Home    |    Avviżi    |    Aħbarijiet mir-Raħal    |    Stqarrijiet Stampa    |    Mappa    |    Servizzi Lokali    |    Ikkuntatjana
< >
Home
Avvisi
Aħbarijiet
Stqarrijiet Stampa
Offerti
Attivitajiet Annwali
Il-Pjazza
Publikazzjonijiet
Minuti
Arkivju

Aħbarijiet Lokali
Aħbarijiet Interna.
Sports
It-Temp fil-Gżejje.
Riżultati tal-Lottu
Rati tal-Kambju

Dwar l-Għarb
Il-Kunsill
Servizzi fil-Lokali.
Servizzi Offruti mi.
Il-Ġemellaġġ ma'
Equalabel

Storja tar-Raħal
Il-Parroċċa
Il-Mużew tal-Folkl.
Postijiet ta' Inter.
Traditional Recipies
Mappa
Ritratti

Ristoranti
Trasport lejn Gharb

Klubs Lokali
Iċ-Ċentru Parrokj.
L-Għarb Club ta' M.

Ikkuntatjana

Telephone Directory
Links
Stqarrijiet Stampa
Thabbret il-mewt ta' Isqof Emeritus Nikol G Cauchi
Il-Kunsill Lokali Gharb jixtieq juri s-soghba tieghu ghall-mewt tal-Isqof Emeritus Nikol Cauchi, u jwassal il-kondoljanzi lill-hutu u l-familjari tieghu. Bla dubju jinghaqad maghna l-poplu kollu ta’ l-Gharb, dak ta’ Ghawdex kif ukoll dak ta’ Malta ghal din it-telfa’. Din l-ahbar laqtitna ghall-gharrieda u tfisser li pajjizna qed jitlef wiehed mill-aqwa personalitajiet li qatt kellna fl-Gharb. L-Isqof Nikol Cauchi jibqa’ mfakkar ghall-hidma fejjieda, l-impenn favur il-Knisja Kattolika, favur il-fqir u l-batut, favur il-familja, favur il-hajja u kwalitajiet sbieh u jibqa’ imfakkar bhala bniedem gentlom. Nikol Cauchi dam bhala Isqof tad-Djocesi ta’ Ghawdex ghal dawn l-ahhar 38 sena sakemm irtira fl-2006. Huwa twieled fir-rahal ta’ l-Gharb fl-1929 u gie ordnat qassis fl-1952. Fl-1956 huwa lahaq kappillan tal-Parrocca tal-Fontana. Hu kien ukoll imexxi il-filosofija u Socjologija gewwa s-Seminarju ta’ Ghawdex fejn kien ukoll ghalliem tat-Taljan. Hu lahaq Isqof Awziljarju ta’ l-Isqof Giuseppe Pace fl-1967 fejn wara beda jmexxi d-Djocesi ta’ Ghawdex zmien qabel l-Isqof Pace miet fl-1972, huwa lahaq ufficjalment Isqof ta’ Ghawdex. Huwa kien rispettat hafna bhala predikatur u komunikatur u kien mahbub hafna minn kulhadd. L-Isqof Cauchi baqa’ ferm popolari anke wara li huwa irtira, kien jinstema b’mod regolari, fejn kien jippartecipa’ waqt programmi tar-Radju u kien dejjem disponibbli ghal domandi mis-semmiegha. Kien ukoll jaghti l-kontribut tieghu mal-Media pero’ dan naqas fl-ahhar xhur minhabba s-sahha tieghu. Fil-messagg ta’ tislima tieghu f’Jannar 2006, meta minfloku lahaq l-Isqof Mario Grech huwa qal li kien ser jibqa’ jiftakar u jitlob ghal kulhadd sal-gurnata tal-mewt tieghu. U kien filfatt li huwa zamm il-weghda tieghu. L-Isqof Mario Grech qal li sa ftit granet qabel ma huwa ddahhal l-Isptar, baqa’ ferm interessat fl-affarijiet tad-djocesi u kien qieghed jahdem fuq progetti tieghu fost l-ohrajn il-pubblikazzjoni tal-kotba tieghu. Kull min kien jafu sewwa jibqa’ jiftakru bhala bniedem ta’ intelligenza, bniedem li kien ihobb ferm il-letteratura, bniedem li kien mgharraf sewwa dwar l-affarijiet tal-Knisja u tad-Djocesi u b’mod partikolari ghall-karattru tieghu dejjem ferriehi. L-Isqof Cauchi ttiehed l-Isptar Generali t’Ghawdex fis-27 ta’ Ottubru fejn wara kura intensiva kellu jigi trasferit ghall-Isptar Mater Dei. Il-Kundizzjoni tieghu kienet qalbet ghal ahjar pero’ xorta wahda baqghet kritika. Huwa miet kmieni dalghodu fl-eta’ ta’ 81 sena. 15/11/2010
Thabret il-mewt ta' Isqof Emeritus Nikol G Cauchi

