|
|
|
|
|
|
|
|
|
Stqarrijiet Stampa
|
Seher il-Punent 2011
|
|
|
Il-Kunsill Lokali Gharb ser jorganizza l-hames edizzjoni ta’ Seher il-Punent, festival ta’ arti, kultura, patrimonju u muzika bejn l-1 u 3 ta’ April, 2011.
Ghal darb’ohra dan il-festival ser jigi organizzat fic-centru tar-rahal, zona li hija mzewqa b’aspetti u elementi folkloristici. Il-Kunsill inkluda dan il-festival fil-kalendarju kulturali annwali tieghu bl-ghan ewlieni li jattira vizitaturi lejn il-Gzira Ghawdxija fejn tkun qed tinghata ghajnuna fil-promozzjoni tat-tezori tal-gzira u jizdied il-kummerc matul ix-xhur mejtin tax-xitwa.
Il-Programm ta’ din is-sena ser ikun ghal darb’ohra qed jinfetah b’ikla tradizzjonali organizzata mill-Ghaqda Folkloristika tal-Qiegha fil-Pjazza Zjara tal-Madonna bil-kollaborazzjoni tal-Kumitati / Ghaqdiet Lokali f’ambjent folkloristiku. L-animazzjoni tas-serata ser tinghata mill-Ghaqda folkloristika tal-Qiegha u Spiru Sillato. Platti specjali li ser jigu servuti jinkludu Soppa ta’ l-armla, ravjul, ghazla bejn Majjal/Tigieg/Hut, Helu Tradizzjonali, inbid jew drink iehor.
Is-Sibt filghaxija ser ikun miftuh mill-Ghaqda Dilettanti tal-Karnival segwit minn partecipazzjoni ta’ Talenti Lokali. Ghat-tieni sena konsekuttiva, l-Kunsill ser ikun qed jorganizza l-kompetizzjoni tat-tug of war bis-sehem ta’ diversi gruppi Maltin u Taljani.
Waqt din is-serata ghall-gost ta’ mijiet ta’ persuni l-Kunsill ser ikun qed jospita’ l-grupp tas-serje’ popolari Maltija ‘Deceduti’ li ser ikunu l-mistiedna specjali ta’ din is-serata. Il-partecipazzjoni taghhom waqt Seher il-Punent ser tkun l-ewwel wahda taghhom gewwa l-Gzira Ghawdxija. Waqt is-serata huma ser ikunu qed janimaw lill-vizitaturi, u ser ikunu ukoll qed jiltaqghu mall-fans taghhom. Din is-serata ser tinghalaq b’kuncert live mill-kantant popolari Malti Freddie Portelli.
L-Attivitajiet tal-Hadd Filghodu ser jinghataw bidu fid-9.15am bit-Tieg Tradizzjonali Malti segwit bl-ezebizzjoni u degustazzjoni ta’ ikel tipiku inkluz varjeta’ ta’ gobon Taljan u Malti, frott u inbid. L-animazzjoni folkloristika ser tigi provduta mill-grupp folkloristiku Aurora. Bhala attrazzjoni specjali l-Hadd filghodu ser jinkludi l-krejazzjoni u ezebizzjoni ta’ l-ikbar gbejna li qatt giet ikkrejata gewwa l-gzejjer Maltin kif ukoll ser tindaq il-gbejna tas-sena l-ohra li lahqet il-35 kilo.
Id-dilettanti tal-muturi ser ikunu ghat-tieni sena konsekuttiva jorganizzaw get together gewwa l-Pjazza.
F’nofsinhar ser imbghad titlaq maratona ta’ zfin bil-partecipazzjoni ta’ diversi kumpaniji taz-zfin minn Malta u tkompli sa tard wara nofsinhar.
Il-Hadd filghaxija tiftah bil-partecipazzjoni ta’ kant minn talenti lokali segwita minn kuncert live – Back to the Oldies – 60’s, 70’s and 80’s mill-band ta’ Mark Spiteri Lucas bil-partecipazzjoni ta’ diversi kantanti popolari fosthom J. Anvil, Eleanor Cassar, Ludvig Galea, Fabrizio u Claudia Faniello.
Il-programm ser jinkludi fih ukoll il-finali tal-kompetizzjoni tal-gbid tal-Habel (Tug of War).
Il-mistieden specjali ghas-serata li bih ser jinghalaq ukoll il-festival Seher il-Punent ser ikun Glen Vella, r-rebbieh tal-Malta Song Festival.
Matul il-granet tal-festival ser ikun hawn ukoll:-
Zona ghat-tfal b’animaturi
Stands ta’ l-ikel u xorb
Ezebizzjonijiet ta’ arti u kultura mill-iskola ta’ l-arti Wistin Camilleri
Cultural Walking Tours (Kull min hu interessat ghandu jikkuntatja lill-Kunsill Lokali. It-tours jitilqu minn fejn Il-Qiegha fi Triq il-Knisja fl-10.00am, booking huwa mehtieg. Ma jsirux tours jekk ma jkunx hemm bookings.)
Re-enactment tal-Qiegha mill-grupp folkloristiku tal-Qiegha s-Sibt u l-Hadd filghodu.
Akkomodazzjoni bi prezz specjali tigi offruta minn:-
Ta’ Frenc Real Estate ghal dan il-weekend bi prezz specjali ta’ €12.36 ghal kull persuna ghal kull lejl f’appartament ta’ 4 persuni. In-numru ta’ appartamenti huwa limitat.
Il-Kunsill Lokali jixtieq jirringrazzja lis-Segretarjat Parlamentari ghall-Konsumatur, Kompetizzjoni Gusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, Ministeru ghal Ghawdex, Malta Tourism Authority kif ukoll l-Isponsors kollha li taw il-kontribut taghhom lejn dan il-festival.
Ghal aktar informazzjoni fir-rigward ta’ Seher il-Punent u / jew bookings ghall-ikla tradizzjonali li ser issir nhar il-Gimgha 1 ta’ April wiehed jista’ jikkuntatja lill-Kunsill Lokali fuq 21560556 / 7949 2667 jew email: gharb.lc@gov.mt |
|
|
|
|
Mur Lura Fuq
|
|