Home    |    Avviżi    |    Aħbarijiet mir-Raħal    |    Stqarrijiet Stampa    |    Mappa    |    Servizzi Lokali    |    Ikkuntatjana
< >
Home
Avvisi
Aħbarijiet
Stqarrijiet Stampa
Offerti
Attivitajiet Annwali
Publikazzjonijiet
Minuti
Arkivju

Aħbarijiet Lokali
Aħbarijiet Interna.
Sports
It-Temp fil-Gżejje.
Riżultati tal-Lottu
Rati tal-Kambju

Dwar l-Għarb
Il-Kunsill
Servizzi fil-Lokali.
Servizzi Offruti mi.
Il-Ġemellaġġ ma'
Equalabel

Storja tar-Raħal
Il-Parroċċa
Il-Mużew tal-Folkl.
Postijiet ta' Inter.
Traditional Recipies
Mappa
Ritratti

Ristoranti
Trasport lejn Gharb

Klubs Lokali
Iċ-Ċentru Parrokj.
L-Għarb Club ta' M.

Ikkuntatjana

Telephone Directory
Links
Stqarrijiet Stampa
Iktar Fondi mill-Unjoni Ewropeja ghall-Wied il-Mielah

Ghawdex ser ikompli jgwadi minn aktar fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja hekk kif il-Kunsill Lokali ta’ l-Gharb irnexxielu jakkwista aktar fondi ghar-Rijabilitazzjoni ta’ WIed il-Mielah.

“Wied il-Mielah – Towards an ecologically and culturally sensitive sustainable Tourisim” huwa l-isem tas-€600,000 progett li 85% minnhom gejjin mill-Izvilupp Regjonali ta’ l-Unjoni Ewropeja. Ix-xogholijiet ser jaghtu bixra turistika lix-xoghol li sar s’issa filwaqt li jibqa’ jirrispetta l-ambjent.

Is-Sindku David Apap spjega li x-xogholijiet fuq it-tieni fazi tal-progett huma mistennija jsiru fuq perijodu ta’ sena u nofs u mistenna jibdew lejn l-ahhar ta’ din is-sena. F'din il-fażi se jinbnew mill-ġdid ħitan tas-sejjieħ u pontijiet imġarrfa, se jsir tindif fil-wied, u t-triq li twassal għalih se ssir aktar aċċessibbli billi tingħata wiċċ ġdid, filwaqt li se ssir sistema ġdida ta' sinjali direzzjonali li juru minn fejn wieħed għandu jgħaddi biex jasal għal din iż-żona rikreattiva.

Fost oħrajn, se jkun hemm ukoll attrazzjonijiet li jirrispettaw l-ambjent, fosthom ghamara rustika, l-installazzjoni ta' binoculars u apparat awdjo-viżiv. Bħal kull proġett ieħor li jsir b'fondi tal-Unjoni Ewropea, anke din it-tieni fażi tar-riġenerazzjoni ta' Wied il-Mielaħ fl-Għarb se tinkludi element ta' pubbliċita' b'materjal informattiv li jinħadem apposta. Il-fondi mill-Unjoni Ewropea se jikkumplimentaw ix-xogħol li sar fl-ewwel fażi, li wkoll, permezz ta' fondi tal-Unjoni Ewropea beda jsir tindif tal-Wied u nbnew kilometri ta' ħitan tas-sejjieħ tul il-Wied.
Mur Lura Fuq