|
Avvisi
|
Seher il-Punent – Ikla Tradizzjonali
|
|
|
L-Għaqdiet Lokali Għarb bill-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ser jorganizzaw Ikla Tradizzjonali fil-Pjazza Żjara tal-Madonna li ser tiftaħ l-ewwel serata ta’ Seħer il-Punent li ser ikun organizzat bejn l-1 u 3 ta’ April, 2011. Il-Menu ser jinkludi fih soppa, ravjul, għażla bejn majjal, tiġieġ jew ħut, inbid u deżerta. Il-Prezz ser ikun Adulti €12 u tfal (li jattendu l-Iskola Primarja) €4. Is-serata ser tkun animata b’kant u zfin folkloristiku. Għall-bookings wieħed jista’ jikkuntatja lill-Għaqdiet Lokali jew lill-Kunsill. Inħeggu lil kulħadd jattendi għal din l-ikla li ser tkun attivita’ ta’ fund raising b’risq l-Għaqdiet tal-lokal. |
|
|