|
|
|
|
|
|
|
|
|
Servizzi Offruti mill-Kunsill
|
|
L-uffiċju tal-Kunsill Lokali tal-Għarb jkun miftuħ f'dawn il-ħinijiet:- Mis-16 ta' Gunju sat-30 ta' Settembru Mit-Tnejn sal-Gimgħa : 8.00am - 1.00pm is-Sibt : 8.00am - 11.30am
Mill-1 t'Ottubru sal-15 ta' Gunju - Mit-Tnejn sal-Gimgħa : 8.00am - 4.00pm is-Sibt : 8.00am - 11.30am |
|
|
|
Il-pubbliku ġenerali jista jagħmel l-ilmenti jew suġġerimenti tiegħu direttament fl-uffiċċju tal-kunsill, jew inkella permezz tat-telefon 21560556, fax 21562727 jew email (gharb.lc@gov.mt). Għal appuntamenti mas- sindku wieħed jista jċempel l-uffiċċju tal-kunsill matul il-ħinijiet tal- ftuħ. |
|
|
Servizz tal-Internet:
|
|
|
Is-servizz tal-internet huwa offrut b'xejn lir-residenti kollha mill-librerija tal-kunsill. Dan is-servizz ġie introdott biex jgħin lil dawk kollha li għandhom bżonn dan is-servizz għal raġunijiet ta' edukazzjoni jew riċerka u m'għandhomx dan is-servizz id-dar. Billi dan is-servizz huwa offrut bil- wireless, wieħed jista juża kemm wieħed mit-3 kompjuters tal-librerija jew inkella juża l-laptop tiegħu. Ħinijiet huma l-istess bħal ħinijiet tal- ftuħ tal-uffiċju tal-kunsill. |
|
|
Librerija:
|
|
|
Il-librerija tar-raħal hija mmexxieha mill-kunsill. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma l-Hamis bejn 8.30am u 12.30pm u s-Sibt bejn 8.30pm u 11.00am. Il- librerija hija aġġornata regolarment b'kotba ġodda u wieħed jista jsib kotba bil-Malti u bl-Ingliż adattati kemm għal kbar kif ukoll għaż-żgħar. Il-kunsill jirċievi regolarment donazzjonijiet ta' kotba minn għand ir- residenti u jappella għall-ġenerożita tal-pubbliku f'dan ir-rigward. |
|
|
Servizz tal-iSkart Goff (Bulky Refuse):
|
|
|
Is-Servizz tal-iSkart Goff jista jkun utilizzat billi ċċempel l-uffiċċju tal-kunsill. Il-ħaddiema tat-Taqsima tal-Indafa Pubblika jiġu jiġbru l- iskart dirett minn darek. Huma jaċċettaw skart bħal imtieraħ, cookers, etc. Materjal tal-ġnien mhux aċċettat. Dan is-servizz huwa mħallas mill-kunsill lokali. |
|
|
Servizz tal-Open Skip:
|
|
|
Is-servizz tal-Open Skip huwa offrut kull nhar ta' Sibt minn Triq Tumas Cassar bejn 9am u 10.30am u wara minn Pjazza San Pietru bejn 10.30am - 11.00am. Wieħed jista juża das-servizz biex jiddepożita kull xorta ta' skart goff. |
|
|
bir tal-iSkart:
|
|
|
Servizz ta’ Ġbir ta’ Skart Domestiku u Skart għar-Reċiklaġġ li jiġi offrut skond l-iskeda segwenti:-
Minn Lulju sa Settembru
It-Tnejn, l-Erbgħa, l-Ħamis u l-Ġimgħa - Ġbir ta’ skart normali u jibda’ fis-7.30am
Is-Sibt - Ġbir ta’ Skart normali u jibda’ fin-12.30pm
It-Tlieta – Ġbir ta’ skart għar-reċiklaġġ u jibda’ fit-7.30am
Minn Ottubru sa Ġunju
It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa – Ġbir ta’ skart normali u jibda’ fis-7.30am
Is-Sibt – Ġbir ta’ skart normali u jibda’ fin-12.30pm
It-Tlieta – Ġbir ta’ skart għar-reċiklaġġ u jibda’ fis-7.30am |
|
|
|
Importanti: L-iskart m'għandux jinħareġ barra aktar minn siegħa qabel il- ħin tal-ġbir. |
|
|
Servizz tal-Bring-In-Sites:
|
|
|
Wieħed jista jiddepożita skart separat - plastik, ħġieġ, karti u metall fil-Bring-In-Site li tisab fi Triq il-Viżitazzjoni maġenb il-grada tal- iskola. Barra minn hekk, wieħed jista jsib fl-uffiċċju tal-kunsill bin għall-batteriji wżati. Il-kunsill huwa sodisfatt bin-numru ta' residenti li qed jużaw dan is-servizz u jinkorraġġixxi oħrajn biex jibdew jagħmlu użu minn dan is-servizz. |
|
|
|
Servizzi oħra offerti mill-Kunsill:
Permessi għad-despożitu ta' materjal tal-bini u materjal ieħor.
