Council Meeting No.67

Il-laqgha bdiet b’dawn il-membri prezenti:-

 

David Apap Agius Sindku

Camen Vella Vici Sindku

Emanuel Muscat Kunsillier

Shirley-Ann Cecchini Kunsillier

Anthony Camilleri Kunsillier

 

Emily Amatulli-Depasquale  Segretarju Ezekuttiv

 

L-Ambaxxatrici V16, Katrina Grima ma setghetx tattendi ghal-laqgha u ghalhekk kienet qed tigi skuzata. 

AGENDA

67.1 Approvazzjoni tal-Minuti tas-66 laqgha

67.2 Ambaxxatur V16

67.3 Offerta’ – Service tender for the collection of household waste in an environmentally friendly manner in the locality of Gharb Local Council 

67.4 Jum l-Gharb 2017

67.5 Progetti u Xogholijiet

67.6 Attivitajiet ghax-xhur li gejjin

67.7 Skeda ta’ Pagamenti

67.8 Cirkularijiet tad-Dipartiment Gvern Lokali

67.9 Korrispondenza u materji ohra

67.10 Aggornament

_____________________________________________________________________________________

    1. Approvazzjoni tal-Minuti tas-66 laqgha 

67.1.1 Is-Segretarju Ezekuttiv infurmat lill-Kunsill li l-Minuti kien ghadhom ma tlestewx.

67.2 Ambaxxatur V16

67.2.1 Gie spjegat li l-Kunsill kien ircieva issa ukoll l-lista ta’ dawk z-zghazagh li ghalqu 17- il sena.  Inqrat il-lista ta’ dawk kollha li kienu imnizzlin.  Is-Sindku stieden lill-Kunsilliera jinnominaw lil xi hadd minn dawn. Saret diskussjoni dwar min seta’ jkun l-Ambaxxatur l-gdid fejn il-Kunsill qabel li l-ewwel ghazla ghandha tkun Graziella Micallef, it-tieni ghazla Jahel Brooke u t-tielet ghazla Clive Rotin.

67.3 Offerta’ – Service tender for the collection of household waste in an environmentally friendly manner in the locality of Gharb Local Council 

67.3.1 Il-Kunsill gie infurmat li din l-offerta’ kien ghalqet u ghalhekk sar qbil li ghandha tinfetah wara l-laqgha. 

67.4 Jum l-Gharb 2017

67.4.1 Bhal ma ga gie discuss Jum l-Gharb ser jigi organizzat fit-29 ta’ Awissu, 2017.  Il-Monument li gie diskuss qed jigi finalizzat u l-bust ta’ l-Isqof M. Molina ser jitpogga fuq il-post fit-28 ta’ Awissu, 2017 filwaqt li l-irham ser jehel il-gimgha d-diehla. L-irhama tal-moument ser ikollu l-iskrizzjoni ta’ l-inawgurazzjoni kif ukoll l-ismijiet tal-Kunsilliera u Sindki. L-irhama ta’ l-ismijiet tal-Kunsilliera ser timla l-irhama kollha u ghalhekk fiha ser ikun hemm l-isem tal-Kunsillier u d-data ta’ meta gie appuntat l-ewwel darba fil-Kunsill. Fuq in-naha ta’ wara tal-monument ser ikun hemm skrizzjoni fuq l-Gharb. Il-monument ser ikun imdawwar b’erba’ bollards u ser ikun imdawwal. Il-Kunsill qabel ma’ dawn ix-xogholijiet. 

