Il-laqgha bdiet b’dawn il-membri prezenti:-
David Apap Agius Sindku
Camen Vella Vici Sindku
Anthony Camilleri Kunsillier
Emily Amatulli-Depasquale Segretarju Ezekuttiv
Shirley Anne Cecchini ma setghetx tattendi ghal-laqgha minhabba xoghol. Il-Kunsill qabel unanimament li ghandha tigi skuzata.
L-Ambaxxatrici V16, Katrina Grima ma setghetx tattendi ghal-laqgha u ghalhekk kienet qed tigi skuzata.
AGENDA
66.1 Approvazzjoni tal-Minuti tal-64 u 65 laqgha
66.2 Ambaxxatur V16
66.3 Offerta’ – Provision and Planting of trees using environmentally friendly materials and practices as part of the urban greening project
66.4 Bye-Law Kiri ta’ Propjeta’
66.5 Progett Bio Water
66.6 Xogholijiet fuq Triq il-Madonna tal-Virtu’
66.7 Progetti u Xogholijiet
66.8 Attivitajiet ghax-xhur li gejjin
66.9 Skeda ta’ Pagamenti
66.10 Cirkularijiet tad-Dipartiment Gvern Lokali.
66.11 Korrispondenza u materji ohra
66.12 Aggornament
_____________________________________________________________________________________
-
- Approvazzjoni tal-Minuti tas-60 u 61 laqgha
66.1.1 Il-Minuti gew approvati u ffirmati bhala dokument korrett.
66.2 Ambaxxatur V16
66.2.1 Il-Kunsill gie infurmat li qed nistennew li l-Arcipriet jibghat email dwar dawk iz-zghazagh li ghalqu 16 –il sena u li huma elegibbli sabiex ikunu jistghu jilhqu ambaxxaturi. Peress li l-email ma kienx ghada waslet gie deciz li din il-materja tigi diskussa aktar tard.
66.3 Offerta’ – Provision and Planting of trees using environmentally friendly materials and practices as part of the urban greening project
66.3.1 Il-Kunsill gie infurmat li wara li nfethu l-offerti gew sottomessi tlett offerti li kienu ta’ Spring Co. Ltd., Xerri Garden Centre u ELC. Minn dawn l-offerti gie innotat li Spring Co. Ltd. kellu hafna affarijiet neqsi u ghaldaqstant ma kienx administrative compliant filwaqt li ELC kellu xi dokumenti neqsin pero’ dawn setghu jintalbu lilhom filwaqt li Xerri Garden Centre kien administrative compliant u mall-budget. Il-Kunsill iddiskuta dwar din l-offerta’ u qabel li ghandhom jintalbu samples u jekk il-Kunsill ikun sodisfatt dan jigi awarded l-offerta’.
66.4 Bye-Law Kiri ta’ Propjeta’
66.4.1 Gie spjegat li din il-bye-law li kienet inhareg snin ilu qed tkun interpretata li ma tkoprix kiri tat-tabelli. Minkejja li l-Kunsill huwa tal-fehma li din hija tajba talab l-avukat jaghmel update ta’ din l-imsemmija bye-law u jinkludi skeda ta’ hlasijiet aggornata. Wara diskussjoni l-Kunsill qabel li l-avukat ghandu jintalab ukoll sabiex jinkludi kiri ghal kull metru kwardu fejn il-kaz ikun kiri ta’ propjeta’.
66.4.2 Is-Sindku informa lill-Kunsill dwar progett kreattiv li gie propost lil Kumitat Regjonali u li ghandu jkun ta’ beneficcju mhux biss ghall-poplu tal-Gharb imma huwa immirat ghar-regjun t’Ghawdex kollu.
10.20am Emanuel Muscat dahal ghal-laqgha.
66.5 Progett Bio Water
66.4.3 Is-Sindku spjega li l-Kunsill fost hafna applikazzjonijiet li kien dahal ghall-fondi Malta-Italja kien hemm progett bl-isem Bio Water. Dan il-progett jidher li ghadda ghat-tieni fazi ta’ aggudikazzjoni u hemm possibilita’ kbira li dan jigi awarded. Is-Sindku ssugerixxa sabiex jekk dan jigi approvat il-Kunsill jistieden lis-Sinjura Selena sabiex taghmel prezentazzjoni tal-progett.
