|
|
|
|
|
|
|
|
|
Stqarrijiet Stampa
|
Seher il-Punent 2008 - Success Kbir
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Seher il-Punent 2008
|
|
|
Il-weekend tat-28 sat-30 ta’Marzu fir-rahal pittoresk tal-Gharb ittella it-tieni edizzjoni tal-Festival ta’ Arti, Kultura, Muzika u Patrimonju Seher il-Punent. L-ghan ewlieni ta’ dan il-Festival huwa li jesponi il-kultura u tradizzjonijiet tal-Gharb kif ukoll biex jigbed it-turizmu lejn Ghawdex fil-‘lean season’. Il-Festival gie inawgurat il-Gimgha 28 ta’ Marzu filghaxija mill-Ministru ghal Ghawdex l-Onorevoli Giovanna Debono li akkumpanjata mis-Sindku tal-Gharb David Apap zaret id-diversi ezebizzjonijiet li ittellghu apposta ghal dan il-festival u li kienu jinkludu wirja ta’ arti fejn diversi artisti Ghawdxin esebew il-pitturi taghhom, wirja ta’ statwi sagri, ‘live painters’ kif ukoll esebizzjonijiet ta’ diversi snajja u artigjanat bhal bizzilla, fuhhar, induratura, nases, mosaic u skultura fil-gebel. Il-Ministru zaret ukoll id-diversi stages li fuqhom itella spettaklu ta’ talent imzewwaq bi zfin, kant u muzika minn artisti Ghawdxin u Maltin. Il-Ministru ghal Ghawdex kellha kliem ta’ tifhir ghal din l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali Gharb meta fuq l-istage principali iddikjarat il-Festival ufficjalment miftuh. Il-Ministru qalet illi l-esperiment tas-sena l-ohra irnexxa mija fil-mija u ghalhekk illi il-Ministeru ghal Ghawdex qed jerga’ jissupportja din l-inizjattiva permezz tan-‘National Lotteries Good Causes Fund’. Il-Ministru spjegat illi Seher il-Punent jikkumplimenta il-politika tal-Gvern li jigbed turizmu Malti u barrani lejn Ghawdex f’perjodu meta t-turizmu jkun xi ftit batut. Il-festival fetah b’marci brijjuzi mill-Banda Muzikali Vizitazzjoni matul it-toroq principali. Il-kantant u prezentatur popolari J Anvil mexxa is-serata fuq l-istage principali fejn minkejja il-kundizzjonijiet tat-temp xorta wahda kien hemm konkorrenza sabiha minn vizitaturi Ghawdxin, Maltin u barranin li flimkien mat-tizjin tal-bandalori u d-dawl tal-fjakkoli holqu atmosfera ta’ festa. L-attrazzjoni principali tal-Gimgha kien kuncert ghall-familja kollha minn Spiteri Lucas Band bis-sehem ta’ diversi kantanti fosthom Ludvig Galea, Nadine Axisa, Oliva Lewis, Marisa D’Amato u l-kummidjant popolari Augusto Cardinale. Is-serata ghalqet bi spettaklu ta’ loghob tan-nar. Il-Festival kompla is-Sibt filoghdu permezz ta’ re-encatments ta’ grajjiet storici fosthom il-‘Qiegha’ u tours gwidati madwar ic-centru storiku tar-rahal, il-villagg tas-Snajja ta’ Dbiegi u d-diversi muzewijiet li nsibu gewwa l-Gharb fosthom il-Muzewijiet ta’ Karmni Grima u Frenc ta’ l-Gharb u l-Gharb Folklore Museum. Is-Sibt filghaxija inzammet it-tieni serata tal-Festival b’divertiment ghall-familja kollha u 3 spettakli fuq tliet palkijiet differenti. Fost il-mistiedna specjali is-Sibt filghaxija kellna lil Joe Demicoli, Freddie Portelli kif ukoll mill-Ingilterra l-Aqwa Tribute Band tal-U2 iz-ZU2. Il-Hadd filoghdu satret mattinata folkloristika fil-Pjazza Zjara tal-Madonna imzewwqa b’re-enactments, daqq u zfin folkloristku u t-tberik tal-annimali. Komplew ukoll matul il-Jum tal-Hadd it-tours gwidati madwar ic-centru storiku tal-Gharb. Filghaxija l-ispettaklu finali ta’ Seher il-Punent 2008 kien jinkludi kant u zfin modern u folkloristiku kif ukoll line dancing, rocks bands, ‘Rondo Veneziano’, ir-Rebbieha tal-Junior Song For Europe – Cute kif ukoll il-Big Band Brothers flimkien mal-Finalisti tal-Maltasong for Europe 2008:- Klinsman Coleiro, Petra Zammit, Eleonor Cassar, Rosman Pace, Claudia Faniello u r-rebbieha tal-Maltsong for Europe 2008 Morena. Is-serata intemmet bi spettaklu ta’ loghob tan-nar. Barra minn dawn wiehed seta jgawdi matul it-tliet ijiem tal-Festival minn diversi stalls li kienu jservu varjeta ta’ ikel u xorb, bejgh ta’ prodotti tipici inkluz prodotti tal-gobon u inbid lokali. Ma naqsitx lanqas ir-rokna b’divertiment ghat-tfal li kienet tinkludi Bouncing Castle, loghob mill-Playmobil u show minn Ronald Mc Donald. Il-Muzewijiet u postijiet ta’ interess fosthom il-Knisja Parrokkjali, l-Gharb Folklore Museum u Ta’ Dbiegi Crafts Village estendew il-hinijiet tal-ftuh taghhom u kienu miftuha sa tard. It-toroq principali gew imzejjna bl-armar tal-festa u z-zuntier tal-Knisja kif ukoll diversi djar u galleriji antiki fil-pjazza kienu mzejjna b’arrangamenti ta’ fjuri mill-kampanja. Il-Kunsill Lokali Gharb jixtieq jirringrazzja lill-isponsors u l-voluntiera kollha li permezz taghhom kien possibbli li tinzamm din l-attivita’. Il-festival kellu bhala sponsors ewlenin in-‘National Lotteries Good Causes Fund’ fi hdan il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministeru ghal Ghawdex, il-Malta Tourism Authority, Vodafone, General Soft Drinks, Mc Donalds, Playmobil u Bavaria. Il-Kunsill huwa sodisfatt illi l-inizjattiva kienet wahda pozittiva u ta’ success u li l-ghan ewlieni taghha li jingab turizmu lejn Ghawdex intlahaq u dan jixhduh l-ammont numeruz ta’ persuni li zaru lill-Gharb u lill-Ghawdex matul dawn it-tlett ijiem. |
|
|
|
|
Mur Lura Fuq
|
|