|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Ġemellaġġ ma' Gerano
|
|
Il-Kunsill Lokali tal-Għarb jipparteċipa fl-infiorata li saret f'Gerano ġewwa l-Italja |
|
|
|
F'Mejju 2004, Gerano li huwa l-lokalita Taljana ġemellata mal-Gharb iċċelebrat il-275 Anniversarju tal-'Madonna del Cuore'. F'din l-okkażjoni l- kumitat tal-festa tal-Għarb iddeċieda li flimkien mal-attivitajiet l-oħra jorganizza infiorata. Gerano huwa famuż għall-Infiorata u hija waħda mill- lokalitajiet l-iżjed li ilha torganizza din l-attivita ta' kull sena. Din l- infiorata hija tapit sabiħ magħmul mill-petali ta' fjuri friski u dawn jkunu rranġati f'diversi partijiet fejn kull waħda turi tema simbolika. Gerano jorganizza l-infiorata tiegħu lejlet l-ġurnata tal-festa tiegħu. F'din is- sena, fil-lejl ta' bejn it-8 u d-9 ta' Mejju, ġiet organizzata infiorata speċjali għall-okkażjoni tal-275 anniversarju u 7 lokalitajiet differenti - 6 mill-Italja u l-Għarb, ġew mistiedna biex jiffurmaw frame kull wieħed minn din l-infiorata. |
|
|
|
Għal din l-okkażjoni delegazzjoni mill-Għarb immexxieha mis-sindku David Apap flimkien mal-viċi tiegħu, Raymond Cassar u l-kunsillier Sam Cefai zaru Gerano biex jieħdu sehem f'din l-attivita. Id-disinn tal-parti tal-infiorata li kellha tiġi magħmulha min-nies tal-Għarb ġie ppreparat mill-artist lokali Ruben Camilleri Cauchi li kien ukoll jmexxi l-arranġaturi tal-fjuri. |
|
|
|
Din l-esperjenza unika kienet ta' opportunita biex l-parteċipaturi jitgħallmu t-teknikajiet differenti li jiġu wżati fil-preparazzjoni tal-infiorata fil- lokalitajiet differenti. |
|
|
|
F'Malta, l-infiorata ġiet magħmula għall-ewwel darba fl-Għarb fl-okkażjoni tal-festa tal-2003, u din tkompliet issir ta' kull sena. Matul iż-żjara taghhom fl-Italja, il-grupp tal-Għarb kellu ċ-ċans jintegra mal-kulturi u jesperjenza it-tradizzjonijiet ta' nies li jgħixu f'irħula żgħar fuq l- muntanji Taljani, u anke jżuru postijiet ta' interess kulturali u reliġjuż fosthom l-post ta' Padre Pio, il-Vatikan, u Tivoli. |
|
|
|
|
Mur Lura Fuq
|
|