|
Il-Ġemellaġġ ma' Gerano
|
|
Nhar l-24 t'April 2002, grupp ta' 59 persuna mill Għarb marru Gerano fl-Italja fejn sar l-iffirmar uffiċjali tal-ġemellaġġ. Dan il-grupp kien immexxi mis- sindku is-sur David Apap u qatta' 6 ijiem f'dan ir-raħal biex jintegra mar- residenzi, u jaqsam magħhom l-istil tal-ħajja u l-kultura tagħhom. Il-grupp ġie milqugħ mill-qalb, u matul din iż-żjara il-grupp ipparteċipa fil-festa tar-raħal u għen fil-preparazzjoni tal-infiorata. Saru wkoll diversi ċerimonji uffiċjali oħra apparti dik tal-iffirmar tal-ġemellaġġ, li saret fil-25 t'April. Waħda minn dawn iċ-ċerimonji kienet l-inawgurazzjoni ta' ċentru soċjali li ġie msemmi "Centro Socail alla citta di Għarb", u din l- inawgurazzjoni saret mis-sindku tal-Għarb, is-sur David Apap. Is-sindku David Apap inawgura wkoll esebizzjoni tar-ritratti bit-tema "L'infiorata piu' antica d'Italia" u żewġ mużewijiet tal-folklore. Matul din iż-żjara, is-sinkdu David Apap iltaqgħa ma' diversi personaġġi mill-gvern taljan, fostom l- onorevoli Francesco Storace, li hu l-president tar-reġjun ta' Lazio, l- onorevoli Tommaso Luzzi, li hu l-viċi tiegħu u l-onorevoli senatur Paolo Barelli. Matul din iż-żjara l-grupp Għawdxi żar ukoll Ruma, Subiaco u Tivoli. |
|
|
|
Wara l-iffirmar tal-ftehim tal-ġemellaġġ, is-sindku ta' Gerano, is-sur Giorgio Fubelli ta lis-sindku tal-Għarb iċ-ċavetta ta' Gerano bħala simbolu li r-residenti tal-Għarb huma dejjem milqugħa ġewwa Gerano. |
|
|