Il-laqgha bdiet b’dawn il-membri prezenti:-
David Apap Agius Sindku
Carmen Vella Vici Sindku
Shirley Ann Cecchini Kunsillier
Anthony Camilleri Kunsillier
Emily Amatulli-Depasquale Segretarju Ezekuttiv
AGENDA
70.1 Approvazzjoni tal-Minuti tad-69 laqgha
70.2 Konferenza Novembru bhala parti mill-Progett ‘Shaping the future of European Rural Villages’
70.3 Attivita’ b’risq l-Istrina 2017
70.4 Permessi kmamar tan-Nar
70.5 Proposti mill-Awtorita’ tat-Transport
70.6 Progetti u Xogholijiet
70.7 Skeda ta’ Pagamenti
70.8 Cirkularijiet tad-Dipartiment Gvern Lokali
70.9 Korrispondenza u materji ohra
70.10 Aggornament
____________________________________________________________________________________
70.1 Approvazzjoni tal-Minuti tad-69 laqgha
70.1.1 Il-Minuti gew approvati u ffirmati bhala dokument korrett.
70.2 Konferenza Novembru bhala parti mill-Progett ‘Shaping the future of European Rural Villages’
70.2.1 Is-Sindku spjega dwar kif ser jaslu l-gruppi u kif ser jitpoggew fil-postijiet ta’ l-akkomodazzjoni. Huwa zied jghid li l-Gimgha 24 ta’ Novembru, 2017 il-Kunsill ser ikun qed jilqa’ ukoll study group bhala parti mill-konferenzi tal-Commonwealth li qed isiru gewwa Malta. Dan il-grupp huwa mistenni li jasal fis-2.15pm fejn wara zjara mall-progetti gewwa l-lokalita’ li ser issir mill-Perit Edward Scerri fl-4.15pm huwa mistenni li jkollom sezzjoni ta’ hands on live cooking gewwa l-Gharb Rangers Football Club. Is-Sindku stieden lill-membri tal-Kunsill sabiex min jixtieq jista’ jinghaqad ma’ dan il-grupp.
Il-gimgha wara nofs inhar ser jaslu parti mid-delegazzjonijiet tal-Italia u Olanda fejn qed ikunu milqugha u ser jiltaqghu mall-grupp ta’ zghazagh li waslu fil-bidu tal-gimgha. Aktar tard ghandhom jaslu l-partners kollha. Filghaxija ghal 5.45pm ser issir l-ewwel laqgha fil-hall tal-iskola bejn il-partijiet kollha.
Il-Gimgha filghaxija fis-7pm ser jinbeda l-kuncert mill-Banda ta’ l-Olanda u minn dik Taljana gewwa l-Pjazza Zjara tal-Madonna. Filghaxija ser tigi organizzata ikla b’kollaborazzjoni ma’ l-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni fil-pjazza. Kien suggerit sabiex jinharaq xi nar tac-cina sabiex il-festival jiehu aktar festa lokali. Il-Kunsill qabel unanimament.
Is-Sibt filghodu ser issir konferenza bejn id-9.30am u l-10.30am gewwa s-Sala tal-Kunsill Lokali fejn wara d-delegazzjoni ser jmorru fuq tour bil-hop on hop off madwar Ghawdex. Iktar tard filghaxija ser isir it-tieni kuncert. Is-serata ser tinbeda b’parata minn Wallace Bag Pipes minn triq il-Vizitazzjoni u fis-7pm jinghata bidu ghall-kuncert mill-baned barranin flimkien ma’ l-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni. Gie spjegat li fit-tieni serata l-ikla ta’ filghaxija ser issir b’kollaborazzjoni ma’ l-Gharb Rangers F.C. u bhala entertainment tas-serata ser ikun hawn il-kantant Klinsmann u l-Planet Seed Band.
Is-Sindku spjega li l-iktar gurnata importanti hija dik tal-Hadd fejn fid-9am ser issir l-inawgurazzjoni tal-Monument ta’ Triq l-Gharb. Giet migbuda l-attenzjoni li importanti li kullhadd ikun prezenti fuq il-post fit-8.30am.
12.44pm Emanuel Muscat dahal ghal-laqgha.
