Home    |    Avviżi    |    Aħbarijiet mir-Raħal    |    Stqarrijiet Stampa    |    Mappa    |    Servizzi Lokali    |    Ikkuntatjana
< >
Home
Avvisi
Aħbarijiet
Stqarrijiet Stampa
Offerti
Attivitajiet Annwali
Il-Pjazza
Publikazzjonijiet
Minuti
Arkivju

Aħbarijiet Lokali
Aħbarijiet Interna.
Sports
It-Temp fil-Gżejje.
Riżultati tal-Lottu
Rati tal-Kambju

Dwar l-Għarb
Il-Kunsill
Servizzi fil-Lokali.
Servizzi Offruti mi.
Il-Ġemellaġġ ma'
Equalabel

Storja tar-Raħal
Il-Parroċċa
Il-Mużew tal-Folkl.
Postijiet ta' Inter.
Traditional Recipies
Mappa
Ritratti

Ristoranti
Trasport lejn Gharb

Klubs Lokali
Iċ-Ċentru Parrokj.
L-Għarb Club ta' M.

Ikkuntatjana

Telephone Directory
Links
Stqarrijiet Stampa
Press Release – Referendum Konsultattiv
Fit-8 ta’ Dicembru, 2010 il-Kunsill Lokali Gharb ser ikun qieghed jitlob lir-residenti tieghu jaghtu l-opinjoni taghhom fir-rigward ta’ kmamar tan-nar godda fl-Gharb permezz ta’ Referendum. Il-kunsill huwa konxju li fil-lokalita ta’l-Gharb qed tinholoq sitwazzjoni ta' bazi ta’ kmamar tan-nar u dan huwa inaccettabli minhabba is-sahha u is-sigurta ghar-residenti. Hi ħaġa inaċċettabbli ukoll li d-dibattitu fuq din il-kwistjoni tinfetaħ biss kull meta jsseħħu xi traġedji, bħalma sfortunatament kellna dan l-aħħar ... u mbagħad wara ftit jintesa kollox u l-affarijiet jibqgħu kif kienu! Il-kunsill tħoss li għandu d-dmir u obligu li jikkonsulta dwar dan is-sugget mar-residenti. Il-kunsill jifhem li il-loghob tan-nar huwa parti importanti mill-kultura ta’pajjizna pero nifhmu li s-soċjetà qed jkollha tħallas għal dan il-logħob tan-nar prezz għoli wisq permez tal-hajjiet tan-nies u hsarat esagerati f' djar tan-nies u għalhekk ir-residenti għandhom ddritt u d-dmir li issemma leħinhom publikament. Din l-istqarrija għandha titqies bħala l-kontribuzzjoni sabiex ir-residenti ingenerali ikunu konxi li f'dan l-istadju ghandhom ic-cans isemmew lehinhom u jaghtu l-opinjoni taghhom. Il-kunsill jishaq jghid li hemm bżonn li jsir kontroll aktar spissi fuq il-kmamar tal-logħob tan-nar ezistenti udwn il-kontrolli ghandhom isiru is-sena kolla b'enfasi akbar f'zmien meta tkun qed tinhadem il-produzzjoni sabiex issir il-hazniet u f'zmien il-festi. il-kunsill izid jghid li talli kontrolli ghandhom issiru sabiex ikun zgurat it-tip ta' materjal, kif u fejn qed jinhadem, is-sistemi li jintuzaw u kif ukoll u mhux l-anqas min qed ikun fil-kmamar tan-nar. Jenħtieġ ukoll li l-pubbliku jkun aktar informat bir-riskji tal-garr ta materjal mahdum min wara biebhom u ghal dan ghandu jinstab rimedju. Ir-risultat tar-referendum ser ikun ipprezentah lill-awtoritajiet koncernati. Ir-rizultat ser jinhadem fuq il-kriterji moghtija mir-regolamenti li jirregolaw ir-referendum konsultativ. Il-post tal-Votazzjoni li ser ikun il-Kunsill Lokali Gharb ser ikun miftuh ghall-pubbliku bejn id-9am u s-7pm. Wara ser issir l-ghad f'l-istess kamra u jinhareg ir-rizultat. Jistghu jivvutaw dawk kolha li isimhom jidher fir-Registru Elettorali tal-Gharb ta’ Ottubru 2010. Min hu interessat jista' icempel sabiex jara jekk ismu jidher fir-registu il-Kunsill lokali fuq 21560556 il-gurnata kolla. Biex wiehed jivvota jrid jipprezenta l-karta ta’ l-Identita’ anke jekk din fil-prezent hija skaduta. Il-kunsill qed iheggeg lir-residenti sabiex jikkolaboraw u johorgu jivvutaw jaghtu l-opinjoni taghhom.
Mur Lura Fuq