Council Meeting No.69

Il-laqgha bdiet b’dawn il-membri prezenti:-

 

David Apap Agius Sindku

Carmen Vella Vici Sindku

Emanuel Muscat Kunsillier

Anthony Camilleri Kunsillier

 

Emily Amatulli-Depasquale  Segretarju Ezekuttiv                                                                         

AGENDA

69.1 Approvazzjoni tal-Minuti tas-68 laqgha

69.2 Konferenza Novembru bhala parti mill-Progett ‘Shaping the future of European Rural Villages’

69.3 Attivita’ b’risq l-Istrina 2017

69.4 Attivitajiet tal-Milied

69.5 Vacation Leave tal-Haddiema tal-Kunsill

69.6 Bye-Law dwar Konsum tal-Alkohol f’Postijiet Pubblici 

68.7 Progetti u Xogholijiet

68.8 Skeda ta’ Pagamenti

68.9 Cirkularijiet tad-Dipartiment Gvern Lokali

68.10 Korrispondenza u materji ohra

68.11 Aggornament

____________________________________________________________________________________

69.1 Approvazzjoni tal-Minuti tas-68 laqgha 

69.1.1 Il-Minuti gew approvati u ffirmati bhala dokument korrett. 

69.2 Konferenza Novembru bhala parti mill-Progett ‘Shaping the future of European Rural Villages’

69.2.1 Is-Sindku ta’ informazzjoni dwar il-partners li kienu ser jattendu ghal din il-konferena li ser issir gewwa pajjizna bhala parti mill-progett tal-gemellagg. Gie spjegat li kien instab post fejn jista’ jospita’ grupp kbir ta’ persuni fejn l-unika wiehed disponibbli huwa dak tal-Fanal fejn il-Kunsill qieghed fil-prezent jistenna kwotazzjoni. 

Il-konferenza hija mahsuba sabiex issir is-Sibt filghodu fil-25 ta’ Novembru fejn din issir gewwa s-sala tal-Kunsill u li ghaliha jkun hemm prezenti rapprezentati minn kull ghaqda/ post prezenti. Il-gruppi ser jaslu gewwa Malta l-Gimgha apparti ta’ Gerano li ser jaslu l-gurnata ta’ qabel. Wara dawn jitilqu l-Hadd apparti ta’ l-Olanda u ta’ Gerano li ser jitilqu t-Tnejn.  Fuq dan il-punt il-Kunsill ghadu qed jistenna konferma dwar hinijiet minn xi gruppi. 

 

F’din l-okkazjoni l-Kunsill gie maghzul ukoll sabiex grupp ta’ study visits maghmlu minn persuni li gejjin minn pajjizi ewropej izuru l-Kunsill il-Gimgha 24 ta’ Novembru.  Qabel il-gurnata ser ikun hemm parti mill-kumitat rapprezentati ta’ dan il-grupp li ser izuru l-Kunsill fil-15 ta’ Novembru sabiex jaraw l-itinerarju li ser ikunu qed jippartecipaw fih dan il-grupp. 

Is-Sindku ssugerixxa li l-ikel ghal dawn l-okkazjonijiet ghandhom ikunu ppreparati lokalment.

 

Saret diskussjoni ukoll dwar il-post fejn ser jigi servut l-ikel lil dawn il-gruppi fejn il-Kunsill qabel li peress li huwa grupp kbir ghandha tigi avvicinata l-iskola primarja ghal uzu tas-sala taghhom sabiex tintuza minn dan il-grupp. Fir-rigward ta’ breakfast jekk ikun possibli jekk il-grupp ser ikun qed joqghod gewwa l-villagg tal-fanal, il-breakfast jigi offrut lilhom gewwa dan l-istess post. 

Il-Kunsill qabel li ghandu jipprocedi bil-program diskuss u qabel ukoll li ghandhom jigu mistiedna l-Ministri u Shadow Ministers ghal din l-okkazjoni. 

69.3 Attivita’ b’risq l-Istrina 2017

      1. Is-Sindku spjega li l-President ta’ Malta uriet ix-xewqa li jigu organizzati attivitajiet b’risq l-istrina bejn l-1 u 3 ta’ Dicembru, 2017. Minn informazzjoni li inghatat jidher li l-hsieb li ghandhom huwa li jpittru stampa / logo fl-art u n-nies jigu mistiedna jhallu l-flus gewwa fiha.

12.51pm Shirley Anne Cecchini dahlet ghal-laqgha. 

