Council Meeting No.68

Il-laqgha bdiet b’dawn il-membri prezenti:-

 

David Apap Agius Sindku

Emanuel Muscat Kunsillier

Shirley-Ann Cecchini Kunsillier

Anthony Camilleri Kunsillier

 

Emily Amatulli-Depasquale  Segretarju Ezekuttiv

 

AGENDA

68.1 Approvazzjoni tal-Minuti tas-66 u 67 laqgha

68.2 Konferenza Novembru bhala parti mill-Progett ‘Shaping the future of European Rural Villages’

68.3 Car Free Day 

68.4 Progetti u Xogholijiet

68.5 Skeda ta’ Pagamenti

68.6 Cirkularijiet tad-Dipartiment Gvern Lokali

68.7 Korrispondenza u materji ohra

68.8 Aggornament

_____________________________________________________________________________________

68.1 Approvazzjoni tal-Minuti tas-66 u 67 laqgha 

68.1.1 Il-Minuti gew approvati u ffirmati bhala dokument korrett. 

68.2 Konferenza Novembru bhala parti mill-Progett ‘Shaping the future of European Rural Villages’

68.2.1 Is-Sindku spjega li l-parti li jmiss bhala parti mill-progett tal-gemellagg huwa z-zjara gewwa r-Reppublika Ceka u l-Polonja bejn it-30 ta’ Ottubru u l-5 ta’ Novembru.  Huwa ta’ informazzjoni ta’ fiex kien jikkonsisti l-programm li qed jigi ppreparat.  Il-Program huwa wiehed impenjattiv b’mod partikolari fl-ahhar gurnata ghar-raguni li hemm vjaggar x’jsir fejn il-grupp ser jirritorna lura mil-Lituania. Bhala transport qed isiru diskussjonijiet sabiex il-grupp jivvjagga permezz ta’ Hop On Hop Off u l-vjagg bejn waqfa u ohra ikun ta’ saghtejn u nofs sabiex ma jkunx twil hafna. Gie spjegat ukoll li hemm il-possibilita’ li waqt din iz-zjara isir zjara lil Auschwitz Museum u lill-post fejn twieled u trabba l-Papa Gwanni Pawlu II. F’dan l-istadju l-Kunsill qed jikseb informazzjoni minghand l-agenziji peress li l-problema hija li Auschwitz Museum huwa post mizjur minn hafna u ghaldaqstant huwa ftit difficli li wiehed jidhol fih. Jekk ma tirnexxix din iz-zjara hemm postijiet ohra ta’ x’wiehed jista’ jzur. Hekk kif il-Kunsill jircievi konferma ta’ kollox issir laqgha li dawk li ser jippartecipaw. 

Wara din iz-zjara jkun imiss li l-Kunsill jospita’ l-gruppi gewwa Malta. Ser jigu mill-Italja, Sqalija, Irlanda u Reppublika Ceka. Tal-Portugal ghadha mhux ikkonfermata peress li din trid li jkollha l-biljett ta’ l-ajru imhallas. Flimkien ma’ dawn ser ikun hemm zjarat minn partners ohra Ii huma parti mill-progett tal-Youths.

Kif diga gie diskuss fl-laqghat precedendi f’dan il-perijodu ser ikun qed isir festival ukoll tal-baned fl-okkazjoni tal-festa ta’ Santa Cecilja fejn din is-sena jmiss lil-banda ta’ l-Gharb.  Ghaldaqstant iktar tard il-lejla ser issir laqgha tal-kumitat organizzativ fi hdan il-banda sabiex jaraw liema baned ser jippartecipaw f’dan il-festival. Bhala suggeriment ta’ program kien hemm li l-Gimgha filghaxija isir kuncert minn wiehed mill-baned gewwa l-Pjazza u jsir iehor is-Sibt.  Il-Hadd isir marc minn Triq l-Gharb ghal Pjazza.  Is-Sindku ssugerixxa li kull banda ikollha l-aministrazzjoni quddiema u din tkun qeghda gewwa karozzini. Huwa zied jghid li qed isiru diskussjonijiet ma’ tal-karozzini biex naraw jistax jsir dan. Mal-wasla gewwa l-Pjazza jkun hemm standing lunch ghal kulhadd b’ikel tipiku ghawdxin minn diversi stalls li ser ikun hemm prezenti. Il-partners ser jinghata lilhom token sabiex ikunu jistghu jiehu l-lunch. Saret diskussjoni ukoll dwar fejn jistghu jitpoggew l-istalls tal-ikel jekk hux fil-Pjazza Zjara tal-Madonna jew fil-pjazza Nikol Guzeppi Cauchi pero’ din ghad trid tigi deciza.  

