il-Palm isir id-disinn f’nofs il-Pjazza. Il-Kunsill qabel ma’ dan is-suggeriment u ghal dan il-ghan ghandha tkun kkuntatjata Valentina Mammana   sabiex taghmel il-lezzjonijiet u taghmel id-disinn fil-pjazza f’Hadd il-Palm.

72.5 Budget 

72.5.1 Il-membri gew infurmati li gie ppreparata draft budget ghas-sena 2018 fejn is-Sindku innotata li ma jidhirx li ser ikun hemm xi problemi ta’ deficit u ta spjegazzjoni tieghu. Fost ohrajn gew innotati dawn segwenti:

72.5.2 Pagi tal-Haddiema tal-Kunsilliera – F’dan ir-rigward is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Haddiem taht l-iskema tac-cies Paul Camenzuli li fil-prezent qieghed part-time jizdidulu s-sighat tax-xoghol sabiex il-kunsill ikun moqdi ahjar u l-bqija tal-paga tigi imhallsa mill-Kunsill bhala allowance. Il-Kunsill qabel ma’ dan is-suggeriment. 

Is-Sindku issugerixxa ukoll li jigi impjegata skrivan/a fuq bazi full time jew part-time.  Il-Kunsill qabel li ghandu jibda il-process.

72.5.3 Utilities – Gie spjegat li l-kontijiet tat-telephone bis-sistema l-gdida li giet adottata naqsu hafna pero’ xorta’ wahda qed jizdied €1000 iktar mall-budget. 

72.5.4 Kera – Hawnhekk gie spjegat li l-kera tal-latrina ta’ Pinu kien qieghed f’dispute pero’ fil-budget gie xorta wahda inkluz l-ammont totali kemm qed jintalab f’kaz li l-Kunsill ikollu jhallas. 

72.5.5 Website – Il-website tal-Kunsill kien qed jiehu hsiebha Dr. Tek pero’ dan informa lill-Kunsill li mhux ser jibqa’ jiehu hsiebha.  Ghaldaqstant il-Kunsill talab stima minghand Keen sabiex tinbena website gdida b’apps godda u dehra ahjnar. 

72.5.6 Ktieb fuq l-Gharb – Is-Sindku informa lill-membri li l-ktieb lill-Gharb mhux ser jigi ppublikat mill-Kunsill peress li ser jigi jiswa hafna flus.  Huwa stmat li kull ktieb ser jiswa €60 u fih jinkludi ukoll USB pendrive. Fil-hwienet ser jinbieghu €70.  Ghall-Kunsill u ghan-nies tal-lokalita’ dan il-ktieb ser jinbiegh €50.  Gie spjegat li dan ser ikun b’Ingliz u hardbound. Is-Sindku ssugerixxa li l-Kunsill jixtri bejn 80-100 ktieb li minnhom jinzammu ftit sabiex jintuzaw meta ssir xi zjara bhala token filwaqt li r-residenti jkunu jistghu jakkwistawh b’prezz ridott. Il-Vici Sindku staqsiet jekk il-copywrite hux ser tkun tal-Kunsill.  Is-Sindku qal li din ser tibqa’ f’idejn l-awtur, s-Sur Formosa.  Il-Kunsill qabel ma’ dan. 

72.5.7 Saret diskussjoni dwar l-inawgurazzjoni tal-ktieb fejn gie propost li fl-istess waqt issir l-inawugrazzjoni tac-Centru Civiku li s’issa kien ghadu qatt ma gie inawgurat kif ukoll il-launching tal-website il-gdida tal-Kunsill. Is-Sindku ssugerixxa li jsiru zewg plakkek bl-ismijiet tal-Kunsilliera u tas-Sindku ghall-inawgurazzjoni.  Saret diskussjoni dwar min jista’ jigi mistieden ghall-inawgurazzjoni fejn filwaqt li l-Kunsill qabel ma’ l-inawgurazzjoni qabel ukoll li ghandu jigu mistieden il-Prim Ministru ghal Inawgurazzjoni u jekk dan ma jkunx jista’ l-Onor. Owen Bonnici bhala Ministru tal-Kunsilli Lokali.  Fin-nuqqas ta’ dawn il-Kunsill jara min ikun disponibbli. L-inawgurazzjoni gie proposta ghat-23 ta’ Frar, 2018.

72.5.8 Pubblikazzjonijiet – Is-Sindku talab lill-membri jekk kienx hemm xi kummenti dwar l-iskeda tal-gbir li tqassmet fid-djar. Il-membri kollha kkonfermaw li din intlaqghet tajjeb.  Shirley Anne Cecchini staqsiet jekk ir-residenti barranin ircevewx kopja. Is-Sindku qal li  r-residenti barranin kienu gew infurmati permezz ta’ l-email u gew mistiedna sabiex jekk jixtiequ kopja jistghu jirrikorru l-ufficju tal-Kunsill Lokali. 