Gie spjegat li d-delegazzjonijiet ser ikunu fuq il-karozzini segwiti mill-baned u gruppi. Mal-wasla fil-Pjazza l-amministrazzjonijiet ser jidhlu fil-knisja ghall-quddiesa. Fil-11.15am tibda’ l-parata mill-baned mill-Pjazza li ddur minn triq Frenc ta’ l-Gharb ghal Triq Molina, Triq Trux u lura lejn il-Pjazza fejn kull banda ser tidhol fil-pjazza taghmel il-prezentazzjoni taghha u tohrog il-barra. Wara dan ser ikun hemm ikla gewwa l-Pjazza. Waqt il-hin li ser tkun ghaddeja l-quddiesa ser ikun ghaddej entertainment fil-pjazza minn diversi gruppi ghal dawk li jibqghu barra.
Wara dan ser ikun hemm l-ahhar ikla l-Hadd filghaxija ghall-gruppi li jibqghu hawn li huma ta’ l-Olanda u t-Taljani fejn dawn ser jitilqghu t-Tnejn filghodu.
Gie maqbdul li l-Erbgha filghaxija ghandha ssir laqgha ma’ dawk kollha involuti kif ukoll mall-kordinatur Noel Castillo sabiex kulhadd ikun infurmat b’dak li jrid jaghmel u kollox ikun f’postu.
Il-Kunsill qabel mall-programm propost.
70.3 Attivita’ b’risq l-Istrina 2017
70.3.1 Il-membri tal-Kunsill gew infurmati li nhar il-Hadd 10 ta’ Dicembru fil-5.30pm ser izzurna l-President ta’ Malta bhala parti mill-kampanja ta’ l-Istrina. Jekk ikun possibli ser ikun hemm il-gruppi tal-kitarri jdoqqu kanzunetti tal-Milied. Jekk tkun ix-xita, z-zjara ssir gewwa c-Centru Parrokkjali, Kazin tal-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni u Gharb Rangers F.C. Il-Kunsill qabel li ghandhom issiru l-envelopes u jitqassmu bieb bieb bil-kollaborazzjoni tal-Parrocca u jitpoggew kaxxi apposta fil-Knisja u l-Kunsill.
70.4 Permessi Kmamar tan-Nar
70.4.1 Wara l-konferenza stampa li saret aktar kmieni din il-gimgha, l-perit qieghed jipprepara l-appell sabiex jigi pprezentat. It-tama tal-Kunsill huwa li dan jigi milqugh. Anthony Camilleri staqsa jekk is-sidien ta’ l-eghlieqi tal-madwar gewx ikkonsultati. Apparti dan gie innotat ukoll li z-zona in kwistjoni kienet saret applikazzjoni precedentament mill-Perit Walter u ma kienx inhareg il-permess minhabba li hi sensitive area. Il-Kunsill qabel li ghandu jistaqsi lill-perit dwar dawn. Gie ssugerit sabiex il-Press Release li saret tintbghat lill-Prim Ministru, lill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, l-Ispeaker tal-kamra sabiex tigi diskussa din il-materja u l-Kunsill ikun prezenti fil-gallerija ghad-diskussjoni. Is-Sindku spjega li Dr. Georgine Grech kif ukoll l-objectors l-ohra ma rcevew ebda’ notifika li dan il-permess ser jigi diskuss. Gie innotat ukol li d-Dipartiment tac-Civil Protection li fil-bidu kienu oggezjonaw bil-kbir din id-darba la huma u lanqas ta’ l-ambjent ma’ tkellmu. Is-Sindku innota li l-media taw coverage shiha lil konferenza tal-Kunsill. Gie innotat li dan juri bic-car li l-permess simili ma jiddependux mill-Kunsill u l-Kunsill mhux hu li ghandu l-awtorita’ johrog jew le permessi simili.
70.5 Proposti mill-Awtorita’ tat-Transport
70.5.1 Is-Sindku informa lill-membri tal-Kunsill li ricentament saret laqgha fir-rigward ta’ l-ispeed cameras gewwa l-Ministeru ta’ Ghawdex. Minn din il-laqgha rrizulta li l-awtorita’ hija kontra speed cameras gewwa Ghawdex peress li jidher li fejn gew installati l-ispeed cameras is-sewqan iktar zdied. Shirley Ann Cecchini qalet li ahjar ikun hemm dawk id-dwal li jixghelu meta tkun qed issuq biex jigbdulek l-attenzjoni. Is-Sindku qal li tajjeb li wiehed jistaqsi dwar dan.
