Home    |    Avviżi    |    Aħbarijiet mir-Raħal    |    Stqarrijiet Stampa    |    Mappa    |    Servizzi Lokali    |    Ikkuntatjana
< >
Home
Avvizi
Stqarrijiet Stampa
Offerti
Attivitajiet Annwali
Il-Pjazza
Publikazzjonijiet
Minuti
Arkivju

Aħbarijiet Lokali
Aħbarijiet Interna.
Sports
It-Temp fil-Gżejje.
Riżultati tal-Lottu
Rati tal-Kambju

Dwar l-Għarb
Il-Kunsill
Servizzi fil-Lokali.
Servizzi Offruti mi.
Programm - L-Ewropa
Il-Ġemellaġġ ma'
Equalabel
Progett OBIMED

Storja tar-Raħal
Il-Parroċċa
Il-Mużew tal-Folkl.
Postijiet ta' Inter.
Traditional Recipies
Mappa
Ritratti

Ristoranti
Trasport lejn Gharb

Klubs Lokali
Iċ-Ċentru Parrokj.
L-Għarb Club ta' M.

Ikkuntatjana

Telephone Directory
Links
Il-Kunsill
Il-Kunsill Lokali tal-Għarb huwa magħmul mis-Sindku, Viċi Sindku, tlett kunsilliera u Segretarju Esekuttiv. L-ewwel elezzjoni tal-kunsill saret fis-16 t'April 1994 fejn ġew eletti is-sur Dimitri Agius, is-sur Alfred Cauchi, is- sur Maurice Cauchi, is-sur Mario Saliba u s-sur Louis Apap. Is-sur Louis Apap ġie maħtur bħala l-ewwel sindku tal-Għarb nhar it-13 ta' Mejju 1994. Fit- 3 ta' Mejju 1995, Louis Apap irriżenja minn sindku biex ħa postu is-sur Maurice Cauchi. Dan tal-aħħar rriżenja wara sena biex fis-6 ta' Mejju 1996 is-sur Alfred Cauchi ġie elett bħala sindku.
Fit-8 ta' Marzu 1997, saru l-elezzjonijiet għat-tieni leġiżlatura fejn ġew eletti is-sur Dimitrius Agius, is-sur Alfred Cauchi, is-sur Tonio Mifsud, is- sur David Apap Agius u s-sur Tony Frendo. Is-sur Alfred Cauchi ġie elett bħala sindku fil-5 ta' Mejju 1997. Dimitrius Agius irriżenja u postu ġie meħud mis-sinjura Elsie Caruana li wara ftit jiem irriżenjat ukoll. Fil- 11 ta' Lulju ttieħdet mozzjoni ta' sfiduċja fis-sindku, u fil-15 ta' Lulju is-sur David Apap Agius ġie elett bħala sindku. Is-sur Edward John Depasquale ġie magħżul bħala kunsillier biex jimla l-post li tħalla vojt mis-sinjura Elsie Caruana.
Fit-12 ta' Marzu 2000, saru l-elezzjonijiet għat-tielet leġiżlatura u ġew eletti is-sur David Apap Agius, is-sur Louis Apap, is-sinjura Elsie Caruana, is-sur Tonio Mifsud u s-sinjura Carmen Vella. F'Marzu 2002, il-ministru tal-ġustizzja u Kunsilli Lokali ddikjara l-post okkupat mis-sinjura Elsie Caruana bħala vakanti. Wara dan il-post ġie meħud mis-sur Eugene Portelli li ġie magħżul bħala kunsillier.
Fit-8 ta' Marzu 2003, saru l-elezzjonijiet għar-raba' leġiżlatura. Ġew eletti is-Sur David Apap Agius, is-sur Dimitri Agius, is-sur Raymond Cassar, is-sur Sam Cefai u s-sur Eugenio Portelli. Matul l-ewwel laqgħa ta' dan il- kunsill is-sur David Apap Agius ġie elett bħala sindku għat-tielet darba u s-sur Raymond Cassar ġie elett bħala viċi sindku.
L-elezzjoni għal-ħames leġiżlatura saret fil-11 ta' Marzu 2006, fejn ġew eletti is-sur David Apap Agius , is-sur Raymond Cassar, is-sur Dimitrius Agius, is-sinjura Carmen Vella u s-sinjura Sunta Camilleri. L-ewwel laqgħa saret fis- 6 t'April 2006 fejn is-sur David Apap Agius u s-sur Raymond Cassar ġew ikkonfermati fil-posizzjonijiet tagħhom ta' sindku u viċi sindku rispettivament.
L-elezzjoni għas-sitt leġiżlatura saret fis-6 ta’ Ġunju 2009. Mill-kandidati ġew eletti is-Sur David Apap Agius, is-sur Raymond Cassar, is-sinjura Lisa Marie Brooke, is-sure Emanuel Muscat u s-sinjura Carmen Vella. Is-sitt legiżlazzjoni bdiet tagħmel effett mill-1 ta' Lulju 2012 Is-sur David Apap Agius u s-sur Raymond Cassar reġgħu ġew magħżula bħala is-sindku u l-viċi sindku tal-Għarb.
Mur Lura Fuq