72.5.9 Child Care Centre – Is-Sindku qal li fir-rigward ta’ dan ic-Centru l-Kunsill qieghed f’arrangamenti sabiex jigi ffirmat il-kuntratt fil-futur qarib. Dan kien sar diskussjonijiet f’laqghat precedenti, c-Centru ser jikber billi jinkludi fih l-istore tal-Kunsill.  Wara ser isiru diskussjonijiet ukoll dwar store / garage alternattiv  kif kien sar qbil dwaru.

72.5.10 Network of Twinned Towns – Il-membri gew infurmati li l-Kunsill beda l-hidma fuq it-tieni progett tan-Network of twinned towns sabiex jigu implimentati l-attivitajiet tieghu. 

72.5.11 Creativity Hub – Is-Sindku qal li wara li giet accettata din il-proposta, l-Kunsill irid johrog offerta’ sabiex jigu mwettqa x-xogholijiet. Emanuel Muscat staqsa jekk il-progett tan-Night Shelter li kien jaghmel parti mit-tieni sular tal-binja tal-Kunsill hux ser titnehha.  Is-Sindku spjega li f’dan l-istadju l-creativity hub mhux ser jiehu l-parti kollha ta’ fuq pero’ jista’ jkun il-kaz li dan ma jsirx fuq it-tieni sular tal-binja tal-Kunsill imma jigi allokat fl-iskola.  Dan ghandu pendenti u ghand m’hemmx konfermi x’ser jigri ezattament. 

Is-Sindku qal li l-budget ser jigi mghoddi lill-Accountant fejn ser jipprepara l-versjoni finali tieghu. 

72.5.12 Gew imsemmija ukoll l-UIF funds tal-Kunsill li jammontaw ghal madwar €28,000 fejn is-Sindku ssugerixa li jinbidlu l-lanterni tal-pjazza u jsir xi haga simili bhal ma’ hemm ir-Rabat, Ghawdex li jkunu jahdmu bl-LEDs.  Anthony Camilleri qal li l-ahjar ikunu ta’ l-aluminium fejn is-Sindku ukoll qabel mieghu.  Emanuel Muscat qal li fl-opinjoni tieghu l-ahjar ikunu tar-resin. Is-Sindku semma ukoll li l-ahjar ikunu UV protected. 

Emanuel Muscat qal li wiehed irid jara hux sewwa li jkunu LED peress li innota li fi triq gewwa Malta fejn kienu gew installati LED wara ftit zmien ma kienx qed jahdmu. 

Apparti dan gew imsemmija ukoll l-ghamara tat-triq tal-pjazza bhal bankijiet u bins iridu jinbidlu u rridu jehlu stands tar-roti. 

Gew imsemmija ukoll ir-Road humps li jridu jsiru gewa Triq Frence ta’ l-Gharb u Triq Birbuba.  Il-Kunsill qabel li ghandhom jintalbu kwotazzjonijiet ghal dawn. 

72.5.13 Is-Sindku qal li gie innotat li l-bandla ta’ Triq Tumas Cassar trid tinbidel peress li l-injam huwa perikoluz.  Giet mitluba kwotazzjoni ghal bandli godda u turf sabiex jitpogga fil-playing field ta’ Triq Tumas Cassar, Triq Birbuba u tal-Mini-pitch ta’ taht il-Leisure Park. Dan huwa previst li jitpogga fuq is-safety tiles li hemm fil-post. 

72.6 Progetti u Xogholijiet

72.6.1 Fuq dan il-punt ta’ l-Agenda diga saret diskussjoni aktar kmieni fil-laqgha peress li tirrigwardja l-program tax-xogholijiet fuq it-toroq tal-lokalita’. 

72.7 Skeda ta’ Pagamenti 

72.7.1 L-Iskeda tal-Pagamenti giet approvata unanimament mill-Kunsill.

72.7.2Il-Kunsill approva ukoll il-kont tal-Murella ghall-ammont ta’ €415.20 . 

72.7.3 Saret diskussjoni ukoll dwar kont min-naha tal-Gaulitanus fejn kien hemm pagament pendenti.  Gie spjegat li fl-2013 meta kien ghad hawn l-Arcipriet Joseph Sultana kien hemm ftehim li l-kor Gaulitanus kien ser jithallas nofs mill-Kunsill u nofs mill-parrocca ghall-partecipazzjoni ta’ kor.  Is-Sindku ssugerixxa li ghandu jigi avvicinat l-Arcipriet fejn jigi mgharraf bil-kont.  Il-Kunsill qabel li f’kaz li jinqala xi problema biex jithallas dan ghandu jhallsu l-Kunsill stess. 

