|
|
Il-Kunsill Lokali Gharb ser jorganizza serata tal-Karnival nhar il-Hamis 3 ta’ Marzu. L-isfilata tal-Karnival ser titlaq minn Triq il-Vizitazzjoni fis-7.00pm sa Pjazza Zjara tal-Madonna fejn ser jinzamm il-programm mimli zfin minn gruppi Ghawdxin kif ukoll Maltin, kompetizzjonijiet tal-kostumi, kif ukoll il-Maskarat misterjuz.
Fl-4 ta’ Marzu ser tinzamm serata ohra tal-Karnival fic-Centru Parrokkjali fis-7.30pm. Ser isiru diversi drammi bhal: Buzzett: “Qalb Nobbli”, Sketches: “F’Manikomju”, “Mezz ghal Kollox”, “Il-Kunjata”, kif ukoll ser ikollna lil Chris Vella: “Fire eating”.
Il-Kunsill jistieden lil kulhadd jattendi ghal dawn l-attivitajiet ta’ pjacir ghall-familja kollha. |
|