67.4.2 Is-Sindku spjega li fit-28 ta’ Awissu ser tinhasel il-Pjazza minn fejn il-Club l-isfel. Waqt is-serata ser jitpogga screen minn quddiem id-dar ta’ Luigia Mercieca lejn iz-zuntier u t-traffiku jghaddi minn Triq Dun Alwig Mizzi. Sar suggeriment sabiex is-serata ma tiehux hafna fit-tul minflok il-banda tigi orchestra ta’ 2/3 bicciet u ssir prezentazzjoni. Bhala poezija giet issugerita’ Lorraine Theuma sabiex tikteb wahda ghall-okkazjoni. Apparti dan ikun hemm it-tqassim tac-Certifikati ta’ l-Universita’, premijiet, diskorsi ta’ l-okkazjoni, partecipazzjoni minn talenti lokali, inawgurazzjoni tal-Monument u fl-ahhar bibita’ u riceviment.

67.4.3 Saret diskussjoni dwar in-nominazzjonijiet ta’ Jum l-Gharb kif segwenti:

Premju Gharb – Nominazzjonijiet li waslu kienu minghand il-Kumitat tal-Festi Esterni tal-Vizitazzjoni li nnominaw lil Manwel Cauchi, minghand l-Arcipriet li nnomina lil Annabelle Portelli, minghand l-Gharb Rangers F.C. nnominaw lil Louis Apap u minghand il-Legjun ta’ Marija li nnominaw lil Arcipriet Joseph Sultana.  Saret diskussjoni mill-Kunsill fejn dan qabel li din is-sena Premju Gharb ghandu jinghata lil Gharb Rangers F.C. 

Premju Qlub Generuzi  – Nominazzjoni li waslu kienu minghand il-Legjun ta’ Marija li nnominaw lil Rita Cauchi u minghand il-Kumitat tal-Festi Esterni tal-Vizitazzjoni li nnominaw lil Maria Piscopo. Is-Sindku nnomina ukoll lil Emanuel Cassar. Saret diskussjoni fejn il-Kunsill qabel li dan il-Premju ghandu jinghata lil Emanuel Cassar. 

Premju Volontarjat Lokali – Nominazzjonijiet li waslu kienu minghand il-Kumitat Festi Esterni tal-Vizitazzjoni li nnominaw lil Matthew Theuma, minghand l-Arcipriet li nnomina lil Michael Bajada u lil Bernardette Vella u minghand il-Legjun ta’ Marija li nnominaw lil Marija Piscopo Micallef. Is-Sindku qal li huwa ta’ l-opinjoni li jekk il-Kunsill jiddeciedi fuq Marija Piscopo Micallef jinghata fl-istess waqt lil Carmela Caruana peress li hafna mix-xoghol li jaghmlu jwettquh flimkien. Saret diskussjoni fejn il-Kunsill qabel li dan il-Premju ghandu jinghata lil Marija Piscopo Micallef u Carmela Caruana.

Premju  The Gharb Gozitan Cultural Award – Saret diskussjoni fuq min seta’ jkun nominat ghal dan il-Premju. Kien hemm qbil unanimu biex Stefan Azzopardi jinghata dan il-gieh ghas-successi tieghu miksuba fil-qasam ta’ l-atletika.  

Premju  Personal Achievement Award – Saret diskussjoni dwar min setgha jigi nominat ghal dan il-Premju.  Is-Sindku innomina lil Matthew Caruana ghal dan il-Premju ghas-successi miksuba fil-qasam ta’ l-intrapriza. Il-Kunsill qabel ma’ din in-nomina u dan il-Premju ghandu jinghata lil Matthew Caruana.   

Il-Kunsill qabel li bhala inviti ghandhom jintbghatu l-inviti bhas-snin precedenti kif ukoll isiru l-fjuri u kuruni ghal quddiem il-monument.

67.5 Progetti u Xogholijiet

67.5.1 Gie spjegat li bhalissa x-xogholijiet fi Triq il-Madonna tal-Virtu’ huwa weqfin minhabba xogholijiet li jridu jsiru min-naha ta’ l-Enemalta fejn il-kuntrattur qed jistenna approvazzjonijiet min-naha ta’ din il-korporazzjoni.

