Council Meeting No.64

Il-laqgha bdiet b’dawn il-membri prezenti:-

David Apap Agius Sindku

Emanuel Muscat Kunsillier

Anthony Camilleri Kunsillie

Emily Amatulli-Depasquale  Segretarju Ezekuttiv

 

Shirley Anne Cecchini ma setghetx tattendi ghal-laqgha minhabba xoghol.  Il-Kunsill qabel unanimament li ghandha tigi skuzata. 

L-Ambaxxatrici V16, Katrina Grima ma setghetx tattendi ghal-laqgha u ghalhekk kienet qed tigi skuzata. 

AGENDA

64.1 Approvazzjoni tal-Minuti tas-63 laqgha

64.2 Festa 2017

64.3 Bord ta’ l-Offerta’ – Provision and Planting of trees using environmentally friendly materials and practices as part of the urban greening project

64.4 Audited Financial Statements

64.5 Ambaxxatur V16

64.6 Progetti u Xogholijiet

64.7 Skeda ta’ Pagamenti

64.8 Cirkularijiet tad-Dipartiment Gvern Lokali.

64.9 Korrispondenza u materji ohra

64.10 Aggornament

 

    1. Approvazzjoni tal-Minuti tas-60 u 61 laqgha 

64.1.1 Il-Minuti gew approvati u ffirmati bhala dokument korrett.

64.2 Festa 2017

64.2.1 Gew ipprezentati zewg offerti fir-rigward tat-tindif ghal waqt il-festa 2017 minghand Oliver Farrugia u minghand Godfrey Farrugia.  Il-Kunsill qabel li ghandu jmexxi ma’ l-irhas offerta li kienet dik ta’ Oliver Farrugia. 

64.2.2 Gew diskussi l-permessi tal-kiosks li jkunu prezenti waqt il-festa fejn il-Kunsill qabel li dawn ghandhom izommu l-istess post bhas-snin precedenti.  F’kaz li xi hadd ma jigix dawn jersqu post ‘l quddiem. 

64.2.3 Giet trattata korrispondenza minghand il-Kumitat tal-Festa fejn dawn talbu lill-Kunsill no objection  u permessi ghall-attivitajiet marbuta mall-festa tar-rahal. Il-Kunsill qabel li ghandha tinhareg in-no objection bhas-snin precedenti. Il-Kunsill qabel li ghandu jigi infurmat l-arcipriet li qeghda ssir in-no objection pero’ jekk jinghalqu xi toroq iridu jottjenu l-permessi necessarji kif ukoll tinghata attenzjoni specjali ta’ meta jintuza l-forklift. 

64.2.4 Is-Sindku informa lill-Kunsill li l-Kumitat tal-festa jehtieg xi toqob minhabba arbli tal-festa.  Il-Kunsill qabel li ghandu jintalab lill-kuntrattur Jason Saliba  sabiex jaghmel it-toqob necessarji. 

64.3 Bord ta’ l-Offerta’ – Provision and Planting of trees using environmentally friendly materials and practices as part of the urban greening project 

64.3.1 Is-Sindku spjega li kif diga inghat fl-laghat precedenti inhareg l-avviz ghall-offerta’ tal-greenery u din l-offerta’ ser taghlaq it-Tlieta 13 ta’ Gunju.  Saret diskussjoni dwar min ser ikun parti mill-bord ta’ l-evalwazzjoni ta’ din l-offerta’.  Sar qbil mill-Kunsill li l-bord ikun iffurmat mis-Sindku bhala Chairman, il-Vici Sindku, Emanuel Muscat u Bernard Bartolo bhala membri u s-Segretarju Ezekuttiv bhala Segretarju tal-bord.  Sar qbil ukoll sabiex l-offerti jinfethu minn Christina Camenzuli u minn Ivan Attard. Il-Kunsill qabel ukoll li jkun mehtieg s-Sur Joseph Bonello ikun adviser fuq il-bord. 

10.32am Il-Vici Sindku dahlet ghal-laqgha. 

64.4 Audited Financial Statements 

64.4.1 Gie spjegat li l-Kunsill ghadu s’issa jistenna li jircievi l-Audited Financial Statements minghand l-awditur. Il-Kunsill qabel li jekk dawn jaslu fil-granet li gejjin, ghandha tissejjah laqgha b’urgenza sabiex dawn jigu approvati.

