|
|
|
|
|
|
|
|
|
Stqarrijiet Stampa
|
Jum l-Gharb 2008
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nhar il-Gimgha 29 ta’ Awissu, il-Kunsill Lokali Gharb fakkar Jum il-Lokalita’ b’serata kulturali fil-Pjazza Ewlenija bl-isfond maestuz tal-Knisja tal-Vizitazzjoni.
Wara l-Quddiesa ta’ 7.30pm li ghaliha attendew is-Sindku David Apap u l-Kunsilliera bhala sinjal ta’ radd il-hajr, inzammet ic-cerimonja simbolika tat-tqeghid ta’ kuruni quddiem il-Monument tal-Isqof Mikiel Molina, li kien huwa li proprju fid-29 ta’ Awissu 1679 waqqaf l-Gharb bhala parrocca.
Wara inghatat bidu ghas-serata kulturali li matulha esebew talenti lokali kemm dawk godda kif ukoll ohrajn stabbiliti. Is-serata kienet tinkludi wkoll prezentazzjoni dwar 15 il sena hidma tal-Kunsill, diskors ta’ l-okkazjoni mis-Sindku David Apap u prezentazzjoni ta’ diversi Premjijiet u Rikonoxximenti fosthom:-
Premju Gharb 2008 li inghata lill-missjunarju Dun Gammaria Cauchi mill-Gharb li ilhu ghall ahhar 45 sena missjunarju il-Brazil. Ghazel li jahdem fin-naha fqira tal-Brazil. Bhalissa qed jiehu hsieb zewg parrocci fl-istat ta' Paraiba. Dawn il-parrocci huma mifruxin fuq medda kbira hafna ta' art. Hemm diversi kappelli mifruxin 'l hawn u 'l hinn u l-missjunarju jdur minn kappella ghall-ohra jqaddes u jamministra s-sagramenti lill-parruccani. Il-Knisja fil-Brazil tghin hafna biex in-nies jinqalghu mill-faqar li jinsabu fih. Wahda mir-ragunijiet ta' dan il-faqar hi li hafna bdiewa anqas bicca art zghira ma ghandhom li tkun taghhom biex jahdmuha. Allura jkollhom bilfors jahdmu art li tkun ta' haddiehor u hekk is-sinjur isir iktar sinjur u l-fqir jibqa dejjem fqir. Dun Gammaria jghin hafna fil-Kummissjoni Pastorali tal-Art, (Comissão Pastoral da Terra-CPT). Ix-xoghol fi hdan din il-kummissjoni ma tantx hu facli izda l-membri taghha huma lesti li jahdmu fiha kontra kull tfixkil. Permezz tal-missjoni tieghu Dun Gammaria ghamel isem u gieh lill-Gharb anke il boghod minn xtutna.
Premju Qlub Generuzi 2008 li inghata lil Salvina Portelli li ghaddiet hafna minn hajjitha tiehu hsieb missierha u ommha, li ghada hajja. Ghal dawn l-ahhar 11–il sena, ommha mardet u kellha tirtira d-dar. Minn 9 snin ‘l hawn ommha kienet u ghadha ‘bed ridden’ u trid kollox minn bintha. Meta kien ghadha mhux daqshekk marbuta d-dar, ghal 8 snin shah kienet taghti servizz fuq bazi voluntarja fl-Istitut ta’ San Guzepp, Gh’sielem. Il-Kunsill hass ghaldaqstant, li l-Komunita’ ta’ l-Gharb ghandha tirrikonoxxi dan l-impenn b’sagrificcju mhux zghir li Salvina tat u ghadha taghti.
Fuq proposta tas-Sindku David Apap din is-sena tnieda ukoll Premju Gdid bl-isem Premju Volontarjat Lokali sabiex jirrikonoxxi il-hidma li persuna taghti b’mod volontarju b’risq il-komunita’ lokali. Ghalkemm il-hajja ta’ llum hija wahda mghaggla izda xorta wahda fl-Gharb ghadna nsibu min jaghti mhux ftit biex jghin fil-parrocca u fil-komunita’. Dan il-Premju inghata lil Luigia Mercieca, persuna li minkejja d-dizabilita’ taghha hija attiva’ hafna fil-volontarjat lokali partikolarment fil-Legjun ta’ Marija, voluntiera fiz-zamma u fl-armar tal-apparat tal-Knisja u ghal hafna snin kienet ukoll wahda mill-hajjata voluntiera fil-Knisja. Hija wkoll Ministru Straordinarju tat-Tqarbin. F’hafna granet matul is-sena kollha tirrecita r-Ruzarju lin-nies fil-Knisja. Ghal dawn l-ahhar 18-il sena, kienet u ghadha Katekista, li tghallem it-tfal iz-zghar fil-parrocca.
Matul is-serata gew ipprezentati ukoll certifikati ta’ attendenza lil studenti li matul l-ahhar sena attendew korsijiet organizzata mill-Kunsill Lokali kif ukoll certifikati ta’ aprezzament lil dawk li gradwaw mill-Universita’ ta’ Malta jew mill-Mcast.
The Gharb Gozitan Cultural Award 2008 il-Premju prestiggjuz li jinghata sabiex il-Kunsill jirrikonoxxi lil artisti li jkunu spikkaw u mxew ‘il quddiem fil-qasam taghhom. Din is-sena il-Board ghazel zewg oqsma sabiex fuqhom jinghata il-Premju, il-qasam tal-Kant u l-qasam tal-Immudellar. Minn fost il-persuni nominati il-Premju ghall-kant inghata lill-kantanta Morena filwaqt li dak tas-sbuhija intrebah mill-mudella Katrin M. Pavia.
Lejn tmien is-serata grupp ta’ tfal fil-prezenza tas-Sindku David Apap u l-Kunsilliera qasmu il-kejk ta’ Jum l-Gharb li huma stess ippreparaw bhala parti mill-kors ta’ tisjir ghat-tfal li organizza il-Kunsill. Is-serata intemmet permezz ta’ kant mill-mistieden specjali Hooligan u riceviment ghal dawk kollha prezenti. |
|
|
|
|
Mur Lura Fuq
|
|