Saret diskussjoni dwar dak li jista’ jigi organizzat fejn fost ohrajn gie innotat li l-attivita’ li tigi organizzata tkun ghar-residenti lokali biss.  Gie innotat li fuq il-kalendarju tal-parrocca jidher li fit-2 ta’ Dicembru hemm ippjanata attivita’ min-naha ta’ l-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni. Il-Kunsill innota ukoll li attivita’ fuq tlett t’ijiem hija ftit difficli li tkun ta’ success. Il-Vici Sindku ssugeriet li fil-gimgha ta’ qabel meta ser issir l-attivita’ marbuta mall-progett tal-gemellagg issir il-gabra waqt l-attivita’. Emanuel Muscat zied jghid li jkun aktar tajjeb li mhux titpogga kaxxa imma jkun hemm xi hadd idur u jigbor il-flus. Il-Kunsill qabel ma’ dawn is-suggerimenti. 

Fost ohrajn gie ssugerit li tinxtghel is-sigar tal-Milied u jsiru Christmas Carols. Fuq dan il-punt Emanuel Muscat issugerixxa li t-tfal tal-lokalita’ jigu mistiedna sabiex jippreparaw id-dekorazzjonijiet tal-Milied u dakinhar ta’ l-attivita’ li tista’ ssir fil-gurnata tal-Gimgha t-tfal iwahhlu d-dekorazzjonijiet mas-sigra. Il-Kunsill qabel ma’ dawn is-suggerimenti u qabel li ghandu javvicina l-kap ta’ l-Iskola sabiex l-istudenti jippreparaw id-dekorazzjonijiet. 

 

69.4 Attivitajiet tal-Milied

69.4.1 Saret diskussjoni dwar attivitajiet fosthom il-party tat-tfal tal-Milied.  Fuq dan il-punt wiehed ghadu jrid jara ma’ l-Arcipriet x’ser isir min-naha tal-parrocca sabiex jekk ser isir bhas-sena l-ohra ssir attivita’ simili bhas-sena l-ohra.

69.4.2 Affarijiet ohra relatati mal-Milied hemm it-tizjin tal-Milied.  Dawn ghandhom jibdew jigu ppreparati mill-haddiema peress li l-hadid taghhom gew iggalvanizzati s-sena l-ohra u ghaldaqstant iridu jitrangaw bit-tizjin bil-lest. 

69.5 Vacation Leave tal-Haddiema tal-Kunsill 

69.5.1 Gie spjegat li l-impjegati tal-Kunsill kien ghad fadlilhom xi vacation leave li
minhabba impenji ta’ xoghol mhux ser ikun ittiehed sa l-ahhar tas-sena. Il-Kunsill
qabel li dan ghandu jizdied ma’ tas-sena d-diehla.

69.6 Bye-Law dwar konsum tal-Alkohol f’Postijiet Pubblici

69.6.1 Is-Sindku spjega li bhal ma kulhadd zgur huwa konxju hemm bye-law fir-rigward tal-konsum ta’ alcohol f’postijiet pubblici. Huwa ssugerixxa sabiex din il-bye-law tigi adottata ghal-lokalita’ taghna ukoll. Huwa spjega li dan is-suggeriment qed isir b’mod partikolari minhabba li fil-playing field u leisure park il-haddiema qed isiru ta’ spiss flixken tal-alkohol. Ghaldaqstant din il-bye-law tkun tista’ tevita’ din il-problema.  Emanuel Muscat staqsa x’jigri fil-granet tal-festa.  Gie spjegat li jkun hemm restrizzjonijiet sabiex f’granet ta’ festi din ma tkunx tapplika. Shirley-Anne Cecchini staqsiet kif din tista’ tigi nfurzata.  Gie spjegat li f’dan il-kaz il-pulizija jkunu jistghu jinfurzaw din il-ligi. Il-Kunsill qabel li ghandu jiehu l-passi mehtiega sabiex tidhol fis-sehh din il-bye-law. 

