Council Meeting No.71

Il-laqgha bdiet b’dawn il-membri prezenti:-

 

David Apap Agius Sindku

Carmen Vella Vici Sindku

Shirley Ann Cecchini Kunsillier

 

Emily Amatulli-Depasquale  Segretarju Ezekuttiv                                                                         

Anthony Camilleri talab sabiex jigi skuzat minhabba impenji ohra.  Il-Kunsill qabel li ghandu jigi skuzat. 

AGENDA

71.1 Approvazzjoni tal-Minuti tas-70 laqgha.

71.2 Rendikont tal-festival. 

71.3 Attivitajiet tal-Milied. 

71.4 Laqgha Generali Annwali.

71.5 Progetti u Xogholijiet.

71.6 Skeda ta’ Pagamenti.

71.7 Cirkularijiet tad-Dipartiment Gvern Lokali.

71.8 Korrispondenza u materji ohra.

71.9 Aggornament.

____________________________________________________________________________________

  IFFIRMATA IFFIRMATA

  David Apap Agius  Emily Amatulli-Depasquale

  Sindku Segretarju Ezekuttiv

71.1 Approvazzjoni tal-Minuti tas-70 laqgha 

71.1.1 Il-Minuti gew approvati u ffirmati bhala dokument korrett.

71.2 Rendikont tal-Festival 

71.1.1 Is-Sindku staqsa lil membri tal-Kunsill jekk kellhomx xi kummenti dwar il-festival. 

Il-Kunsilliera kienu sodisfatti mill-organizazzjoni u intweriet ix-xewqa li jerga jigi organizzat. Il-Kunsill ser jesplora il-possibilta’ kif dan jista jerga jigi iccelebrat.

12.54pm Emanuel Muscat dahal ghal-laqgha 

71.1.2 Emanuel Muscat staqsa jekk hux possibli li jerga’ jigi introdott Seher il-Punent.  Is-Sindku qal li kienu gew sottomessi zewg applikazzjonijiet taht l-iskema kulturali pero’ ghad m’hemmx risposti dwar ir-rizultati. Il-Kunsill jixtieq li dan il-festival jsir gewwa l-Gharb fiz-zona jew ta’ Wied il-Mielah jew San Dimitri. 

71.2 Attivitajiet tal-Milied 

71.2.1 Is-Sindku qal li nhar il-Hadd ser ikun hemm il-parti tat-tfal tal-lokalita’ u kif kien ga gie deciz  ser jitqassmu r-rigali. Huwa stieden lil membri jkunu prezenti. 

71.2.2 Is-Sindku ppropona sabiex f’Lejlet il-Milied issir ikla jew xi haga ohra simili ghal dawk ir-residenti li jghixu wehidhom sabiex ma jqattghux il-gurnata wehidhom f’dawn il-festi. 

Saret diskussjoni fuq dan il-punt fejn Emanuel Muscat issugerixxa ukoll li jista’ jsir xi haga ghal dawk li ghandhom nies fis-sodda sabiex jinstabu carers li joqghodu maghhom filwaqt li huma jkollhom ikla ghalihom. 

Il-Vici Sindku qalet li l-ahjar ma tkunx fil-gurnata tal-Milied. 

Shirley-Anne Cecchini qalet li ideja ohra tista’ tkun li familji tigu mitluba taghmel platt extra ghal xi persuna u tehodilha fil-gurnata. 

Tkompliet id-diskussjoni dwar din il-materja pero’ gie innotat li x’aktarx li n-nies ma jkunux iridu jidhlu fiha din peress li huwa jarawha bhala karita’ u ghaldaqstant ma jaccettawx. Hi ssugeriet li jsir hamper ghal dawk li ghandhom iktar minn 60 sena. Il-Kunsill qabel li l-Vici Sindku ser tigbor lista’ ta’ dawn in-nies u wara jkun deciz x’ ser issir.

71.2.3 Is-Sindku staqsa jekk din is-Sena hux ser issir l-ikla tal-Milied.  Il-Kunsill iddiskuta’ meta tista’ ssir u sar qbil li issir fil-weekend ta’ bejn il-5-7 ta’ Jannar fejn tista’ tista’ ssir jew il-Gimgha/Sibt Filghaxija jew Hadd f’Nofsinhar. 

  IFFIRMATA IFFIRMATA

  David Apap Agius  Emily Amatulli-Depasquale

  Sindku Segretarju Ezekuttiv

71.3 Laqgha Generali Annwali 

71.3.1 Saret diskussjoni dwar id-data ta’ meta tista’ ssir il-laqgha generali annwali fejn il-Kunsill qabel li ghandha ssir l-Erbgha 17 ta’ Jannar, 2018 fil-5pm. 

