Home    |    Avviżi    |    Aħbarijiet mir-Raħal    |    Stqarrijiet Stampa    |    Mappa    |    Servizzi Lokali    |    Ikkuntatjana
< >
Home
Avvisi
Aħbarijiet
Stqarrijiet Stampa
Offerti
Attivitajiet Annwali
Publikazzjonijiet
Minuti
Arkivju

Aħbarijiet Lokali
Aħbarijiet Interna.
Sports
It-Temp fil-Gżejje.
Riżultati tal-Lottu
Rati tal-Kambju

Dwar l-Għarb
Il-Kunsill
Servizzi fil-Lokali.
Servizzi Offruti mi.
Il-Ġemellaġġ ma'
Equalabel

Storja tar-Raħal
Il-Parroċċa
Il-Mużew tal-Folkl.
Postijiet ta' Inter.
Traditional Recipies
Mappa
Ritratti

Ristoranti
Trasport lejn Gharb

Klubs Lokali
Iċ-Ċentru Parrokj.
L-Għarb Club ta' M.

Ikkuntatjana

Telephone Directory
Links
Aħbarijiet
Festival uniku ta kultura, muzika, arti u patrimonju mifrux fuq tlitt ijiem bejn il-Gimgha 16 u l-Hadd 18 ta Marzu, 2007 gewwa l-Gharb.
Ghall-ewwel darba din is-sena, l-Kunsill Lokali Gharb bil-kollaborazzjoni tal- Ministeru ghal Ghawdex nieda festival ta' arti, kultura, patrimonju u muzika mifrux fuq tlett t'ijiem bejn il-Gimgha 16 u l-Hadd 18 ta' Marzu liema week-end habat ukoll long week-end. Il-Fesitval li inghata l-isem ta' `Seher il-Punent' espona il-karatteristici ewlenin ta' dan ir-rahal Ghawdxi, uniku fl-istil tieghu u ferm popolari mal-Maltin u turisti.
Matul dawn it-tlett t'ijiem dan ir-rahal ittrasforma ruhu f'attivita' kontinwa. Il-Pjazza centrali tar-rahal `Pjazza Zjara tal-Madonna' fejn l-attrazzjonijiet principali gew organizzati giet imzejna bl-armar tal-festa. Il-postijiet ta' kultura, patrimonju bhal ma' huma muzewijiet, kappelli ecc. gew miftuha sa tard bil-lejl. Gew organizzati ukoll walking guided tours madwar il-lokalita' flimkien ma' recitazzjoni ta' grajjiet storici marci mill-banda lokali, u esebizzjonijiet ta' arti u snajja li kienu ilkoll ta' attrazzjoni kbira. Il- vizitaturi ta' dan il-festival setghu igawdu ukoll mill-outside catering tal- Country Terrance Restaurant fejn kien qed joffri servizz ta' restaurant kif ukoll snack points gewwa l-pjazza tar-rahal. Kien hemm ukoll area ghat-tfal b'diversi animaturi u loghob. Rock bands lokali, kumpaniji ta' zfin ma' diversi artisti ohra li hadu sehem fuq palkijiet zghar li kienu jinstabu matul Triq il- Knisja. Attrazzjoni ohra li zgur ma gietx mitlufa mid-diversi vizitaturi ta' dan il-festival kienet il-`live performance' ta' uhud mill-finalisti tal-Malta song for Europe 2007.
Ghalkemm ir-rahal ta' l-Gharb huwa zghir u r-rizorsi tieghu huma ferm limitati bl-ghajnuna tal-Ministeru ghal Ghawdex u diversi sponsors dan l-avveniment seta' isehh. Il-Kunsill huwa ferm sodisfatt li s-success li inkiseb f'dan il- festival kien wiehed kbir mhux biss ghar-rahal ta' l-Gharb pero' ninsabu certi ukoll li kien ta' success ghall-istabillimenti ta' Ghawdex minhabba l-ghadd kbir ta' turisti u Maltin li