Permessi għat-tqegħid ta Kiddie Ride Machines jew Automatic Vending Machines,
Permissi għat-tqegħid temporanju ta' mwejjed u siġġijiet f'postijiet pubbliċi,
Permessi għad-divertiment pubbliku jew attivita simili f'postijiet miftuħa,
Applikazzjoni biex titpoġġa kjosk.
|
|
|
|
Mill-uffiċju tal-kunsill tista tinkiseb l-informazzjoni dwar l-korsijiet ta' filgħaxija li jsiru mid-dipartiment tal-edukazzjoni u anke informazzjoni dwar korsijiet oħra li l-kunsill jorganizza għar-residenti minn żmien għal żmien. Il-kunsill jorganizza korsijiet bħal korsijiet tal-kompjuter, korsijiet tal-first aid, u anke tal-ganutell skond l-bżonn u l-eżigenzi tar- residenti. |
|
|
|
Jistgħu jinkisbu wkoll ċerta formoli mill-kunsill bħal:- |
|
|
|
| Applikazzjonijiet għall-Anzjani: |
Applikazzjoni għall-'Meals on Wheels' |
| |
Applikazzjoni għall-universita tat-terz' eta |
| |
Applikazzjoni għal servizz ta' 'home helper' |
| |
Inkontinenza |
| |
Applikazzjoni għal servizz ta' handyman |
| |
Applikazzjoni għas-servizzi tat-telecare |
| |
Applikazzjoni għall-għajnuna tas-servizzi soċjali.. |
|
|
|
|
| Formoli Oħra: |
• Korsijiet tal-ETC |
| |
• Formoli tal-ETC fejn tiddeskrivi l-bidu jew tmien ta' xi impjieg |
| |
• formli għal VAT refunds fuq żwiġijiet u funerali |
| |
• Applikazzjoni għal liċenzja ġdida biex topera garaxx tas-servizzi pubbliċi |
| |
• Applikazzjoni għal liċenzja biex topera garaxx tas-servizzi pubbliċi sussidjarju |
| |
• Liċenzja biex topera garaxx tas-servizzi pubbliċi - applikazzjoni għal transfer |
| |
• Liċenzja biex topera garaxx tas-servizzi pubbliċi - applikazzjoni għal kanċellazzjoni tal-liċenzja |
| |
• Applikazzjoni għal liċenzja ġdida biex teżerċita attivita kummerjali skond l-liġi tal-kummerċ (Kap. 441) |
| |
• Applikazzjoni għal liċenzja ġdida biex teżerċita attivita kummerjali skond l-liġi tal-kummerċ (Kap. 441) fejn il-permess tal-bini ġa ġie miksub |
| |
• Applikazzjoni għal bdil tal-kategorija jew għal żieda ta' attivitajiet fejn hu meħtieg permess mill-Awtorita tal-Ippjanar |
| |
• Applikazzjoni għal transfer ta' liċenza għal fuq persuna oħra |
| |
• Applikazzjoni għal transfer - wirt |
| |
• Notifikazzjoni ta' kanċellazzjoni ta' liċenza |
| |
• Applikazzjoni ta' liċenzja biex taħdem bħala negozjant fit-toroq |
| |
• Applikazzjoni ta' liċenzja biex taħdem bħala negozjant tas-suq |
| |
• Notifikazzjoni ta' ftuħ ta' ħanut sa tard bil-lejl |
| |
• Applikazzjoni biex tbiegħ oġġetti tal-merċa fil-Ħdud u btajjel pubbliċi. |
|
|
|
|
Biex tagħmel appuntament mas-sindku, jekk jogħġbok ċempel lill-kunsill lokali fuq in-numru 21560556 waqt l-ħinijiet tal-uffiċċju. |
|
|
|
|
Mur Lura Fuq
|
|