Nagħtu merħba lill-Arċipriet Ġdid Can Joseph Sultana
Il-Ġimgħa 8 ta' Ottubru 2010, Mons Isqof Mario Grech ħatar lill-Kanonku Dr Dun Joseph Sultana Arċipriet tal-Kolleġġjata Bażilika tal-Għarb. F'din il-kariga l-Kanonku Joseph Sultana ser jissuċċiedi lill-Arċipriet Mons. Carmelo Gauci surmast attwali tal-Iskola Primarja tal-Konservatorju tal-Isqof. Dun Joseph Sultana twieled ix-Xagħra fil-21 ta' Mejju 1976. Ħa l-edukazzjoni tieghu fl-iskola Primarja Patri Mattew Sultana u wara dik sekondarja u postsekondarja fil-Liċeo Ninu Cremona u Sir Mikelanġ Refalo. Fl-1994 beda l-kors tal-formazzjoni għas-saċerdozju fis-Seminarju tal-Qalb ta' Ġesu'. Bejn is-sena 1998-1999 għamel l-esperjenza tas-sena barra ġewwa l-Istati Uniti, fil-parroċċa ta' St. Angela, Detroit, Michigan. Lura f'Għawdex, kiseb il-Baċellerat fit-Teoloġija mis-Seminarju tal-Qalb ta' Ġesu'. Ġie kkonsagrat saċerdot mill-ET Mons Nikol Ġ Cauchi nhar l-20 ta' Ġunju 2001. Beda l-ħidma pastorali ta' Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa tan-Nativita' ta' Kristu, ġewwa Ruma, filwaqt li kompla bl-ispeċjalizzazzjoni fl-Istitut Pontifiċju Bibliku. Kiseb il-Liċenzja fix-Xjenza Biblika u d-Dottorat fit-Teoloġija Biblika. F'Awissu 2006 ġie maħtur Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Katidral u kanonku fil-Kolleġġjata tax-Xagħra. Attwalment huwa lecturer fl-Iskrittura fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta' Ġesu', delegat tal-Isqof għall-Katekeżi tat-Tfal, u membru tal-Kummissjoni Kataketika tal-Konferenza Episkopali.
Infiorata Gharb 2010
Nhar il-Hadd 4 ta’ Lulju, il-Kunsill Lokali Gharb organizza l-Infiorata ghad-9 sena konsekuttiva fuq iz-zuntier tal-Knisja.
Id-disinn ta’ din is-sena gie ikkrejat mis-Sur Michael Bajada u kien jinkludi fih il-logo tal-Progett Ewropew ‘European Destination of Excellence’ li tieghu l-Kunsill gie rikonoxxut ghall-isforzi u l-kisbiet tieghu fil-lokalita, l-Anniversarju tal-75 sena ta’ l-Inkoronazzjoni tat-titular tal-Madonna ta’ Pinu u z-zjara tal-Papa Benedittu XIV li kellu gewwa Malta iktar kmieni din is-sena.

Ix-xoghol inbeda’ kmieni il-Hadd wara nofsinhar taht id-direzzjoni tas-Sindku David Apap u l-artist innifsu. Inghatat ghajnuna minn voluntiera lokali li ingabru flimkien fuq iz-zuntier tal-Knisja biex jibdew ix-xoghol fuq it-tpoggija tal-ward sabiex jigi iffurmat id-disinn ta’ l-Infiorata.

L-Infiorata tlestiet fil-hin sabiex il-purcissjoni bl-istatwa tal-Vizitazzjoni tal-Madonna lil Santa Elizabetta seghet tghaddi minn fuq dan it-tapit ta’ fjuri iktar tard filghaxija.
Mur Lura Fuq