|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Ġemellaġġ ma' Gerano
|
|
Informazzjoni dwar Gerano |
|
|
|
Gerano huwa villaġġ zgħir li jinsab fil-muntanji Tiburtini bejn wieħed u ieħor 30 minuta sewqan 'il bogħod minn Ruma. Gerano huwa mdawwar b'siġar tal-qastan. Hu għandu populazzjoni ta' 1220 u għandu spazju ta' 10 kilometri kwadri - żewġ affarijiet simili ħafna bħall-Għarb. |
|
|
|
Il-festa ta' Gerano hija ddedikata lil "Madonna del Cuore" u tiġi ċċelebrata f'April - din għandha devozzjoni kbira mir-residenzi ta' Gerano. Gerano huwa famuż għall-infiorata li hija tapit sabiħ magħmul mill-petali ta' fjuri friski u dawn jkunu rranġati f'diversi partijiet fejn kull waħda turi tema simbolika. Din tiġi organizzata lejlet l-ġurnata tal-festa ta' Gerano. |
|
|
|
Għalkemm Gerano huwa kommunita zgħira, huwa għandu aspett soċjali viżibbli ħafna - infatt insibu diversi gruppi u organizzazjonijiet lokali fosthom soċjeta mużikali "Amici della Musica", il-"Gruppo Infioratori" li jieħu ħsieb il-preparazzjoni tal-Infiorata, il-kor "Schola Cantorum S. Maria", il- grupp "Trellanum" li jippromwovi l-kultura u l-grupp "Pro-Loco" li jorganizza l-festa kemm reliġjużi u anke dawk tradizzjonali fil-lokalita. Gerano għandu wkoll it-tim tal-futbol tiegħu. |
|
|
|
|
Mur Lura Fuq
|
|