66.8 Attivitajiet ghax-xhur li gejjin
Il-Kunsill mar ghal punt numru 66.8.
66.8.1 Is-Sindku spjega li fix-xhur li gejjin ser ikun hemm diversi attivitajiet fosthom il-Harga ghal Malta u Jum l-Gharb. Gie issugerit ukoll li jista’ jsir boat party ghaz-zghazagh jew tfal tal-iskola primarja li qed jattendu s-summer school. Ghal din l-attivita’ s-Sindku qal li jista’ jigi avvicinat Paul Buttigieg peress li huwa ghandu zewg dghajjes. Apparti dawn ser ikun hemm ukoll attivitajiet marbuta mall-gemellagg u l-progett tal-youths. L-ewwel zjara ser tkun bejn it-22 u 28 ta’ Awissu bhala parti mill-progett taz-zghazagh fejn ser issir iz-zjara gewwa l-Olanda. Wara din ser ikun hemm zjara ohra bhala parti mill-istess progett tal-youths din id-darba gewwa l-Italja. Din ser issir f’Settembru.
F’Settembru hemm ukoll invit ghall-Infiorata li ser tigi organizzata gewwa Spanja. Din ser tkun bejn l-1 u 3 ta’ Settembru.
Zjara ohra ser issir bejn it-30 ta’ Ottubru u 3 ta’ Novembru Reppublika Ceka u bejn it-2 u 5 ta’ Novembru gewwa l-Polonja.
Wara dan ser ikun hemm l-eghluq tal-progetti li ser issir fil-weekend tas-26 ta’ Novembru. Is-Sindku qal li l-ideja tieghu hija li ssir konferenza gewwa s-sala ta’ l-iskola. Apparti dan is-Sindku qal li sa dak in-nhar l-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni ser tipprova tillesti n-Night Shelter sabiex jinfetah parti jew l-progett shieh u fl-istess waqt ikun hemm ukoll l-anniversarju tal-baned. Ghalhekk jista’ jsir xi haga flimkien. Min-naha taghhom l-banda giet awarded ukoll progett tal-youths u jistghu jamalgamah f’dan iz-zmien ukoll. Kull zjara li taghmel parti mill-progett tal-youths tiehu seba’ t’ijiem.
Is-Sindku kompla jispjega li gie ippreparat program temporanju u spjega x’kien jinkludi. Peress li ser ikun hawn hafna attivitajiet, is-Sindku issugerixxa li tintalab l-ghajnuna tal-Ministeru ghal Ghawdex u anke tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali.
Is-Sindku issugerixxa sabiex isir farewell dinner jew lunch. Huwa spjega li s-Sindku qal li l-partners kollha infurmati. Gie spjegat li l-programm huwa wiehed intiz u li kollox irid ikun maghluq sa l-ahhar tas-sena.
66.8.2 Is-Sindku spjega li gie approvat progett iehor tan-Network of Twinned Towns li ser jinghata bidu s-sena d-diehla u li bhala partners lokali ghandna l-Kunsill ta’ Ghajnsielem. Il-Budget ta’ dan huwa ftit izghar li huwa madwar €100,000.00.
66.8.3 Saret diskussjoni dwar Jum l-Gharb fejn is-Sindku ssugerixxa li ssir xi haga differenti u ghaldaqstant il-Kunsilliera gew mitluba jaghtu s-suggerimenti taghhom. Gie spjegat li sadanittant ser jintbghatu l-ittri lill-ghaqdiet ghan-nominazzjonijiet tal-Premijiet ta’ Jum l-Gharb.
Waqt is-serata issir ukoll cerimonja ta’ tqeghid ta’ fjuri, kxif ta’ monument u wara attivita’. Is-Sindku ssugerixxa li jergghu jigu inkluzi c-certifikati ta’ l-Universita’ bhala parti mis-serata. Huwa suggerixxa ukoll li sabiex iktar ikun hemm min jigi fl-invit. Il-Kunsill qabel ma’ dawn is-suggerimenti.