67.5.2Progett iehor li ghaddej bhalissa huwa fuq il-Urban Greenery fejn il-kuntrattur li kien l-aktar wiehed vantaggjuz informa lill-Kunsill li jrid 150 gurnata biex issir delivery filwaqt li l-offerta’ kienet tispecifika li d-delivery trid tkun fi zmien 8 gimghat.  Ghaldaqstant il-Kunsill ser ikollu jirrikorri ghand l-ELC sabiex jara s-samples u z-zmien tad-delivery. Jekk dan ta’ l-ahhar ikollu s-samples li jissudisfaw lill-Kunsill pero ikun difficli li anke dan jaqdina fi zmien 8 gimghat, il-Kunsill irid jara min minnhom jista’ jaqdina fl-iqsar zmien possibli. Il-Kunsill qabel ma’ dawn is-suggerimenti. 

67.5.3Is-Sindku spjega li issa li ser tisebbah iktar il-pjazza permezz ta’ monument gdid, ikun tajjeb li jsir refurbishment tal-Pjazza bhal ma huma lanterni, bankijiet u ghamara ohra simili.  Huwa ssugerixxa sabiex issir proposta’ lill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar fejn jekk approvati dan ix-xoghol isir permezz tal-UIF funds.  Huwa zied jghid li l-bankijiet li hemm fil-prezent fil-pjazza la darba jinqalghu ikunu jistghu jitpoggew f’inhawi ohra madwar il-lokalita’ bhal ma hi Pjazza San Pietru.  Huwa ukoll qal li f’din il-Pjazetta jista’ jsir monument ta’ zmien il-gwerra fejn jitfakkru dawk li mietu fil-gwerra u fl-istess waqt isir emblisshment tal-Pjazzetta. Tkompliet id-diskussjoni fejn sar suggeriment ukoll i jekk il-fondi tal-UIF jippermettu fejn hemm il-Bus Shelter approvati bil-permessi min-naha ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar ikunu jistghu jitwahhlu.  Saru suggerimenti ukoll biex jitpoggew Bus Shelters fi Triq ta’ l-Gharb faccata tas-Sigra ta’ Pinu kif ukoll fi Triq il-Madonna tal-Virtu’ fiz-zona faccata tal-Belveder.  Il-Kunsill qabel ma’ dawn il-proposti. 

67.5.4Is-Sindku informa lill-Kunsill li l-Kunsill qed jghin lill-iskola sabiex isir xi refurbishment bzonnjuz gewwa fiha.  L-ghajnuna qed isir permezz tal-haddiema tal-Kunsill u ohrajn mislufin mill-Ministeru ghal Ghawdex wara talba li saret lil Onorevoli Justyne Caruana fejn fost ohrajn qed isir xoghol ta’ zebgha u ohrajn relatati. Gie spjegat li dawn ix-xogholijiet kellhom isiru snin ilu pero’ baqghu lura.  Huwa previst li sas-sena d-diehla jsiru x-xogholijiet kollha mehtiega. Bhala materjal li qed jintuza dan qed jigi provdut mid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni.

67.5.5Bhala xogholijiet ohra s-Sindku spjega li hemm it-tabelli li ser jehlu fil-jiem li gejjin. 

67.5.6Il-Vici Sindku qalet li hemm bzonn li jsir tindif fil-bidu ta’ Triq il-Knisja minhabba l-hmieg li jkun hemm ta’ kuljum minhabba l-hamiem. Saret diskussjoni dwar din il-materja fejn gie innutat li dan il-hmieg qed ikun hemm kuljum u ghaldaqstant il-Kunsill qabel li ghandha ssir talba lill-Pulizija sabiex dawn jitnehhew.  Sadanittant ser jintbghatu l-haddiema sabiex isir it-tindif mehtieg.  