64.5 Ambaxxatur V16

64.5.1 Gie spjegat li l-Ambaxxatrici V16 tal-Kunsill din is-sena ser taghlaq 18-il sena u ghaldaqstant ma tkunx tista’ tibqa’ tokkupa dawn l-irwol. Ghaldaqstant irid jinstab ambaxxatur iehor minflokha.  Is-Sindku spjega li Shirley Anne Cecchini uriet ix-xewqa li tkun prezenti ghal meta jintaghzel dan l-ambaxxatur.  Il-Kunsill qabel li dan il-punt jithalla ghal-laqgha ohra u sadantittant tingab lista minghand l-arcipriet dwar dawk li ghalqu 16-il sena. 

64.6 Progetti u Xogholijiet 

64.6.1 Is-Sindku informa lill-membri tal-Kunsill li x-xogholijiet fi Triq il-Madonna tal-Virtu’ inbnew fil-parti ta’ wara il-knisja. Min-naha tal-Korporazzjoni Enemalta dawn riedu xi fitters biex ikomplu x-xoghol pero’ fil-prezent dawn ma kienux disponibbli.  Wara dan ix-xoghol ser jitkomplew xogholijiet min-naha tal-Korporazjoni ta’ l-ilma. Saret diskussjoni fejn il-Kunsill qabel li jekk ix-xoghol ma jilhaqx jinbeda’ dan ghandu jithalla ghal wara il-festa. Is-Sindku ssugerixxa li jekk ikun hemm zmien ghandha ssir il-parti ta’ ma genb u wara l-Knisja sabiex ikunu lesti qabel il-festa imbghad jitkomplew ix-xogholijiet wara. Is-Sindku spjega li minhabba xogholijiet relatati ma’ l-elezzjoni kellhom isiru xi xogholijiet f’postijiet ohra u ghalhekk dawn thallew pendenti. Gie spjegat ukoll li sadantittant il-kuntrattur kellu jwahhal tabelli li fil-prezent ser jitghattew b’borza sewda. 

64.6.2 Il-Vici Sindku gibed l-attenzjoni dwar sewqan accessiv fi Triq l-Gharb.  Saret diskussjoni dwar dan is-suggett u x’passi jistghu jittiehdu.  Il-Kunsill qabel li ghandu jerga jikteb lil Malta Transport u pulizija sabiex ikunu immarkati speed limit u jesplora l-possibilita’ li jkunu installati speed signs light ukoll fl-istess t-triq. 

64.7 Skeda ta’ Pagamenti 

64.7.1 L-Iskeda tal-Pagamenti giet approvata unanimament mill-Kunsill.

64.8 Cirkularijiet mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali 

64.8.1 Cirkulari Numru 11/2017 – Irtirar mix-Xoghol minhabba l-Eta’ Pensjonabbli. 

64.8.2 Cirkulari Numru 12/2017 – Partecipazzjoni fil-Politika u Komunikazzjoni mal-Media.

64.8.3 Cirkulari Numru 14/2017 – Ittra ta’ Rizenja minn hatra ta’ Kunsillier. 

64.8.4 Cirkulari Numru 15/2017 – L-Elezzjoni Generali fit-3 ta’ Gunju, 2017.  Giet diskussa din ic-Cirkulari fejn il-Kunsill qabel li l-Ufficju ghandu jinzamm maghluq kemm fit-3 ta’ Gunju kif ukoll fil-5 ta’ Gunju.  Ghandu jinhareg avviz f’dan ir-rigward. 

64.9 Korrispondenza u Materja Ohra

64.9.1 Minghand l-Arcipriet b’risposta ghall-korrispondenza bejn il-partijiet dwar ghajnuna fir-rigward tas-Summer Club. Wara li f’laqgha precedenti l-Kunsill kien iddecieda li jidhol partecipi sabiex ikun organizzat is-Summer Club tas-soltu, l-Arcipriet f’ittra indirizzata lill-Kunsill wiegeb li mhux qed jaccetta l-ghajnuna pero’ offra li jaghti s-sehem tieghu ghal Jum l-Gharb.

64.9.2 Giet trattata s-segwenti korrispondenza minghand l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar:

Approvazzjoni ta’ Applikazzjonijiet ghal permess ta’ zvilupp: PA00902/17, PA07940/16

Applikazzjoni godda ghal permess ta’ PA3232/17, PA3304/17, PA3472/17, PA3565/17, PA3461/17, PA1299/17. 

64.9.3 Gie spjegat li l-Kunsill kien gie avvicinat sabiex isir kors kreattiv fil-bini tal-lego lit-tfal matul fis-Sajf. Ghal dan il-ghan kien inhareg avviz sabiex min ikun interessat jista’ jinkiteb.  Il-Kunsill qabel li dan ghandu jigi organizzat mill-Kunsill. 