66.8.4 Fir-rigward tal-monument, is-Sindku qal li l-Kunsil ghandu zewg proposti fejn spjega li wiehed kellu disinn ta’ Valentina Mammana u l-iehor huwa disinn ta’ Funderija Cetchuti min Maltija fejn isir bust ta’ l-Isqof M. Molina tal-bronz fuq padestal tal-irham u fuqu jitwahlu skrizjonijiet tal-okkazjoni. Is-Sindku ssugerixxa sabiex wahda mill-irham ikollha fiha l-ismijiet tal-Kunsilliera bid-data ta’ meta gew appuntati l-ewwel darba. Fuq parti ohra ta’ l-irhama jkun hemm is-Sindki u d-dati ta’ meta gew appuntati. Fuq in-naha ta’ wara tal-monument issir skrizzjoni b’tifsira ghaliex qed jitwaqqaf il-monument u fuq quddiem issir lapida ta’ tifkira. Il-monument irid jigi protett b’bollards madwaru.
Il-Kunsill qabel mal-proposta tal-bust tal-bronz u qabel li ghandu jipprocedi bix-xogholijiet.
Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-monument disinjat minn Valentina Mammana ghandu ikun ikkunsidrat sabiex jitwahhal fil-leisure park peress li hu monument modern.
66.8.5 Il-Kunsill iddiskuta dwar il-harga ghal Malta li ssir fix-xahar ta’ Settembru. Wara diskussjoni il-Kunsill qabel li din ghandha tigi organizzata bejn is-16 u 20 ta’ Settembru, 2017.
66.8.6 Il-Kunsill gie infurmat li bhalissa hemm applikazzjonijiet miftuha ghall-applikazzjonijiet li jsiru fuq tlett snin. Saret diskussjoni u kien deciz li jsiru zewg applikazjonijiet b’temi differenti wahda festival tar-rih u ohra dwar kant u zfin. Is-Sindku qal li gie avvicinat mis-Surmast Antoine Mercieca fejn dan wera li kien interessat jikteb wahda mill-operetti. Il-Kunsill qabel li ghandu jmexxi u japplika ghal dawn il-fondi.
Is-Sindku informa lill-Kunsill li nhar is-Sibt ser jigu fuq il-post il-persuni inkarigati mill-pinnur sabiex jidentifikaw ezatt fejn ser jehel. Dawn ser jigu ghal habta tal-11am.
-
- Ambaxxatur V16
66.2.1 Lura ghal punt numru 66.2 ta’ l-agenda fejn saret diskussjoni dwar min ghandu jigi nominat ghal Ambaxxatur V16 peress li l-Ambaxxatrici Katrina Grima kienet ser taghlaq 18-il sena. Il-lista li ghandu l-Kunsill tindkludi dawk li ghalqu jew ser jaghlqu 16-il sena matul din is-sena. Wara li ddiskuta l-Kunsill qabel li dan ghandu jkun xi hadd involut maz-zghazagh u qabel jiehu decizzjoni ghandha tingab il-lista ta’ zghazagh li din is-sena jaghlqu 17-il sena.
66.9 Skeda ta’ Pagamenti
66.9.1L-Iskeda tal-Pagamenti giet approvata unanimament mill-Kunsill.
66.6 Xogholijiet fi Triq il-Madonna tal-Virtu’
66.6.1 Gie spjegat li x-xogholijiet qeghdin ghaddejin u fil-prezent qed isiru xogholijiet fuq il-mejnijiet ta’ l-ilma. Is-Sindku ssugerixxa sabiex jekk ikun possibli n-naha tad-dar ta’ l-Arcipriet issir bankina ghal dawk li jkunu telghin minn Triq il-Madonna tal-Virtu’ ghall-knisja. Huwa zied jghid li din qeghda biex tghin tevida incidenti. Emanuel Muscat issugerixxa sabiex issir bankina inkluz il-parking. Saret diskussjoni fejn gie innotat ukoll li jekk issir bankina jista’ jkun il-kaz li jitnehha l-parking u ghaldaqstant wiehed irid jara kif u jekk tistax issir il-bankina. Tkompliet id-diskussjoni fejn il-Kunsill qabel li din il-materja trid terga’ tigi diskussa iktar ‘il quddiem.