69.7 Progetti u Xogholijiet 

69.7.1 Bhala xogholijiet li ghaddejjin bhalissa hemm Triq il-Madonna tal-Virtu’ kif ukoll xi hitan tas-sejjieh li waqghu fi Triq San Dimitri. Fir-rigward ta’ Triq il-Madonna tal-Virtut, gie spjegat li f’dawn l-ahhar xhur kienu ghaddejjin diskussjonijiet bejn l-Enemalta u l-Kuntrattur u s’issa kien ghad m’hemmx konkluzzjonijiet. Is-Sindku ssugerixxa li f’dan l-istadju wara li l-Gvern Centrali habbar li t-toroq ser jibdew jaqghu taht ir-responsabilita’ tal-Gvern Centrali u mhux aktar tal-Kunsill Lokali x-xoghol jithalla jsir mill-Gvern Centrali.  Gie innotat ukoll li meta l-Kunsill kien ser iwettaq ix-xogholijiet f’din it-triq, il-culvert ta’ l-ilma ma kienx ser issir peress li ma kienx hemm fondi filwaqt li jekk il-Gvern Centrali jaghmel ix-xoghol fuq din it-triq il-culvert isir ukoll. Emanuel Muscat staqsa jekk ir-reinstament tat-trinka tal-Water Services Corporation hux ser isir b’wisa’ ta’ paver.  Is-Sindku qal li dan jiddependi minn dak li ghandu f’LA tax-xoghol mahruga mill-istess korporazzjoni.  Saret diskussjoni mill-Kunsill fejn fost ohrajn kien hemm qbil li fil-prezent ghandu jsir reinstatement ta’ fuq it-trinka tal-Water Services u l-Kunsill jkompli fuq ix-xoghoijiet ippjanati mill-PPP fejn isir xoghol fuq Triq Dun Alwig Mizzi u z-zona ta’ wara u ma’ genb l-Knisja.  Il-Kunsill qabel li ghandu jimxi ma’ din id-decizjoni u li l-kuntrattur ghandu jinghata struzzjonijiet sabiex ix-xogholijiet jibdew il-gimgha d-diehla u jitlestew sa nofs Novembru u jigu infurmati ukoll il-Water Services Corporation u l-Enemalta. Apparti dan hemm il-fondi l-ohra li gejjin mir-Regjun li ghalihom il-Kunsill kien qabel li ghandu jsir xoghol fi Triq l-Isqof M. Molina. Dan ta’ l-ahhar irid jitlesta sa l-ahhar ta’ Novembru.   

69.7.2 Anthony Camilleri qal li fi Triq San Dimitri fiz-zona fejn ser jehel il-pinnur hemm zewg toqob kbar li qed izommu l-ilma li jridu jitrangaw peress li qed jinghalaq l-access ghall-bdiewa. Il-Kunsill qabel li ghandu jigi ivverifikat dwar x’jista’ jsir f’dan ir-rigward sabiex tissolva din il-problema. 

69.7.3 Is-Sindku informa lill-membri li l-pinnur suppost ser jehel nhar il-Gimgha u l-Kunsill ser ikun involut biss billi jipprovdi krejn. 

69.8 Skeda ta’ Pagamenti

68.1.1 L-Iskeda tal-Pagamenti giet approvata unanimament mill-Kunsill.

68.9 Cirkularijiet tad-Dipartiment Gvern Lokali 

68.9.1 Ma kien hemm ebda cirkulari. 

68.10 Korrispondenza u materji ohra 

68.10.1 Giet trattata s-segwenti korrispondenza min-naha ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar:

Applikazzjonijiet ghal permess ta’ zvilupp: PA8027/17, PA6410/17, PA7732/17, PA7970/17 u PA7217/17.

Applikazzjoni ghar-regularizzar ta’ bini: RG2493/17.

Approvazzjoni ta’ applikazzjonijiet ghal permess ta’ zviupp: PA407/17, PA2589/17, PA7143/16, PA3232/17, PA5632/17, PA3461/17 u RG1962/17.

Applikazzjonijiet li gew rifjutati: PA3304/17.

Minghand it-Tribunal ta’ Revizjoni ta’ l-Ambjent u l-Ippjanar dwar Appell numru 349/17. Il-Kunsill qabel li ghandu jigi infurmat il-Perit Scerri dwar dan l-appell. 

68.10.2 Applikazzjoni ghal reserved parking ghal persuni b’dizabilita’ tas-Sur Valerio Bugeja.  Il-Kunsill gie infurmat li s-Sur Bugeja kien qed jitlob is-sapport tal-Kunsill sabiex ikollu parkegg ghal persuni b’dizabilita’ fi Triq San Pietru.  Wara diskussjoni l-Kunsill qabel li f’dan il-post ma kienx hemm parkegg iehor ghal persuni b’dizabilita’ u jekk jinghata l-permess ikun miftuh ghal kull min ikollu l-blue sticker. Il-Kunsill qabel li ghandu jaghti l-appogg tieghu lil din l-applikazzjoni.

68.10.3 Minghand il-Minsiteru ghal Ghawdex fir-rigward ta’ Kors tal-Universita’ tat-Tielet Eta’ F’Ghawdex 2017-2018. 

68.10.4 Minghand The Limtestone Heritage Parks and Gardens b’dettalji dwar x’jigi offrut f’dan il-post. 

68.10.5 Minghand Atonal Band b’dettalji dwar din il-band gdida li giet imwaqqfa.

68.10.6 Minghand il-Maltapost b’dettalji dwar Back Office Services li joffru. Il-Kunsill iddiskuta din il-korrispondenza u qabel li ghandhom jigu avvicinati biex naraw kif nistghu nigbru ritratti u arkivju tal-Kunsill. 

