|
|
|
|
|
|
|
|
|
Stqarrijiet Stampa
|
Resident mill-Gharb jaghlaq 100 sena
|
|
|
|
|
Resident mill-Gharb jaghlaq 100 sena
|
|
|
|
|
|
Nhar is-Sibt 10 ta’ Jannar, is-Sur Francis Cauchi resident fil-lokalita’ ta’ l-Gharb ghalaq l-eta’ sabiha ta’ 100 sena. Ghal din l-okkazzjoni, l-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni daqqet marc brijuz minn quddiem ic-Centru Parrokkjali sa fejn id-dar tieghu ftit il-boghod mill-Pjazza. Meta waslet il-banda s-Sindku David Apap flimkien mall-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono dahlu ftit mumenti fejn Francis sabiex jipprezentawlu bukkett ward u tifkira.
Is-Sur Cauchi li twieled fl-1909 huwa l-ewwel anzjan mill-Gharb li irnexxielu jasal sa din l-eta’. Francis minn dejjem kien attiv hafna fir-rahal u filfatt naraw li ta’ tmintax-il sena kien fl-ewwel Kumitat tal-festa ta’ barra. Huwa kien ukoll fl-azzjoni kattolika flimkien mall-kappillan ta’ Pinu Dun Guzepp Portelli, Dun Bernard Portelli, Rikardu Buhagiar, il-Perit Portelli, Sander Cauchi, Frenc Mercieca kif ukoll Cikku Tabone. Barra minnhekk Francis kellu ukoll l-opportunita’ sabiha li jservi bhala sagristan fil-parrocca ta’ l-Gharb flimkien ma’ Guzeppi Cauchi.
Bhala wiehed mill-ewwel xogholijiet tieghu Francis Cauchi kien jahdem il-mohriet il-kbir li f’dak iz-zmien kienu mill-ewwel imharet li gew gewwa Ghawdex u kienu jahdmu lejl u nhar. Wara huwa dahal ukoll jahdem mall-Gvern bhala labourer u wara l-hin kien jithan il-qamh u ful lin-nies.
Meta huwa irtira mix-xoghol tieghu hu ha l-inkarigu li jibda’ jdoqq tat-tlieta kull nhar ta’ gimgha u dan l-inkarigu baqa’ jaghmlu ghal 27 sena. Kien jiehu hsieb ukoll l-Adorazzjoni ta’ l-ewwel gimgha tax-xahar u jdoqq kull siegha l-gurnata kollha. Wara z-zmien huwa beda’ jdoqq ukoll ghall-quddiesa tas-sebgha ta’ filghodu pero’ minhabba sahhtu dan ix-xoghol ma baqax jaghmlu.
Illum il-gurnata Francis ma tantx johrog mid-dar u iqatta’ l-granet tieghu jaqra’ u jirrakkonta dak li jiftakar miz-zmien l-imghoddi li dawn it-tnejn huma ukoll il-passatempi tieghu.
Matul is-snin huwa dejjem sab l-ghajnuna u s-sapport tal-familja tieghu specjalment minn martu Marija li ilha mejta madwar 10 snin. Francis Cauchi ghandu 15 nepputijiet u 2 pro-nepputijiet. |
|
|
|
|
Mur Lura Fuq
|
|