Home    |    Avviżi    |    Aħbarijiet mir-Raħal    |    Stqarrijiet Stampa    |    Mappa    |    Servizzi Lokali    |    Ikkuntatjana
< >
Home
Avvisi
Aħbarijiet
Stqarrijiet Stampa
Offerti
Attivitajiet Annwali
Publikazzjonijiet
Minuti
Arkivju

Aħbarijiet Lokali
Aħbarijiet Interna.
Sports
It-Temp fil-Gżejje.
Riżultati tal-Lottu
Rati tal-Kambju

Dwar l-Għarb
Il-Kunsill
Servizzi fil-Lokali.
Servizzi Offruti mi.
Il-Ġemellaġġ ma'
Equalabel

Storja tar-Raħal
Il-Parroċċa
Il-Mużew tal-Folkl.
Postijiet ta' Inter.
Traditional Recipies
Mappa
Ritratti

Ristoranti
Trasport lejn Gharb

Klubs Lokali
Iċ-Ċentru Parrokj.
L-Għarb Club ta' M.

Ikkuntatjana

Telephone Directory
Links
Stqarrijiet Stampa
Festival Seher il-Punent
Festival uniku ta kultura, muzika, arti u patrimonju mifrux fuq tlitt ijiem bejn il-Gimgha 16 u l-Hadd 18 ta Marzu, 2007 gewwa l-Gharb.
l-Kunsill Lokali Gharb qed iniedi Festival uniku ta kultura, muzika, arti u patrimonju mifrux fuq tlitt ijiem bejn il-Gimgha 16 u l-Hadd 18 ta Marzu, 2007. Il-Festival ser jesponi l-karatteristici ewlenin ta dan ir-rahal pittoresk Ghawdxi, uniku fl-istil tieghu u mfittex ferm minn hafna Maltin. Matul dawn it-tlitt ijiem ir-rahal ser jittrasforma ruhu fattivita kontinwa mifruxa madwar it-toroq kollha.
Il-postijiet kollha ta interess, kultura u patrimonju ser ikunu miftuha ghall-pubbliku sa tard bil-lejl. Ser ikun hemm tours gwidati tal- postijiet ta interess storiku u kulturali, re-enactments ta grajjiet storici, teatru tat-triq, atturi, marci mill-Baned, esebizzjonijiet tasnajja u arti, ikla tradizzjonali imtellgha mill-Ghaqda tal-Qiegha u hafna affarijiet ohra li zgur ser ikunu ta attrazzjoni ghal dawk li ghandhom ghal qalbhom it-tradizzjonijiet u kultura storika ta pajjizna.
L-area ta madwar il-pjazza tar-rahal ser tkun trasformata fi pjanura ta attivita kulturali u divertiment kontinwu. Ser ikun hemm area tat-tfal, loghob, animaturi, diversi palkijiet zghar li fuqhom ser jaghtu l- wirjiet taghhom rock bands lokali u artisti ohra. Ghal min ihobb il-palat ser ikun hemm servizz ta ristorant kif ukoll snacks mill-outside catering popolari Country Terrace. Kull serata ser tinghalaq bi spettaklu ta loghob tan-nar. Izda zgur li l-attrazzjoni principali ser ikun il-palk principali li fuqu ser jittellghu tlett serati fenominali:
Il-„ imgħa_16_ta'_Marzu
Serata fid-dawl tax-xemgha bis-sehem tal-Versatile Brass Ensemble Brass Band professjonali ta 12 il muzicist mill-Orkestra Nazzjonali kif ukoll Cabaret show Internazzjonali minn grupp ta zeffiena mill- Bulgarija.
Is-Sibt_17_ta'_Marzu
Spettaklu Live minn The Big Band Brothers, il-Brass Band ferm popolari li tiehu sehem fil-programm Xarabank. Fdan l-ispettaklu ser jiehdu sehem il-kummidjanti popolari ta Zoo Media flimkien maz-zeffiena ta William Dance Company. Performance minn Olivia Lewis rebbieha u uhud mill- finalisti tal-Malta Song for Europe 2007.
Il-Ħadd_18_ta'_Marzu
Kuncert Live mit-team kollu tal-programm televiziv Kollox Sibt, jigifieri il-Band ta Mark Spiteri Lucas, il-kantanti Charlene u Natasha Grima, Ivan Spiteri Lucas, Ludvig Galea, J Anvil u Fabrizio Faniello kif ukoll il-komiku Augusto Cardinali, Keith & Adonelle Dancers u l- prezentaturi Ryan, Karl u Romina Bonaci.
l-Kunsill qed itella dan il-festival bil-kollaborazzjoni tal-ghaqdiet lokali u tas-sidien tal-farmhouses li qed jaghtu offerti specjali fuq akkomodazzjoni matul dan il-festival. Ghal aktar informazzjoni u ghajnuna fdan ir-rigward wiehed jista jcempel fuq 21560556 jew 7949 2667.
Il-Kunsill jixtieq jirringrazzja lill-Ministeru ghal Ghawdex tas-support finanzjarju biex ser ikun jista jittella dan l-avveniment kif ukoll lill- isponsors kollha. Il-Kunsill Lokali Gharb qed jistieden lil Maltin u Ghawdxin kollha biex jattendu ghal dan il-Festival uniku li ser isir fdan ir-rahal pittoresk Ghawdxi.
14 Feb 2007
Mur Lura Fuq