 

67.6 Attivitajiet ghax-xhur li gejjin

67.6.1 Il-Kunsill iddiskuta’ dwar l-attivitajiet li ser jsiru matul ix-xahar ta’ Awissu fejn l-ewwel ser ikun hemm iz-zjara gewwa Nederlands bhala parti mill-progett tal-Youths. Wara ser ikun hemm l-attivita’ ta’ Jum l-Gharb li ser isir fid-29 ta’ Awissu.

Wara din l-attivita’ jkun imiss dik ta’ Gerano fejn ser isir skambju bejn Awissu u Settembru.  Ghal din iz-zjara ser ikun hemm grupp mill-Gharb, min-Netherlands u mill-Italja. Dawn it-tlett postijiet wara ser izuru l-Gharb f’Novembru 2017 ghal eghluq tal-progetti.  Is-Sindku stieden lill-membri tal-Kunsill biex jekk hemm xi hadd interessat li jippartecipa flimkien mall-Kunsill ikellmu malajr kemm jista’ jkun. 

Dawn l-attivitajiet ser ikunu segwiti b’gimgha ta’ attivitajiet f’Novembru fejn l-ewwel, it-Tnejn ser jigu z-zghazagh bhala parti mill-progett tal-Youths mill-Italja u Nethderlands. 

67.6.2 Saret diskussjoni dwar il-harga ghal Malta.  Il-Vici Sindku issugeriet ukoll li ssir f’Dicembru minhabba d-diversi impenji li ghandu attwalment il-Kunsill pero’ gie innotat li ghal Dicembru il-Kunsill ser ikun impenjat bl-eghluq tal-progetti u finanzi. Wara diskussjoni l-Kunsill qabel li din tigi organizzata fl-20 ta’ Setembru fejn fost ohrajn tista’ ssir zjara gewwa Kalkara u b’xi muzew fiz-zona, quddiesa u zjara lill-post imsemmi ta’ l-Ghallieq. Il-Kunsill qabel li ghandu jippublika l-avviz taz-zjara din il-gimgha. 

67.7 Skeda ta’ Pagamenti

67.7.1 L-Iskeda tal-Pagamenti giet approvata unanimament mill-Kunsill.

67.8 Cirkularijiet mid-Dipartiment ghal Gvern Lokali 

67.8.1 Cirkulari 17/2017 – Interess mill-Kunsill Lokali fi Progetti tal-UE WiFi4EU.  Saret diskussjoni dwar din il-materja fejn il-Kunsill gie infurmat li saret applikazzjoni biex dan jehel fiz-zona ta’ Pinu.  Emanuel Muscat issugerixxa li napplikaw ghal installazzjoni ta’ WiFi fiz-zona ta’ San Dimitri.   Il-Kunsill qabel ma’ di il-proposta.

67.8.2 Cirkulari 19/2017 – Streaming tal-Laqghat online u Skema ta’ Ghajnuna Finanzjarja ghas-Servizz tal-internet. 

67.8.3 Cirkulari 20/2017 – Registrazzjoni skond I Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjud. 

67.8.4 Cirkulari 22/2017 – Inizjattiva Finanzjarja favur il-Komunita’ – Libreriji Lokali Regjonali.  Il-Kunsill iddiskuta dwar din l-inizjattiva u qabel li ghandu japplika b’inizjattiva ta’ €800. 

67.8.5 Is-Sindku spjega li hemm skema aperta mar-Regjun fejn ser ikun hemm finanzjament ta’ €100,000.00 imqassam bejn il-Kunsill sabiex isir xoghol ta’ patching. Dan il-finanzjament ser jinqasam bejn il-Kunsill.  Waqt il-laqgha tar-Regjun sar qbil ukoll sabiex dawk li jattendu regolament ghal-laqghat tar-Regjun jikkwalifikaw ghal iktar fondi minn dawk li ma jattendux.  Huwa kompla jispjega li l-Kunsill taghna ghandu attendenza u ghalhekk ser jikkwalifika ghal madwar €10,000.00 f’patching jew triq gdida.  Saret diskussjoni mill-Kunsill dwar il-partijiet fejn ghandhom bzonn ta’ patcing fejn is-Sindku ssugerixxa l-parti ta’ quddiem ir-residenza numru 24, Triq Molina sa Pjazza Gerano peress li din il-parti nizlet. Parti ohra li ssemiet kienet Triq Karmni Grima pero’ f’din it-Triq ghad baqa’ xi xogholijiet ghaddejin. F’din it-triq hemm ukoll reinstatement fuq trinek li saru min-naha tal-Water Services Corporation u qed jinbnew appartamenti godda. Ghaldaqstant il-Kunsill qabel li ghandha ssir il-parti ta’ Triq Molina. 