      1. Il-Vici Sindku ssugeriet li jerga’ jsir kors tat-tablet kompjuters kif ukoll korsijiet ta’ ghajnuna ghat-tfal ta’ l-iskola primarja. Is-Sindku spjega li issa li inxtraw t-tablets u l-interactive white board permezz tac-Cirkulari  35/2016 – Literacy Programme ser jaghmilha aktar facli sabiex issir dan il-kors.

64.9.5 Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jibbukkja pagna fejn jaghti l-awguri tieghu lir-residenti ghall-festa fil-magazine tal-festa li jinhareg mill-parrocca u fil-magazine tal-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni. Il-Kunsill qabel ma’ dan is-suggeriment. 

64.9.6 Is-Sindku informa lill-Kunsill li inhargu l-permess tal-Playing Field ta’ Triq Birbuba u tac-Centru Civiku. Huwa spjega li fir-rigward tal-Playing Field ta’ Triq Birbuba hemm mizata ta’ €1033.00 li trid tithallas filwaqt li ghac-Centru Civiku ma intalab ebda’ hlas. Il-Kunsill qabel ma’ dan il-hlas.

64.9.7 Is-Sindku spjega li fir-rigward tac-Child Care Centre irridu naraw waqt il-laqgha li jmiss l-offerta tal-Managers sabiex tittiehed id-decizjoni dwar wayforward. 

64.9.8 Emanuel Muscat staqsa jekk saritx il-laqgha mas-Sidien tal-Flats ta’ Triq l-Arcipriet G. Camilleri.  Is-Sindku informa lil kunsill li saret ddiskuta permess tat-telephone ma’ wiehed mis-sidien li kien is-Sur Mark Agius fejn dan qallu li kien hemm problema permess li l-garages ta’ quddiem li jinsabu fil-faccata huwa kollha mibjughin u ghaldaqstant ma setghax isir bdil.  Is-Sur Agius qal li ser jara x’jista’ jsir f’wiehed mis-sulari tal-binja minhabba din il-problema.  Is-Sindku kompla billi qal li huwa informa lis-Sur Agius li meta ser issir applikazzjoni ghall-parti l-ohra, l-Kunsill ser jiehu l-passi mehtiega sabiex wahda mill-kundizzjonijiet tkun li ssir garbage room ghar-residenti tal-blokka ta’ appartamenti.  

64.9.9 Saru diskussjonijiet mill-Kunsill fir-rigward ta’ problemi ta’ skart madwar il-lokalita’.  Il-Kunsill qabel li ghandhom jigu installati CCTV Cameras fi Pjazza San Pietru u fi Triq Birbuba b’mod immedjata minhabba li f’dawn iz-zoni partikolari l-iskart jithalla barra kull hin tal-gurnata. 

Waqt id-diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa li fl-offerta’ li ser tinhareg il-kuntrattur ikollu li jrid jipprovdi bins fejn dawn ikunu numerati u bil-logo tal-Kunsill.  Jekk l-iskart ma jintefax gewwa fihom l-iskart ma jingabarx.  Sar suggeriment ukoll sabiex jintuzaw boroz ta’ l-iskart ikkuluriti. B’hekk jigi evitat li persuni barra mir-rahal jarmu l-iskart fil-lokalita’ taghna.   Wara diskussjoni, l-Kunsill qabel li fis-survey li ghandu jsir r-residenti ghandhom ikunu mistoqsija bin jew borza ikkulurita. 

Is-Sindku ssugerixxa ukoll li ssir laqgha ma’ l-operaturi tal-postijiet ta’ akkomodazzjoni fir-rigward tal-gbir ta’ skart jew li tintbaghtilhom ittra registrata.  Huwa insista billi qal li l-problema tkun aktar gravi fis-sajf minhabba numru ta’ vizitaturi fil-postijiet ta’ akkomodazzjoni. Il-Kunsill qabel ma’ dan is-suggeriment. 

64.9.10 Is-Sindku spjega li fi Triq il-Knisja quddiem ‘Il-Gardjola B&B’ kien hemm problema minhabba li xi sinjali sofor kienu tnehhew u ghaldaqstant kien qed ikun hemm kongestjoni ta’ traffiku u ghaldaqstant kienu gew avvicinat it-Transport Malta sabiex jaghmlu site visit  u jinhargu l-permessi mehtiega biex jigi evitat kull inkonvenjent. 

    1. Aggornament 

64.10.1 Il-laqgha li jmiss ser tinzamm nhar il-Erbgha 5 ta’ Lulju, 2017 fl-10.00AM. 

 64.10.2 Il-laqgha spiccat hin 11.31am.

Konfermati minn

David Apap Agius Emily Amatulli-Depasquale

Sindku Segretarju Ezekuttiv 

Sindku Segretarju Ezekuttiv