70.5.2 Is-Sindku spjega li l-Kunsill waslet proposta dwar immanigjar tat-traffiku waqt il-hin li t-tfal ikun dehlin u hergin mill-iskola minhabba l-konfuzjoni li tinholoq. Il-proposta hija li minn triq il-Knisja ghal triq il-Vizitazzjoni jidhol it-traffiku u jibqa’ tiela lejn triq il-Kan. F. Mangion, lejn triq Karmni Grima u wara jinzlu lura minn triq l-Arcipriet G. Camilleri u hrug lejn triq il-Vizitazzjoni. Jigifieri minn fejn il-bring-in-sites it-traffiku ma jista’ jidhol ghal triq il-Vizitazzjoni. Minn triq il-Vizitazzjoni ma jistax imur traffiku lejn triq l-Arcipriet G. Camilleri u minn Triq Karmni Grima ma jistax jinzel traffiku lejn triq il-Kan F. Mangion. Saret diskussjoni dwar din il-proposta fejn Emanuel Muscat qal li x’jigri f’kaz ta’ emergenza. Shirley-Ann Cecchini qalet li din tista’ tkun ta’ incentiv fejn il-genituri ma juzawx it-transport taghhom imma jigu bil-mixi. Tkompliet id-diskussjoni fejn il-Kunsill qabel li din il-proposta ghandha tigi pprezentata lit-Transport Malta fejn dawn jaghtuna l-feedback / suggerimenti taghhom.
70.5.3 Is-Sindku ssugerixxa ukoll sabiex fil-kantunieri fi triq l-Isqof M. Molina ssir talba ghal permess biex jehlu bollards peress li minkejja li hemm double yellow line xorta jipparkjaw u jkun hemm diffikulta’ ghat-trukk ta’ l-iskart sabiex jghaddi. Fuq l-istess nota huwa ssugerixxa sabiex faccata tal-bollard li kienet twahhlet fi triq trux (faccata tad-dar ‘Angelus’ tehel bollard) issir talba biex tehel bollard ohra peress li t-triq hija dejqa.
Il-Kunsill qabel ma’ dawn il-proposti u ghandu jghaddi d-dettalji ta’ dawn lill-awtorita’ tat-transport.
70.6 Progetti u Xogholijiet
70.6.1 Is-Sindku spjega li huwa kellu laqgha flimkien ma’ l-Ing. Vella u l-Ing. Mizzi u illum ghandhom jaghtu risposta lill-Kunsill kif ser jimxu. Huwa spjega li lilhom gew moghtija r-rati u dak kollu mehtieg u ghandhom jiddeciedu. Jekk sa l-ahhar ta’ din il-gimgha ma jaghtux risposta, l-Kunsill iddecieda li l-gimgha d-diehla jibdew ix-xogholijiet ma’ genb u wara l-Knisja.
Il-Kunsill qabel unanimament li jekk l-Enemalta jibqghu ikaxkru saqqajhom il-Kunsill ghandu jkompli bix-xogholijiet tieghu bla ma jistenna aktar.
70.6.2 Xogholijiet ohra li ghaddejin bhalissa huwa l-Monument ta’ Triq l-Gharb li jrid jitlesta sabiex jigi inawgurat waqt l-attivitajiet marbuta maz-zjarata tad-delegazzjonijiet.
70.7 Skeda ta’ Pagamenti
70.7.1 L-Iskeda tal-Pagamenti giet approvata unanimament mill-Kunsill.
70.7.2 Il-Kunsill iddiskuta u qabel li l-Vici-Sindku ghandu tinghata l-permess sabiex f’ assenza tas-Sindku tkun tista’ tiffirma pagamenti. Il-Kunsill qabel unanimament.
70.8 Cirkularijiet tad-Dipartiment Gvern Lokali
70.8.1 Cirkulari Numru 30/2017 – Twettiq ta’ Progetti utli ghall-komunita’ bla spejjez ghall-Kunsilli Lokali.
70.8.2 Cirkulari Numru 31/2017 – Procedura stabilita ghal meta jinbidel Segretarju Ezekkutiv ta’ Kunsill Lokali.
70.8.3 Cirkulari Numru 32/2017 – Kjarifika dwar Permessi mahruga mill-Kunsilli Lokali skont L.S. 441.04.
70.8.4 Cirkulari Numru 33/2017 – L-Att dwar ix-Xandir (Kap 350).
70.9 Korrispondenza u materji ohra
70.9.1 Giet trattata s-segwenti korrispondenza minghand l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar:
PA349/17 – Il-Kunsill gie notifikat li dahal l-Appell dwar l-applikazzjoni numru PA1693/17.
