|
|
|
|
|
|
|
|
|
Stqarrijiet Stampa
|
|
Din is-sena il-Kunsill Lokali tal-Għarb iċċelebra Jum l-Għarb b'żewġ attivitajiet li ġew miżmuma fil-Pjazza tar-raħal quddiem il-knisja. |
|
|
|
L-ewwel attivita li kien jisimha Għarb Fest saret il-Ħadd 27 t'Awwissu u kienet festival kulturali fejn diversi kantanti kellhom iċ-ċans juru t-talent tagħhom. Saret ukoll show tax-xagħar mill-magħrufa David & Alex ta' Cut Coiffeur. |
|
|
|
Il-programm inkluda wkoll żfin minn tfal studenti ta' Anette Mystic Dancers. Is-serata spiċċat b'kunċert minn Ira Losco u l-band tagħha fejn taw kunċert ta' siegħa. |
|
|
|
Nhar it-tlieta 29 t'Awwissu, kien iċċelbrat Jum l-Għarb. Is-serata bdiet b'quddiesa mill-E.T. Mons N. J. Cauchi, isqof, fil-bażilika tar-raħal. Wara, l-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni akkopmanjat lil gruppi lokali flimkien mal-ispeaker tal-parlament, il-ministru għal Għawdex, is-sindku tal-Għarb, il-kunsilliera u l-arċipriet fit-tqegħid ta' fjuri mal-monument iddedikat lil isqof Molina. Kien ukoll show mit-tenru Aldo Busuttil u preżentazzjonijiet ta diversi premijiet u ċertifikati. |
|
|
|
Din is-Sena Premju Għarb ġie mogħti lis-sinjura Tereża Cauchi, ex-għalliema ta' 75 sena. Għal ħafna żmien hi kienet u għadha attiva fl-Azzjoni Kattolika tal-Għarb. Hi ukoll tgħallem id-duttrina fil-lokalita u hija dejjem attivita fl-organizzazzjoni ta' diversi attivitajiet bħal bazaars li jgħinu fil-lokalita. |
|
|
|
Premju Qlub Generuzi ġie mogħti lil Mrs. Vitorja Portelli. Vitorja hija armla li għandha sitt itfal. Sfortunatament iż-żgħir għandu bżonnijiet speċjali, imma minkejja id-diffultajiet dejjem għamlet li seta ghalih. |
|
|
|
Il- Gharb Gozitan Cultural Award ġie mogħti lil Għaqda Mużikali Viżitazzjoni għas-suċċessi li kisbet fi żmien qasir li ilha mwaqqfa u x-xogħol siewi li qed tagħmel fil-lokalita. |
|
|
|
|
Mur Lura Fuq
|
|