72.8 Cirkularijiet mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali

72.8.1 Cirkulari Numru 1/2018 – Inizjattiva Kors fil-kitba bil-Malti (Livell 5 – MQF): Certifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti). 

72.8.2 Direttiva Numru 3/2017 – Regolamenti u Linji Gwida dwar l-Akkwist (Prokurement) mill-Kunsilli Lokali. 

72.9 Korrispondenza u Materji ohra 

72.9.1 Anthony Camilleri semma dwar il-bzonn li jsiru r-road humps fit-triq tal-Wita’. Fuq dan il-punt tqajjmet diskussjoni fejn Emanuel Muscat qal li huwa ma jaqbilx peress li dawn jistghu jkunu perikoluzi ghat-tractors tal-bdiewa. Anthony Camilleri qal li sakemm ma tkunx ghat-tela’ ma tkunx perikoluza. Is-Sindku qal li jekk hemm periklu dawn m’ghandhomx isiru. Shirley Anne Ceccini qalet li qabel tilhaq ir-road humps suppost ikun hemm tabelli.  Min-naha tieghu Emanuel Muscat insista li apparti l-periklu mhux possibli li wiehed ikun ghaddej b’sewqan eccessiv li hemm blind corner.  Tkompliet id-diskussjoni fejn il-Kunsill qabel li ghandha titressaq it-talba quddiem it-Transport Malta u nimxu skond il-parir taghhom. 

72.9.2 Anthony Camilleri qal li fi Triq Frangisk Portelli ghal min ikun hiereg minn Triq Tumas Cassar sewwa li tehel mera.  Il-Kunsill qabel ma’ din it-talba u ghaldaqstant ser issir talba mat-Transport Malta. 

72.9.3 Anthony Camilleri semma ukoll li hemm bzonn jitwahhlu mirja f’Wied il-Mielah ukoll. Is-Sindku spjega li dawn kienu diga gew inkluzi fit-traffic management ta’ Wied il-Mielah. 

72.9.4 Anthony Camilleri qal li f’Wied il-Mielah hemm xi hniek li huma perikoluzi u li ahjar jitnehhew.  Il-Kunsill qabel li ghandu jkellem lill-Perit u jiehu l-parir jekk jistewx jitnehhew.

72.9.5 Il-Kunsill ddiskuta dwar il-performance bonus li jinghata lill-impjegati tal-Kunsill.  Il-Kunsill approva unanimament il-performance bonus tas-Segretarju Ezekuttiv ta’ 10%. 

Is-Sindku ddikjara lill-Kunsill li fil-kaz ta’ l-impjegata Christina Camenzuli huwa kelllu interess familjari u ghalhekk irtira mill-kamra.  Fuq talba tas-Sindku, ppresediet l-Vici Sindku.  Il-Kunsill iddiskuta l-performance bonus ta’ l-impjegata Christina Camenzuli fejn qabel unanimament li din ghandha tinghata l-performance bonus ta’ 6%.

72.9.6Giet trattata s-segwenti korrispondenza mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar: 

Applikazzjoni ghal permess ta’ zvilupp: PA10378/17, PA1057/17, 

Approvazzjoni ta’ permessi ta’ zviliupp: PA00407/17, RG2493/17, PA2673/17, PA5705/17, PA6233/17, PA6339/17, PA6529/17 u PA6639/17. 

72.9.7 Minghand il-Ministeru ghall-familja, Drittijiet tat-tfal u Solidarjeta’ Socjali fir-rigward ta’ rapport tas-sitwazzjoni tad-droga gewwa Malta, 2016. 

72.9.8 Shirley Anne Cecchini staqsiet dwar id-disabled parking ta’ Triq l-Gharb jekk kienx gie approvat.  Gie spjegat li dan qieghed jigi processat u fil-prezent ir-resident li talab ghal dan il-parkegg qed japplika sabiex tinhariglu l-blue sticker. 

72.9.9 Is-Sindku fakkar lill-membri li ghada ser issir harga ghal Malta bhala parti mill-attivitajiet marbuta mall-Valletta 18. 

72.10 Aggornament

71.6.1 Il-laqgha li jmiss ser tinzamm nhar il-Erbgha 21 ta’ Frar, 2018 fin-12.45pm.

  

71.6.2Il-laqgha spiccat fis-6.00pm.

Konfermati minn

David Apap Agius Emily Amatulli-Depasquale

Sindku Segretarju Ezekuttiv