67.9 Korrispondenza u Materji ohra 

67.9.1 Gie tratata l-kuntratt tac-Child Care Centre, liema kuntratt gie moqri waqt il-laqgha tal-Kunsill. Emanuel Muscat issugerixxa sabiex titnizzel nota li l-istess operaturi ma jistax ikollhom child care iehor f’Ghawdex.  Is-Sindku spjega li jekk il-Kunsill ser jidhol f’dan l-arrangament irid jixtri garage iehor u huwa ssugerixxa sabiex il-flus tal-kera imorru direttament ghall-pagament tal-garaxx minflok jittiehed loan. Apparti dan jekk jinkera l-garaxx irridu indahhlu d-dawl gewwa fih u jsir bieb tal-garage.  Is-Sindku ssugerixxa ukoll li l-kuntratt jinkludi li t-tfal ta’ l-Gharb ikollhom preferenza u li l-Kunsill izomm id-dritt li jkollu access ghal kull korrispondenza li ssir bejn id-Dipartiment inkarigat mic-Child Care Centre u mic-Centru inifsu. Shirley Anne Cecchini ssugeriet li titnizzel nota li fi zmien sentejn jew kif tippermetti l-ligi ma jistghux jifthu child care centre iehor gewwa Ghawdex.  Is-Sindku ssugerixxa sabiex inkellmu lil Head ta’ l-Iskola sabiex naraw ikunx possibli li tintuza l-hall mit-tfal tac-centru sakemm ikunu qed isiru xogholijiet gewwa c-centru. 

Is-Sindku ssugerixxa  Il-Kunsill qabel ma’ dawn il-punti u qabel ukoll li l-kuntratt ghandu jghaddi ghand l-avukat ghal-parir tieghu. 

67.9.2 Giet trattata s-segwenti korrispondenza min-naha tal-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar:

Applikazzjoni ghar-regolarizzazzjoni tal-bini bin-numru – RG/01829/17, RG/02315/17u RG/02240/17

Applikazzjonijiet godda ghal permess ta’ zvilupp bin-numru PA/05700/17, PA/05581/17, PA/05632/17, PA/04763/17 u PA/05705/17

Approvazzjoni ta’ permessi bin-numru PA/00320/17, PA/01299/17, PA/01480/17, PA/02119/17, PA/02740/17, PA/00723/17 u PA/06410/17.

Il-Kunsill iddiskuta l-applikazzjoni numru PA/06410/17 fejn qabel li ghandha tintbghat ittra lill-Awtorita’ fejn issir talba sabiex din il-blokka ta’ appartamenti jkollha garbage room fuq quddiem. 

67.9.3 Gie innotat li fiz-zona tal-wita’ hemm il-haxix u ghandu bzonn li jinqata’.  Il-Kunsill qabel li ghandu jintbghat il-haddiem tal-Kunsill biex dan jinqata’. 

67.12 Aggornament 

67.12.1 Il-laqgha li jmiss ser tinzamm nhar il-Erbgha 13 ta’ Settembru, 2017 fl-10.00AM. 

67.12.2Il-laqgha spiccat fin-12.03pm. 

Konfermati minn

David Apap Agius Emily Amatulli-Depasquale

Sindku Segretarju Ezekuttiv 

Sindku Segretarju Ezekuttiv