Dwar il-preparazzjoni ta’ l-ikel is-Sindku ssugerixxa li jigu mistiedna s-sidien tar-restoranti sabiex ikunu huma li jippreparaw l-ikel.  Huwa qal li l-ideja hija li ssir tip ta’ lotterija fejn kull wiehed ikollu certu tip ta’ ikel x’jipprepara.  Is-Sindku qal li trid issir laqgha ohra li mhux necessarja tkun laqgha tal-Kunsill sabiex jigu decizi dawn l-aspetti u jsir kordinament ta’ kollox. 

 

68.3 Car Free Day 

68.3.1 Is-Sindku informa lill-Kunsill li huwa kellu laqgha mas-sidien tar-restoranti taz-zona tal-Pjazza, c-Centru, Kunvent u Gharb Rangers fir-rigward ta’ din l-attivita’.  Huwa spjega li kien ippropona lilhom sabiex ghal dik il-gurnata ikollhom imwejjed u siggijiet barra fejn iservu l-ikel fl-apert u kull wiehed ikollu l-entertainment tieghu. Kemm is-siggijiet,l-imwejjed u l-entertainment jigu provduti mill-Kunsill. Il-Kunsill qabel ma’ dawn il-proposti. 

F’din il-gurnata ser jigu provduti roti ghall-uzu mill-pubbliku b’xejn kif ukoll Segway Tours simili ta’ dak li sar is-sena l-ohra.  Filghaxija ser ikun hemm l-open air dining.  Is-Sindku ssugerixxa ukoll sabiex il-membri jippartecipaw f’din l-attivita’ billi l-Kunsill jattendi ghal ikla f’wiehed minn dawn ir-restoranti.  Il-Kunsill qabel ma’ din il-proposta. 

68.4 Progetti u Xogholijiet 

68.4.1 Is-Sindku informa lill-Kunsill li kien hemm qbil bejn l-kuntrattur u l-Enemalta sabiex isir ix-xoghol tal-cables tad-dawl. Saret diskussjoni dwar it-toroq minn fejn ser jghaddu l-cables u kif ser isir ix-xoghol. Ix-xoghol huwa mahsub li jibda’ fi zmien hmistax. 

Emanuel Muscat qal li fi Triq il-Madonna tal-Virtu’ l-parti t’isfel hemm xi trab. Il-Kunsill qabel li ghandu jitnehha mill-haddiema tal-Kunsill. 

68.4.2 Saret diskussjoni dwar il-Monument ta’ Triq l-Gharb.  Gie innotat li f’Novembru jkun zmien impenjattiv ghal min jaghmel l-irham u ghalhekk dan irid jinbeda malajr kemm jista’ jkun. Is-Sindku ssugerixxa sabiex AF Ellis ta’ l-irham jaghmlu Sample fur kartuna tal-qies originali biex jigi ppruvat fuq il-post u jekk il-qies ikun tajjeb ghandhom jibdew ix-xogholijiet minnufih. Il-Kunsill qabel ma’ dan is-suggeriment. 

68.4.3 Gie spjegat li Raymond Rotin qed jibni l-hitan tas-sejjieh fiz-zona ta’ San Dimitri.  Anthony Camilleri qal li ghad baqa’ bicca ohra li qeghda taqa’ sabiex titranga.  Ittiehed nota taz-zona sabiex din titranga. 

