Home    |    Avviżi    |    Aħbarijiet mir-Raħal    |    Stqarrijiet Stampa    |    Mappa    |    Servizzi Lokali    |    Ikkuntatjana
< >
Home
Avvisi
Aħbarijiet
Stqarrijiet Stampa
Offerti
Attivitajiet Annwali
Publikazzjonijiet
Minuti
Arkivju

Aħbarijiet Lokali
Aħbarijiet Interna.
Sports
It-Temp fil-Gżejje.
Riżultati tal-Lottu
Rati tal-Kambju

Dwar l-Għarb
Il-Kunsill
Servizzi fil-Lokali.
Servizzi Offruti mi.
Il-Ġemellaġġ ma'
Equalabel

Storja tar-Raħal
Il-Parroċċa
Il-Mużew tal-Folkl.
Postijiet ta' Inter.
Traditional Recipies
Mappa
Ritratti

Ristoranti
Trasport lejn Gharb

Klubs Lokali
Iċ-Ċentru Parrokj.
L-Għarb Club ta' M.

Ikkuntatjana

Telephone Directory
Links
Stqarrijiet Stampa
Sorpriza tal-Milied ghar-residenti u l-vizitaturi fl-Gharb

Fl-ahhar tmiem il-gimgha tas-sena 2008, fl-okkazjoni tal-festi tal-Milied il-Kunsill Lokali Gharb b’inizjattiva tas-Sindku David Apap ta’ sorpriza tal-Milied lir-residenti u l-vizitaturi fl-Gharb. L-attivita’ sorpriza giet imtella nhar il-Hadd 28 ta’ Dicembru filghodu fejn il-Big Friends Guggen Musik Band ferrhet lill-pubbliku prezenti b’daqq ta’ muzika tal-Milied madwar it-toroq ewlenin tal-Gharb. Dan kienet l-ewwel darba li l-band hadet sehem f’attivita’ gewwa Ghawdex minn mindu giet imwaqqfa ftit tax-xhur ilu. Kienu diversi n-nies li ngabru fit-toroq biex jisimghu l-ezekuzzjonijiet tal-band. Haga unika u li gibdet l-interess ta’ kull min kien prezenti kienet l-ilbies tal-kostumi mill-muzicisti tal-band. Fil-fatt ghall-okkazjoni tal-festi tal-Milied, il-band zanznet sett ta’ kostumi godda tal-Milied.

Il-band irringrazzjat lis-Sindku s-Sur David Apap u lill-Kunsill Lokali tal-Gharb ghall-istedina u l-opprortunita’ f’din l-ewwel esperjenza taghha fil-gzira Ghawdxija.

Il-Big Friends Guggen Musik Band hija l-ewwel guggen band f’Malta u hija maghmula minn strumenti tal-brass u perkussjoni. Fost l-istrumenti li jindaqqu mit-32 muzicista ta’ din il-band insibu trumpets, trombones,euphoniums, sousaphone, cimblu, tamburetti, numru ta’ drum-kits li jimxu bir-roti hafna strumenti tal-perkussjoni ohra. Ghal aktar dettalji wiehed jista’ jzur s-sit ufficjali tal-band www.bigfriendsguggenmusik.com jew jibghatilhom email fuq info@bigfriendsguggenmusik.com.
Mur Lura Fuq