66.10 Cirkularjiet mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali
66.10.1 Il-Kunsill gie infurmat li ma kienx hemm cirkularijiet x’jigu diskussi.
66.11 Korrispondenza u materji ohra
66.11.1 Is-Sindku informa lill-Kunsill li hemm Inizjattiva Finanzjarja – Ghoti mill-gdid ta’ tarmak lil toroq li huma fir-responsabilita’ tal-Kunsilli Lokali. Huwa spjega li s-Segretarju Ezekuttiv tar-Regjun kien qed jivverifika jekk hux possibli li isir Resurfacing bil-Hot Rolled Asphalt. Is-Sindku issugerixxa li jekk dan ikun possibli jsir xoghol ta’ manutenzjoni madwar fl-area tat-toroq tal-One Way f’ Triq Molina.
66.11.2 Is-Sindku gibed l-attenzjoni dwar problema ta’ gbir ta’ skart li tezisti fil-lokalita’. Inbdiet diskussjoni fejn fost ohra Emanuel Muscat issugerixxa sabiex jibda’ jingabar il-Hadd filghaxija b’mod partikolari minhabba sitwazzjoni ta’ hafna skart li qed ikun hemm fi Pjazza San Pietru. F’dan ir-rigward is-Sindku qal li trid tehel tabella fuq il-post. Is-Sindku qal li huwa iccekkja ukoll mall-MTA dwar il-farmhouses u postijiet ta’ akkomodazjoni inghata l-informazzjoni li is-sidien huma obligati li jinfiurmaw lil dawk li qed jikru minghdu b’ iskeda bil-hinijiet tal-gbir. Fuq dan il-punt is-Sindku qal li l-avukat tal-Kunsill kien ipprepara ittra biex tintbghat lill-operaturi tal-postijiet ta’ akomodazzjoni. Din l-ittra inqrat waqt il-laqgha tal-Kunsill. Is-Sindku ppropona sabiex din l-ittra tinghat lill-Kunsill f’envelope irregistrat u li tinkludi fiha ukoll sticker bl-iskeda tal-gbir. Il-Kunsill qabel li ghandha tintbghat din l-ittra.
Tkompliet id-diskussjoni fejn is-Sindku ssugerixxa li tizdied gurnata tal-gbir tal-borza s-sewda li jsir nhar ta’ Sibt. Huwa zied jghid li ghalkemm qed jaghmel dan is-suggeriment irridu naraw jekk il-WasteServ jaqblux ma’ dan il-punt. Emanuel Muscat qal li hemm problema fejn l-iskart qed jithalla fil-konfini tal-lokalita’. Tkompliet id-diskussjoni fejn finalment il-Kunsill wasal ghad-decizjoni li ssir gabra ohra nhar ta’ Sibt filghaxija.
66.11.3 Tqajjmet diskussjoni dwar iz-zona ta’ fejn ta’ Pinu fejn gie innotat li qed ikun hemm il-hmieg fiz-zona ta’ faccata tal-Knisja peress li jkun hemm numru ta’ turisti kif ukoll hemm van li jbiegh il-gelati. Il-Kunsill qabel li ghandha ssir talba lid-Dipartiment ta’ l-Indafa Pubblika sabiex jiehdu hsieb izommu din iz-zona nadifa.
Tkompliet din id-diskussjoni fejn gie innotat li l-post li jinsab fih il-van tal-gelati qieghed hazin b’riskju ta’ xi incident. Ghaldaqstant il-Kunsill qabel li ghandha ssir talba biex f’dan il-post isiru double yellow lines u hemmhekk ma jsirx parkegg.
66.11.4 Il-Vici Sindku qalet li Triq il-Knisja qeghda tkun hafna mahmuga minhabba l-hamiem li hemm fuq il-wires. Emanuel Muscat qal li ser jara jmorrux tal-Enemalta iwahhlu xi tye clips ohra biex il-hammiem ma joqghodx f’dan il-post. Is-Sindku qal li sid il-post ma sabx oggezzjoni li jitwahhlu ventilaturi ta’ l-istainless steel mal-post tieghu. Il-Kunsill qabel li ghandhom jehlu l-ventilaturi.