71.4 Progetti u Xogholijiet 

71.4.1 Is-Sindku informa lill-Kunsill li l-Ministru ghal Ghawdex kienet offriet ghajnuna finanzjarja ghal Triq Virtu’. Ghaldaqstant giet mibghuta l-istima tax-xogholijiet u l-Kunsill qed jistenna xi risposta qabel ma jsiru x-xogholijiet ta’ l-ilma.

71.4.2 Is-Sindku qal li fir-rigward ta’ l-isqaqien tal-Fgura u ta’ fejn il-Kazin tal-banda jista’ jinbeda x-xoghol fuqhom pero’ irridu naraw jekk il-postijiet ta’ akkomodazzjoni ghandhomx kirjiet. Jekk ikollhom il-Kunsill qabel li ghandu jistenna fil-kaz jekk le jinbeda x-xoghol. Il-Kunsill iddiskuta x-xogholijiet li jridu jsiru u qabel li l-iskavar ghandu jsir mill-kuntrattur filwaqt li l-wicc jinghata permezz tal-haddiema impjegati tal-Kunsill. Jekk ikun possibli finanzjarjament jsiru l-wicc permezz ta’ stencil jew materjal iehor simili.  

71.4.3 Il-Vici Sindku qalet li fi Sqaq il-Fgura fejn id-dar ta’ Nazzarena Vella hem il-pipe ta’ l-ilma li qieghed fil-wicc u ghandu bzonn jitranga.  Il-Kunsill qabel li ghandhom jigu kkuntatjati l-Water Services Corporation biex jaghmlu l-manutenzjoni mehtiega. 

71.4.4 Il-Vici Sindku qalet li d-dawl ta’ Triq l-Gharb jidher li tbaxxa u m’ghandux kif kien.  Sar qbil li peress li din it-triq hija responsabilita’ tal-Ministeru ghal Ghawdex ghandhom jigu kkuntatjati dwar dan.  

71.4.5 Xogholijiet ohra li ghandhom isiru huma Triq M. Molina minn quddiem id-dar tal-familja Cassar ‘Madonna ta’ Pinu’ sa Pjazza Gerano liema xoghol ser isir mill-fondi tar-resurfacing li inghataw mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali. 

71.4.6 Gie spjegat ukoll li qed jitkompla x-xoghol fuq il-progett tal-greenery madwar il-lokalita’. 

71.4.7 Is-Sindku qal li hemm bzonn ukoll li jinbidlu l-lanterni li hemm fil-pjazza.  Huwa spjega li fil-prezent hemm madwar €20,000 li jistghu jintuzaw ghall-progetti bhal dawn. Huwa spjega ukoll li apparti dan il-wicc tal-playing field ta’ Triq Tumas Cassar ghandha bzonn ta’ bdil tat-tiles u ghal din ir-raguni kienu gew ikkuntatjati JGC Ltd sabiex jaghtu stima ghal bdil.  Dawn kienu gew fuq il-post u spjegaw li minflok jinbidlu t-tiles jista’ jitpogga materjal tat-turf fuqhom.  Fil-prezent il-Kunsill qed jistenna l-istejjem u jiddependi mill-prezz li jkollu ghax fil-kaz ikun jista’ jsir it-turf tal-playing field ta’ Triq Birbuba ukoll. Il-Kunsill qabel li kif jaslu l-kwotazzjonijiet ghandu jiddeciedi x’passi ser jiehu. 

  IFFIRMATA IFFIRMATA

  David Apap Agius  Emily Amatulli-Depasquale

  Sindku Segretarju Ezekuttiv

71.4.8 Xoghol iehor li huwa fil-process li jsir ukoll huma l-installazzjoni ta’ sleeping policeman fi Triq Frenc ta’ l-Gharb u Triq Birbuba. Is-Sindku qal li l-Kunsill irid jara ukoll jekk la darba ssir Triq il-Madonna tal-Virtu’ ghandhomx jergghu jigu installati l-isleeping policeman.  

Emanuel Muscat qal li Triq Virtu’ int u sejjer lejn Triq Birbuba hija perikoluza u hemm bzonn li jigu installati. 

Is-Sindku qal li kien hemm talba ukoll sabiex fit-triq tal-wita’ jigu installati tlett road humps. Saret diskussjoni fejn Emanuel Muscat qal li t-triq imsemmija jekk jigu installati road humps tinholoq problema ghall-bdiewa sabiex jghaddu minn din iz-zona bit-tractors b’mod partikolari meta jkunu mghobbija. 