68.10.7 Minghand il-Moviment Kerygma fir-rigward ta’ Premju Zghazugh tas-Sena 2017. Il-Kunsill iddiskuta din il-korrispondenza fejn ra min seta’ jigi nominat ghal dan il-premju. Emanuel Muscat issugerixxa lil Matthew Bajada.  Is-Sindku issugerixxa lil Matthew Theuma. Wara diskussjoni, l-Kunsill qabel unanimament li ghandhu jigi nominat Matthew Theuma. 

68.10.8 Rapport Annwali 2015-2016 – Att dwar Opportunitajiet Indaqs. 

68.10.9 Minghand Building Industry Consultative Council fir-rigward ta’ Skill Cards u informazzjoni dwar korsijiet li joffru fosthom bini ta’ hitan tas-sejjieh. 

68.10.10 Minghand Green MT fir-rigward ta’ Tetra ghall-Istrina fejn ma’ ghaxar kaxxi tal-halib jew juice ir-residenti jinghataw biljett ghal-lotterija ghall-istrina.  Il-Green MT tikkometti ruha li ghal kull tunnellata jaghtu €60 lill-Istrina. 

68.10.11 Gie spjegat li l-ktieb tas-Sur Patrick Formosa huwa lest sabiex jigi stampat.  Il-Kunsill iddiskuta dwar dan u qabel li ghandu jippublika l-offerta’ sabiex jimxi ghall-pubblikazzjoni.

68.10.12 Is-Sindku qal li fir-rigward ta’ l-offerta ta’ Urban Greening, il-kuntrattur ELC kien talab ghal 40 gurnata sabiex jigu konsenjati l-pots filwaqt li Xerri’s Garden ridu 90 gurnta. Saret diskussjoni dwar din l-offerta fejn il-Kunsill qabel li din ghandha tigi awarded lil ELC. 

      1. Emanuel Muscat staqsa dwar l-offerta’ ta’ gbir ta’ skart.  Is-Sindku spjega li huwa kellu diskussjonijiet ma’ KIP u qal li sabiex tigi solvuta il-problema ta’ gbir ta’ skart ikun ahjar li l-iskart jingabar kuljum b’trakk li jkollu separator.  Il-hsieb huwa li jingabar It-Tnejn, l-Erbgha u s-Sibt – Organic u Borza Sewda filwaqt li t-Tlieta jingabar ir-reciklagg.  Gie innotat li f’Ghawdex diga jesisti trakk simili u jintuza fix-Xewkija. Is-Sindku spjega li meta huwa kellu laqgha ma’ tal-KIP dawn ma kellhomx xewqa li jinvestu fi trakk iehor peress li kien ghad kemm xtraw wiehed. Huwa zied jghid li jekk trakk jiswa bejn wiehed u iehor €20,000.00 dan ikun jista’ jinxtara mill-Kunsill u l-Kunsill ghal sentejn / tlieta ma jhallax ir-rata tal-gbir u t-trakk jsir propjeta’ tal-KIP.

Is-Sindku qal ukoll li tal-KIP semmew il-fatt ukoll li f’centru zoni dojoq ma jghaddix it-trakk bhal ma huwa Triq l-Isqof M. Molina li minkejja li hemm is-sinjali sofor xorta jipparkjaw il-vetturi. Ghaldaqstant huwa ssugerixxa li f’dan il-kaz isiru bollards halli zgur ma jsirx parkegg. 

Tkompliet id-diskussjoni mill-Kunsill fejn il-Kunsill qabel li ghandha tinghata din il-proposta’ lill-KIP u jinghata lilhom zmien sa l-ahhar tas-sena biex jiddeciedu.  

      1. Fir-rigward ta’ l-attivitajiet tal-gemellagg, is-Sindku ssugerixxa li jintalab is-          servizz ta’ Noel Castillo sabiex jassisti lill-Kunsill b’mod partikolari fejn tidhol il-parata. Il-Kunsill qabel ma’ din il-proposta. Fl-istess waqt il-Kunsill informa lill-Kunsill li l-Ministru ghal Ghawdex ikkonfermat li ser tkun prezenti l-Hadd 26 ta’ Novembru, 2017.  Kien suggerit li ghal din l-okkazjoni ghandu jinharaq nar tac-Cina.

68.11 Aggornament

68.11.1 Il-laqgha li jmiss ser tinzamm nhar il-Hamis 16 ta’ Novembru, 2017 fin-12.30pm

68.11.2Il-laqgha spiccat fis-2.10pm

Konfermati minn

David Apap Agius Emily Amatulli-Depasquale

Sindku Segretarju Ezekuttiv 

Sindku Segretarju Ezekuttiv