Applikazzjonijiet godda ghal permess ta’ zvilupp PA8514/17, PA8642/17, PA8858/17, PA8572/17 u PA8367/17.
Approvazzjoni ghar-Regularizazzjoni ta’ bini RG2315/17.
Approvazzjoni ta’ Applikazzjonijiet ta’ zvilupp – PA4781/17, PA7217/17 u PA4435/17.
70.9.2 Korrispondenza minghand is-Segretarju Parlamentari ghal Persuni b’Dizabilita’ u Anzjanita’ Attivita’. Saret diskussjoni fejn is-Sindku innomina lil Emanuel Cassar ghal dan il-Premju. Il-Kunsill qabel ma’ dan is-suggeriment.
70.9.3 Korrispondenza minghand familji li joqghodu fuq Pjazza Gerano fir-rigward ta’ parkegg ghall-persuni b’dizabilita’ li kien sar quddiem ir-residenza tal-familja Cassar meta kellhom lil ommhom ghada hajja. Dawn ir-residenti talbu lill-Kunsill li m’ghadx hemm bzonn ta’ dan il-parkegg u ghaldaqstant talbu li dan jitnehha. Il-Kunsill ma sab ebda’ oggezjoni u qabel li jitnehha.
70.9.4 Minghand id-Dipartiment tal-Gvern Lokali fir-rigward ta’ Cirkulari Nrumu 22/2017 – Inizjattiva Finanzjarja Favur il-Komunita’ – Libreriji Lokali / Regjonali. Il-Kunsill gie infurmat li t-talba ghall-ghajnuna ta’ €800 gie milqugha.
70.9.5 Kopji tal-pubblikazzjoni mill-Parlament tpoggiet fuq il-mejda.
70.9.6 Is-Sindku informa lill-membri li saret proposta minn xi residenti sabiex il-borza s-sewda nhar ta’ Hamis tingabar aktar tard. Tqajjmet diskussjoni fejn Emanuel Muscat qal li jekk tingabar wara nofs in-nhar din ser tohloq problema ghall-persuni li johrogu ghall-gurnata tax-xoghol taghhom. Is-Sindku min-naha tieghu qal li meta semma din il-possibilita’ lill-kuntrattur dan qal li sabiex isir hekk iridu jaqblu z-zewg lokalitajiet l-ohra. Tkompliet id-diskussjoni fejn il-Kunsill qabel li l-borza s-sewda tingabar nhar ta’ Gimgha mall-borza organika. Fuq din il-proposta l-Kunsill ghandu jikteb lill-Kunsill ta’ San Lawrenz u l-Ghasri sabiex jara jkunx hemm qbil min-naha taghhom.
70.9.7 Is-Sindku qal li saret talba biex isir parkegg ghall-persuni b’dizabilita’ quddiem ir-residenza ‘Sydney’, triq l-Gharb peress li f’din ir-residenza hemm persuni b’dizabilita’. Il-Kunsill ma sab ebda oggezjoni li jibda’ din it-talba lill-Awtorita’ tat-Transport.
70.9.9 Il-Vici-Sindku qalet li hemm bzonn li jsir patching fi Sqaq il-Fgura. Is-Sindku qal li meta snin ilu l-isqaq kien ser jinghatalu wicc gdid kienu r-residenti li ma riedux li jsir bit-tarmak u ghaldaqstant kien sar bic-cement. Il-Kunsill qabel li ghandhom jigu inkarigati l-haddiema sabiex isir patching f’dan l-isqaq.
70.10 Aggornament
70.10.1 Il-laqgha li jmiss ser tinzamm nhar il-Hamis 14 ta’ Dicembru, 2017 fis-12.45pm.
70.10.2Il-laqgha spiccat fis-13.43pm
Konfermati minn
David Apap Agius Emily Amatulli-Depasquale
Sindku Segretarju Ezekuttiv
Sindku Segretarju Ezekuttiv