71.5 Skeda ta’ Pagamenti 

71.5.1 L-Iskeda tal-Pagamenti giet approvata unanimament mill-Kunsill.

71.6 Cirkularijiet mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali 

71.6.1 Cirkulari Numru 34/2017 – Allokazzjoni Finanzjarja ghal 2018. Il-Kunsill gie infurmat dwar l-allokazzjoni finanzjarja ghal matul is-sena d-diehla. 

71.6.2 Cirkulari Numru 36/2017 – Onorarju dovut lill-President u Membri Eletti tal-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-Presidenti tar-Regjuni u s-Sindki.

 

71.7 Korrispondenza u materji ohra

71.7.1 Giet trattata s-segwenti korrispondenza minghand l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar

Applikazzjonijiet ghal permess ta’ zvilupp: PA9166/17, PA9585/17, PA9764/17, PA9803/17, PA9478/17, PA9509/17, PA9353/17 u PA9423/17. 

Approvazzjoni ta’ permessi ta’ zvilupp: PA4361/16, PA5363/17, PA8027/17, PA6853/17 u PA6801/17.

Applikazzjoni ghal regolarizzazzjoni ta’ bini: RG3871/17, RG2240/17 u RG1051/17.

71.7.2 Minghand Comune di Pace Del Mela fejn irringrazzjaw lill-Kunsill ta’ l-ospitalita’ filwaqt li stiednu lill-Kunsill sabiex izur il-lokalita’ taghhom. Fuq din in-nota is-Sindku qal li wara diskussjoni li kellu maghhom il-banda tar-rahal kienet giet mistiedna sabiex tippartecipa ghall-festa ta’ din il-lokalita’ imsemmija u ghaldaqstant kien hemm il-hsieb li l-banda titla’ bejn it-30 ta’ Gunju u 5 ta’ Lulju peress li f’dan il-perijodu huma ser ikunu qed jiccelebraw il-festa tar-rahal dedikata lill-Vizitazzjoni.  Matul is-sena d-diehla din ser tkun opportunita’ unika’ ghar-raguni li l-festa tar-rahal taghna ser tkun fl-ahhar ta’ Lulju.

  IFFIRMATA IFFIRMATA

  David Apap Agius  Emily Amatulli-Depasquale

  Sindku Segretarju Ezekuttiv

71.7.3 Minghand il-KIP Gozo dwar l-iskeda tal-gbir ta’ l-iskart ghall-perijodu tal-festi tal-Milied.  Huma issugerrew li l-gbir minflok fil-Milied u fl-ewwel tas-sena, l-borza s-sewda tingabar is-Sibt ta’ qabel filwaqt li l-borza organika tingabar it-Tlieta flimkien ma’ dik tar-reciklagg. Il-Kunsill qabel mall-proposta li saritlu u qabel li ghandu jinhareg avviz lir-residenti b’din l-informazzjoni.

71.7.4 Is-Sindku qal li kien hemm talba minghand is-Sur Charles Tabone resident fejn huwa talab sabiex il-grawnd tal-futbol jinfetah ghall-familja b’mod partikolari fil-hdud biex it-tfal ikun jistghu jilghabu fuq it-turf. Is-Sindku qal li huwa jissugerixxi li jinfetah bejn is-2pm u 4pm. Il-Kunsill qabel ma’ dan is-suggeriment. 

71.7.5 Fuq tal-KIP, is-Sindku qal li wara laqgha li kellu maghhom huma infurmah li m’humiex ser jixtru trakk gdid u lanqas jixtiequ li jinxtara trakk mill-Kunsill pero’ huma lesti li jzommu l-gbir bl-istess rata kwotata fl-offerta’.  KIP qed tissugerixxi li jekk ikun hemm xi skart fil-granet barra l-iskeda dan irid jingabar mill-haddiema tal-Kunsill u wara jingabar mit-trakk tal-KIP. Is-Sindku ppropona li ghandu jsir avizz dwar il-gbir tal-iskart u jintbghat fid-djar. Dan is-suggett ser ikun diskuss waqt laqgha ohra.

71.5.6 Is-Sindku qal li gie infurmat li l-bollards li twahhlu f’Wied il-Mielah kienu gew misruqa. Il-Kunsill qabel li dawn ghandhom jergghu jsiru mill-gdid. 

 

71.6 Aggornament

71.6.1 Il-laqgha li jmiss ser tinzamm nhar il-Erbgha 17 ta’ Jannar, 2018 fl-4.00pm.

  

71.6.2Il-laqgha spiccat fis-2.12pm.

Konfermati minn

IFFIRMATA IFFIRMATA

David Apap Agius Emily Amatulli-Depasquale

Sindku Segretarju Ezekuttiv