Home    |    Avviżi    |    Aħbarijiet mir-Raħal    |    Stqarrijiet Stampa    |    Mappa    |    Servizzi Lokali    |    Ikkuntatjana
< >
Home
Avvisi
Aħbarijiet
Stqarrijiet Stampa
Offerti
Attivitajiet Annwali
Publikazzjonijiet
Minuti
Arkivju

Aħbarijiet Lokali
Aħbarijiet Interna.
Sports
It-Temp fil-Gżejje.
Riżultati tal-Lottu
Rati tal-Kambju

Dwar l-Għarb
Il-Kunsill
Servizzi fil-Lokali.
Servizzi Offruti mi.
Il-Ġemellaġġ ma'
Equalabel

Storja tar-Raħal
Il-Parroċċa
Il-Mużew tal-Folkl.
Postijiet ta' Inter.
Traditional Recipies
Mappa
Ritratti

Ristoranti
Trasport lejn Gharb

Klubs Lokali
Iċ-Ċentru Parrokj.
L-Għarb Club ta' M.

Ikkuntatjana

Telephone Directory
Links
Aħbarijiet
Għarb Infiorata 2007
Nixtiequ ninfurmaw lil kulhadd li l-edizzjoni tal-infjorata ta dis-sena se tkun miżmuma fid-29 ta' Gunju, 2007.
Infiorata 2003 Id-disinn jirrapreżenta ir- raħal ta' Gerano fl-Italja, il-150 anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-Bażilika tal-Għarb, l-arma tal-Għarb u t-tema tas-sena - i.e. is-Sena taż- Żgħażagħ, u l-logo tal-MTA li kien l-isponsor uffiċjali.
L-infiorata (li tfisser it-tqiegħid tal-fjuri quddiem personaġġ importanti) hija tapit magħmul minn fjuri u weraq friski maqtugħin f'biċċiet żgħar u mqegħdin flimkien f'diversi disinni tematiċi. L-Infiorata hija tradizzjoni antika - u fost l-eqdem minn dawn it-tradizzjonijiet insibuha f'Gerano - il- lokalita ġemellata mal-Għarb li tinsab f'Ruma. Din it-tradizzjoni f'Gerano tmur lura għas-seklu 17. Aspett partikularti dwar l-infiorata ta Gerano hija li fiż-żmien meta ssir (f'April) jkun hemm nuqqas ta' fjuri. L-infiorata ta' Gerano nistgħu nsibuha fuq ħafna ritratti f'arkivji li jwasslu lura minn żmien il-gwerra. Partikularita oħra ta' din l-infiorata hija li din sseħħ fil-festa dedikata lil "Madonna del Cuore" u mhux bħal f'postijiet oħrajn li sseħħ fil-festa tal-Corpus Domini.
Infiorata 2004 - Id-disinn jirrapreżenta il-230 anniversarju tal-Għarb bħala parroċċa, is- simbolu tal-Madonna u l-25 anniversarju mill- inkurunazzjoni tal-kwadru titulari tal- Viżitazzjoni.
Fl-2003, sena wara l-iffirmar tal-ġemellaġġ, fuq inizjattiva tas-sindku David Apap, u bil-għajnuna tal-Malta Tourism Authority, l-ewwel Infiorata ġiet miżmuma fiż-żmien tal-festa tal-Għarb. Din kienet ukoll l-ewwel infiorata fil-gżejjer Maltin. Fil-fatt kien mniżżla fil-ktieb 'Malta Book of Records and Firsts' li kien ippublikat fl-2006 minn Frans A. Attard. Wara s- suċċess ta' din l-ewwel infiorata, il-kunsill iddeċieda li jżidha mal- kalendarju kulturali tiegħu.
Infiorata 2005 - Id-disinn jirrapreżenta il- konsagrazzjoni tas-Santwarju Ta' Pinu, is-Sena Ewkaristika u l-Papa „ wanni Pawlu II.
Ix-Xogħol fuq l-Infiorata jibda minn 3 xhur qabel. F'dan iż-żmien tal- preparamenti, il-kunsill joħroġ b'disinn li jinvolvi t-temiet tas-sena u anniversarji. Wara, dan jiġi mgħoddi lil artist żagħżugħ għawdxi Ruben Camilleri Cauchi biex jibda id-disinn. Il-Kunsill jieħu ħsieb il-pubbliċita billi jibgħat stqarrijiet tal-istampa lil media lokali. F'jum il-festa, l- artist innifsu flimkien ma xi voluntiera jipprepara l-infiorata fuq z-zuntier tal-knisja fil-ħin biex l-istatwa tal-Viżitazzjoni tgħaddi minn fuqa. Wara l-purċissjoni it-tfal jieħdu gost jilgħabu ġol-fjuri. Ghal dawn is-snin l- infiorata tal-Għarb kienet attrazzjoni u qed żżid dejjem fil-popolarita tagħha.
Infiorata 2006 - Id-disinn jirrapreżenta Wied il- Mielaħ, il-Knisja Ta' Pinu u l-Isqof il-ġdid ta' Għawdex - Mario Grech.
Din is-sena, b'differenza minn snin oħra, edizzjoni speċjali tal-Infiorata ġiet miżmuma f'Marzu fil-festival ta' "Seħer il-Punent". Din l-infiorata kienet tikkomemora ż-żjara tal-kwadru titulari tal-Madonna del Cuore ta' Gerano li nġieb l-Għarb għal din l-okkażżjoni. L-infiorata kienet ppreparata fil-lejl ta bejn is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta Marzu. Il-Ħadd filgħodu, wara l-quddiesa ta' ringrazzjament, purċissjoni bil-Madonna del Cuore għaddiet minn fuq dan it-tapit.
Infiorata Marzu 2007 Id-disinn jirrapreżenta il-Festival ta' Seħer il-Punent u l-ġemellaġġ ta' bejn l-Għarb u Gerano
9 ta' „ unju 2007
Mur Lura Fuq