66.11.5 Il-Vici Sindku staqsiet jekk hux possibli li jitranga l-isqaq ma’ genb is-souvenir shop li hemm fil-bidu ta’ Triq Frangisk Portelli. Is-Sindku qal li diga hemm l-approvazzjoni tieghu u l-fondi disponibbli sabiex isiru kemm dan l-isqaq kif ukoll dak tal-faccata.
66.11.6 Is-Sindku spjega li t-tobba li jattendu c-Centru tas-Sahha ta’ l-Gharb talbu sabiex isir lilhom parkegg riservat bil-hin tal-ftuh tac-Centru. Il-Kunsill qabel ma’ din it-talba u ghalhekk ser issir talba lit-Transport Malta ghall-approvazzjoni taghhom.
Is-Sindku ssugerixxa ukoll li ssir talba ghall-approvazzjoni sabiex terga tehel mill-gdid il-mera ta’ fejn tas-Sajf Supermarket u fl-istess waqt issir netted box sabiex hadd ma jipparkja faccata ta’ l-Isqaq.
66.11.7 Saret diskussjoni fir-rigward tac-Child Care Centre fejn is-Sindku ta’ spjegazzjoni ta’ x’kien qed jintalab min-naha ta’ l-operaturi interessati. Il-Kunsill qabel mall-proposti pero’ irid isir hlas ta’ €500 u l-kostruzzjoni trid issir min-naha ta’ l-operaturi stess.
Fl-istess waqt il-Kunsill irid jakkwista’ garage fejn hemm zewg ghazliet. Ghazla minnhom jinxtara minghand Portelli Properties Ltd bil-prezz ta’ €35,000.00 jew l-ghazla l-ohra minghand Louis Portelli li qieghed mat-triq bl-ammont ta’ €20,000 sa €25,000. Il-Kunsill qabel li jmur ghal garage ta Louis Portelli u jara x’arrangamenti ser jofrilhom.
66.11.8 Minghand il-Parlament dwar revista li tohrog perjodikament.
66.11.9 Minghand l-Universita’ ta’ Malta dwar korsijiet offruta’ mill-Universita’ fis-sezzjoni ta’ Ghawdex.
66.11.10 Giet trattata s-segwenti korrispondenza minghand l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar:
PC Application numru 0026/17. Il-Kunsill qabel li ghandu izomm l-istess linja antika u tintbghat korrispondenza lil Awtorita’.
Full Development permission PA/01468/17 taz-zona ta’ rikreazzjoni ta’ Triq Birbuba.
Approvazzjoni ta’ Permessi: PA/00675/17, PA/04229/15, RG/00553/17, PA/01400/17, PA/01468/17, PA/02801/17, PA/05801/16, PA/06080/08, RG/00078/17, PA/03472/17, RG/00866/17 u RG/00385/17
Applikazzjoni ghal permess ta’ zvilupp: PA/04435/17, PA/04702/17, PA/03565/17, PA/04763/17, PA/04781/17, PA/04361/16, PA/05348/17 u PA/05363/17.
Regolarizzazzjoni ta’ bini: RG/01962/17.
66.11.11 Il-Kunsill gie infurmat li saret talba min-naha tar-Residenti Cremona li joqghodu fil-parti t’isfel ta’ Triq Trux ghal double yellow lines peress li ma jkunux jistghu johorgu mill-garage jekk tipparkja karozza faccata. Il-Kunsill qabel li ghandha ssir talba lit-Transport Malta ghall-approvazzjoni taghhom.
66.12 Aggornament
66.12.1 Il-laqgha li jmiss ser tinzamm nhar il-Erbgha 16 ta’ Awisssu, 2017 fl-10.00AM.
66.12.2Il-laqgha spiccat fin-12.26PM.
Konfermati minn
David Apap Agius Emily Amatulli-Depasquale
Sindku Segretarju Ezekuttiv
Sindku Segretarju Ezekuttiv