|
Iċ-Ċentru Parrokjali
|
|
|
|
Iċ-Ċentru Parrokjali tal-Għarb ġie mwaqqaf fis-sena 1939. Din kienet l-idea ta' Dun Bernard Portelli meta wera x-xewqa tiegħu li r-raħal jkollu ċentru parrokjali fejn iż-żgħażagħ jkunu jistgħu jinġabru għal laqgħat ta' talb u attivitajiet oħra relatati. |
|
|
|
|
|
Iċ-Ċentru Parrokjali huwa magħruf, fost l-oħran, għal-biċċiet tad-drama li tella matul iż-żmien. Din il-parti kulturali taċ-ċentru bdiet madwar 60 sena ilu. L-ewwel nies involuti fil-produzzjoni ta' dawn il-plays kienu Dun użepp Portelli, li kien ukoll ir-rettur tas-santwarju Ta' Pinu, Dun Alwiġ Mizzi li wara ingħaqqad mas-sależjani, Frenċ Mercieca li kien magħruf minn kulħadd bħala Frenċ tal-Għarb, u Dun Nikol Cauchi, li wara laħaq isqof ta' Għawdex. |
|
|
|
|
|
Dun Bernard Portelli għen biex joħroġ l-aqwa talent f'dawn il-plays. Fost l- oħrajn ittellgħu plays bħal 'Is-Sigriet tal-Qrar', 'Genoveffa', Iż-Żewġ Surġenti', 'l-Iben il-Ħali' u oħrajn. Madanakollu, l-iżjed play li kellha suċċess kienet 'Il-Passjoni ta' Sidna esu Kristu' li ġiet miktuba minn Dun Alwiġ mizzi. Gejn is-snin 1944 u 1948, din il-play ġiet ppreżentata għal mhux inqas minn 46 darba. |
|
|
|
|
|
Snin wara, Dun użepp Tabone għaqqad grupp ta' drama taħt l-isem 'Għarb Stage Christophers'. Dan il-grupp beda b'60 membru u pproduċa ħafna attivitajiet tal-pak u anke għen biex jinbnew l-estensjoni tas-sala u l-palk il-ġdid taċ-Ċentru. Fost il-produzzjonijiet mtellgħa minn dallgrupp insibu 'Wara l-Puritiera tal-Ħadid', 'il-Martri ta' Ċesarea', 'Oliver Cronwell', 'Is-Sejħa ta' Pinu', 'Laura', 'Ix-xabla tal-fidda', 'Iċ-Ċenturjun', 'L- Għanja tar-Rebbiegħa', Il-Vizzju tal-Vjaġġi', 'Min hu l-Ħati?', 'Dik is- Saħta' ta' Kunjata', u aktar riċentament 'Ben Jehuza' u 'Sally'. |
|
|
|
|
|
Meta id-Djoċesi ta' Għawdex żiedet il-kunfidenza tagħha fiċ-Ċentri Parrokjali, id-direzzjoni taċ-Ċentru Parrokjali għaddiet minn taħt idejn il-grupp tad-drama għal kumitat li ġie ffurmat biex offri s-servizz taċ- Ċentru Parrokjali lil għaqdiet oħra fir-raħal. Llum, dan il-kumitat huwa ffurmat minn dawn il-membri: |
|
|
|
|
|
Direttur Arċipriet Mons K Gauci |
|
|
|
|
|
Ass Direttur Kan. Dun użepp Tabone |
|
|
|
|
|
Gie ffurmat ukoll kumitat taż-żgħażagħ fi ħdan iċ-Ċentru Parrokjali biex jorganizza attivitajiet għaż-żgħażagħ tar-raġal. Il-membri ta' dan il-grupp huma: |
|
|
|
|
|
Direttur Dun Michael Galea |
|
|
|
|
|
President Ms Marlene Cauchi |
|
|
|
|
|
Iċ-Ċentru Parrokjali tal-Għarb illum għandu sala u palk għall-attivitajiet , kamra għat-talb, sala tal-konferenzi li ġiet inawgurata fl-1 ta' Jannar 2000 u anke sala tal-logħob u bar li jkunu miftuħin kuljum. |
|
|