|
Il Klub tal-Għarb ta' Melbournce jixtieq jilqghakom għaċ-ċelebrazzjoni tal-Festa tal-Viżitazzjoni tal-Madonna lil Santa Eliżabetta.
Ħafna minna llum għandhom konnesjoni mar-raħal tal-Għarb f'Malta u dawn jifhmu s-sinjifikat tal-festa tal-Viżitazzjoni. Ghalhekk flimkien man-nies tal-Għarb aħna wkoll ninghaqdu biex niċċelebraw din il-festa għażiża.
L-attivitajiet tal-lum sa ftit xhur ilu kienu biss ħolma. Imma kumitat ta' persuni dixxendenti mill-Għarb għamluha realta billi iffurmaw il-klub tal-Għarb ta' Melbroune u ddeċidew li jiċċelebraw il-festa tal-Viżitazzjoni kull sena.
Hija l-ħolma tagħna li din il-festa ssir punt ta' riferiment għal dawk kollha residenti f'Melbourne li għandhom xi konnesjoni mal-Għarb. Nixtiequ wkoll li bl-attivitatijiet tagħna nghaqqdu aktar il-komunita flimkien.
Fl-aħħar, nixtiequ nirringrazzjaw lis-sindku tal-Għarb, David Apap talli personalment ħallas għal banner tal-Viżitazzjoni li sa jkun mbierek minn Fr. Bonello. Dan il-banner sa jintqua fiċ-ċelebrazzjonijiet tagħna bħala simbolu tal-Klubb tal-Għarb f'Melbourne. |