qasmu minn Malta ghal Ghawdex li skond il- Kumpanija Gozo Channel Co. Ltd. kienu 24,000 passigier u 6,000 karrozza izjed mis-soltu matul dan il-weekend sabiex jattendu ghal dan l-imsemmi festival. Attivita' ta' din ix-xorta kienet l-ewwel wahda ta' dan it-tip li giet organizzata gewwa Ghawdex. Attivitajiet ohra ta' din ix-xorta ser jigu organizzati madwar Ghawdex fix-xhur li gejjin u nistghu nghidu li r-rahal ta' l-Gharb kien ta' ezempju ghal ohrajn sabiex tinghata ghajnuna lill-kummerc Ghawdxi u jingabu iktar turisti lejn din il-gzira.
Is-Sindku David Apap flimkien mall-Kunsill Lokali jixtieq mill-gdid jirringrazzja l-Ministru ghal Ghawdex l-Onorevoli Govanna Debono, lill-istaff u l-helpers kollha ghas-sehem taghhom. Il-Kunsill jestendi r-ringrazzjamenti ghall-isponsors kbar u zghar li taw il-kontribut taghhom.
Waqt il-cultural walking tours studenti qed jaraw kif kienet issir il-Qiegha fl-antik.
Zfin folkloristiku waqt l-ewwel serata tal- Festival
Kant
Ghawdex Handbell Ringers jesebixxu fuq wiehed mill-palkijiet waqt l-ewwel serata tal- festival.
Wirja ta' Snajja
Mix-xellug ghal-lemin:- Michael Agius,il- Ministru ghal Ghawdex G. Debono, is-Sindku tal-Gharb David Apap, Consiglia Azzopardi gewwa il-wirja tas-Snajja waqt li l-Ministru kienet qed iddur l-attivitajiet tal-Festival fl-ewwel jum tieghu.
Zeffiena Bulgari 'Rainbow Spirit' waqt is- show tal-palk principali fl-ewwel serata
Zfin
Il-palk principali tal-Festival gewwa Pjazza Zjara tal-Madonna Gharb u fl-isfond il- Knisja tal-Gharb u d-dwal ikkuluriti fuq il- bini fil-pjazza li lkoll flimkien holqu l- ambjent ta' Seher il-Punent. Il-palk principali tal-Festival gewwa Pjazza Zjara tal-Madonna Gharb u fl-isfond il-
Knisja tal-Gharb u d-dwal ikkuluriti fuq il- bini fil-pjazza li lkoll flimkien holqu l- ambjent ta' Seher il-Punent.
L-Infiorata waqt li qed issir.
Infiorata
L-Infiorata li saret fl-okkazjoni tal- Festival u li inhadmet bejn il-lejl tas-Sibt u l-Hadd.
Il-frattelli ta' Gerano flimkien mal-Kwadru tal-Madonna gewwa l-Knisja tal-Gharb. Don Giovanna Celsi Kappillan ta' Gerano
(Italja) flimkien mal-fratelli waqt il-hrug tal-purcissjoni bil-kwadru tal-Qalb tal- Madonna (Gerano).
Il-kwadru mirakoluz tal-Qalb tal-Madonna migjub ghall-okkazjoni minn Gerano (Italja) il-lokalita' gemellata mal-Gharb. Il-kwadru jidher hiereg mill-Knisja Parrokkjali tal- Gharb u ser jghaddi minn fuq l-Infiorata waqt il-purcissjoni li saret il-Hadd 18 ta' Marzu bis-sehem ta' diversi fratellanzi tal- Madonna.
Gheluq tal-Festival fuq il-palk principali waqt is-serata tal-Hadd filghaxija. Jidhru fuq il-palk il-prezentatur Carl u Romina Bonaci flimkien ma Ryan kif ukoll mix-xellug ghal-lemin is-Sindku tal-Gharb David Apap, Sindku ta' Gerano Andrea Eumeni u Vici-Sindku tal-Gharb Raymond Cassar
Mur Lura Fuq