68.4.4 Emanuel Muscat qal li hemm z-zona tal-wita’ li trid tinqata’ mill-busbies.  Il-Kunsill qabel li jintbghat il-haddiema tal-Kunsill sabiex jaghmlu dan ix-xoghol. 

68.4.5 Anthony Camilleri qal li hemm molqa ta’ l-ilma f’Wied r-Rapp u San Dimitri li trid tiranga.  Il-Kunsill qabel li wiehed mill-haddiema ser jigi inkarigat jara dan ix-xoghol biex isir ix-xoghol mehtieg. 

68.4.6 Anthony Camilleri qal li d-drenagg ghad ghandu problema. Il-Kunsill ser ikun qed jinforma lill-Ing. Stefan Riolo dwar dan sabiex tissolva din il-problema. L-Ing Riolo ghandu ikun imfakkar dwar il-manholes ta’ gol wied li sentejn ilu kellhom jitrangaw.

68.5 Skeda ta’ Pagamenti

68.5.1 L-Iskeda tal-Pagamenti giet approvata unanimament mill-Kunsill.

68.6 Cirkularijiet tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali 

68.6.1 Cirkulari Numru 23/2017 – Qualification Allowance ghas-Segretarji Ezekuttivi u Haddiema Klerikali tal-Kumitati Regjonali u Kunsilli Lokali.

68.6.2 Cirkulari Numru 24/2017 – Tibdil fil-website ufficjali tal-Kunsilli Lokali 

68.7 Korrispondenza u Materji Ohra 

68.7.1 Giet trattata s-segwenti korrispondenza minghand l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar:

Applikazzjonijiet godda ghal permess ta’ zvilupp: PA6853/17, PA6233/17, PA6298/17, PA6339/17, PA5632/17, PA6529/17, PA6639/17, PA6702/17 u PA6801/17

Applikazzjoni ghar-regularizzar ta’ bini: RG544/17 u RG553/17.

Approvazzjoni ta’ permessi: PA2855/17, PA2901/17, PA5581/17, PA2645/17, PA3565/17 u PA1326/17.

Permess mhux approvat: PA1693/17.

68.7.2 Is-Sindku informa lill-Kunsill li ser jibdew ukoll ix-xogholijiet fi Triq Tumas Cassar. Huwa issugerixxa sabiex dawk li qeghdin fil-kazi ta’ kostruzzjonijiet jew fejn hemm plots li ghad iridu jinbnew ghandhom jigu avvicinati sabiex jaghmlu d-drenagg qabel isir ix-xoghol fit-triq. Il-Kunsill qabel ma’ dan is-suggeriment. Is-Sindku zied jghid li huwa infurmat li l-Enemalta ser tkun qeghda taghmel trinka fuq minhabba s-sistema tal-panelli taz-zona tal-ground filwaqt li l-Korporazzjoni ta’ l-ilma ser taghmel trinka fuq kull naha tat-triq. Saret diskussjoni dwar kif ser jghaddu dawn is-servizzi minn din it-triq u dwar min huma s-sidien tal-plots ta’ l-imsemmija triq.  Gie spjegat li dawn ix-xogholijiet ser isiru min-naha tal-Ministeru ghal Ghawdex. 

68.7.3 Is-Sindku informa lill-Kunsill li l-Ambaxxatur V16 proposta kienet giet avvicinata u kienet ser taghti r-risposta taghha lill-Kunsill. 

68.8 Aggornament

68.8.1 Il-laqgha li jmiss ser tinzamm nhar il-Erbgha 18 ta’ Ottubru, 2017 fl-1.00PM

68.8.2Il-laqgha spicczat fil-11.37am. 

Konfermati minn

David Apap Agius Emily Amatulli-Depasquale

Sindku Segretarju Ezekuttiv 

Sindku Segretarju Ezekuttiv