Home    |    Avviżi    |    Aħbarijiet mir-Raħal    |    Stqarrijiet Stampa    |    Mappa    |    Servizzi Lokali    |    Ikkuntatjana
< >
Home
Avvisi
Aħbarijiet
Stqarrijiet Stampa
Offerti
Attivitajiet Annwali
Il-Pjazza
Publikazzjonijiet
Minuti
Arkivju

Aħbarijiet Lokali
Aħbarijiet Interna.
Sports
It-Temp fil-Gżejje.
Riżultati tal-Lottu
Rati tal-Kambju

Dwar l-Għarb
Il-Kunsill
Servizzi fil-Lokali.
Servizzi Offruti mi.
Il-Ġemellaġġ ma'
Equalabel

Storja tar-Raħal
Il-Parroċċa
Il-Mużew tal-Folkl.
Postijiet ta' Inter.
Traditional Recipies
Mappa
Ritratti

Ristoranti
Trasport lejn Gharb

Klubs Lokali
Iċ-Ċentru Parrokj.
L-Għarb Club ta' M.

Ikkuntatjana

Telephone Directory
Links
Aħbarijiet
Zjara mill-Ambaxxatur Franciz gewwa l-Gharb
Il-Kunsill Lokali Gharb qieghed jahdem fuq inizjattiva ta’ gemellagg mal-Kunsill Lokali tal-villagg Franciz ta’ La Gaude. Fil-fatt fil-granet li ghaddew l-ambaxxatur Franciz ghal Malta Mr. Jean-Marc Rives ghamel zjara ufficjali gewwa l-Gharb. Waqt iz-zjara tieghu gewwa r-rahal ta’ l-Gharb, l-ambaxxatur iltaqa’ mall-Kunsill Lokali Gharb gewwa l-ufficini tal-Kunsill. Aktar tard l-ambaxxatur inawgura ezebizzjoni ta’ arti, REBIRTH mill-artist Franciz Raphael Labro li gej mir-rahal ta’ La Gaude. Mr Labro illum huwa resident permanenti fl-Gharb. Marbuta ma din il-wirja saret inizjattiva ukoll ta’ Tree 4 Gharb fejn sar tahwil ta’ sigar fi Triq l-Gharb fejn l-ambaxxatur irregala sigra lill-Gharb. Sigar ohra gew imhawwla mis-Sindku tal-Gharb David Apap u mill-artist, Raphael Labro f’isem is-Sindku ta’ La Gaude li ma setax ikun prezenti. Il-wirja ta’ l-arti, REBIRTH saret fil-gallerija ta’ Sinclair Stevenson fi Triq Trux. Fil-futur qarib huwa mistenni li delegazzjonijiet komposta mill-Kunsill ta’ l-Gharb u dawk ta’ La Gaude ser ikunu qeghdin jaghmlu zjarat lil xulxin fejn ser ikun qed jiddiskutu l-possibilita’ ta’ iffirmar ta’ gemellagg. Informazzjoni fuq La Gaude La Gaude hija lokalita’ zghira li tinsab in-naha t’isfel ta’ Franza u li tmiss mall-bahar Mediterran. Il-popolazzjoni ta’ dan ir-rahal hija ta’ madwar 6542. Simili ghall-kultura taghna dan ir-rahal igawdi minn temp sabih u xemxi u trankwillita’. Huwa ghalhekk imfittex minn turisti li ikunu jixtiequ iqattghu vaganza rilassanti. Ghalkemm f’dan ir-rahal insibu hafna bdiewa li jkabbru l-prodotti tipici ta’ dan il-post, dan ir-rahal ma baqax lura mall-hajja moderna taz-zminijiet tal-lum. Insibu f’dan ir-rahal li hemm attivita’ qawwija fejn jirrigwardja it-teknologija u data processing li huma marbuta mall-kumpanija ta’ l-IBM. Insibu ukoll diversi fabbriki importanti f’dan ir-rahal. Fl-ahhar u mhux l-anqas insibu li fil-qasam ta’ l-edukazzjoni hemm kindergarden, zewg skejjel primarji kif ukoll tlett kulleggi. Diversi assocazzjonijiet jorganizzaw diversi attivitajiet kulturali u sportivi ghar-residenti tal-lokalita’. La Gaude izomm mat-tradizzjonijiet antiki marbuta mieghu pero’ jimxi dejjem mall-hajja moderna tal-lum minghajr ma jitlef l-identita’ u l-ambjent tal-madwar.
Mur Lura Fuq