Home    |    Avviżi    |    Aħbarijiet mir-Raħal    |    Stqarrijiet Stampa    |    Mappa    |    Servizzi Lokali    |    Ikkuntatjana
< >
Home
Avvizi
Stqarrijiet Stampa
Offerti
Attivitajiet Annwali
Il-Pjazza
Publikazzjonijiet
Minuti
Arkivju

Aħbarijiet Lokali
Aħbarijiet Interna.
Sports
It-Temp fil-Gżejje.
Rati tal-Kambju

Dwar l-Għarb
Il-Kunsill
Servizzi fil-Lokali.
Servizzi Offruti mi.
Programm - L-Ewropa
Il-Ġemellaġġ ma'
Equalabel
Progett OBIMED

Storja tar-Raħal
Il-Parroċċa
Il-Mużew tal-Folkl.
Postijiet ta' Inter.
Traditional Recipies
Mappa
Ritratti

Ristoranti
Trasport lejn Gharb

Klubs Lokali
Iċ-Ċentru Parrokj.
L-Għarb Club ta' M.

Ikkuntatjana

Links
Klubs Lokali
Gharb Rangers F.C.
Il-Klubb tal-Futboll Għarb Rangers ġiet ffurmat fis-sena 1968, wara li dik is-sena grupp ta' żgħażagħ mill-lokal urew ix-xewqa tagħhom li jibdew jilgħabu l-futbol. Billi ma' kienx hemm grawnd tal-futbol, dawn iż- żgħażagħ sabu żewġ biċċiet tal-art li setgħu jintużaw għal-logħob tal-futbol. Waħda minn dan il-biċċiet kienet il-pjazza ta' wara l-knisja u l-oħra kienet tinsab fi pjazza San Pietru. Kull tant żmien kienu jilgħabu logħob ta' hbiberija kontra xi grupp ieħor ta' zgħażagħ mir-raħal ta' San Lawrenz.
Wara li għadda ftit taż-żmien, dawn iż-żgħażagħ ma xtaqux li jibqgħu jilgħabu biss kontra t-tim ta' San Lawrenz, u għalhekk tefgħu l- applikazzjoni tagħhom biex jipparteċipaw fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni li jiġi organizzat mill-Gozo Football Association. Sfortunatament, l- applikazzjoni waslet tard u allura ma setgħetx tiġi aċċettata. Madanakollu l-Gozo Football Association tat permess lit-team biex jikkompetu fit-tim tar- reserves bi ftehim li fis-sena ta' wara it-tim tal-Għarb jkun jista jikkompeti fit-tieni diviżjoni. Bħala klub għal-laqgħat tal-kumitat l-Għarb Rangers kienu jiltaqgħu f'numru 8, Triq Frenċ tal-Għarb. Fl-ewwel staġun tagħhom (1968/69), it-tim tal-Għarb Rangers kien iffurmat kompletament minn plejers lokali, imma wara dan l-istaġun ħafna minn dawn l-plejers emigraw u għalehkk fl-istaġun ta' wara (1969/70) it-tim kellu jistieden plejers minn barra r- raħal.
Fil-fatt, kien baqa' biss 3 plejers li kienu mill-Għarb u r-riżultati ma tantx kienu tajbin. Minħabba dan, u billi n-numru tal-plejers mill-Għarb kien limitati wisq, il-kumitat iddeċieda li jwaqqaf kollox. Fil-fatt kellhom jgħaddu 15-il sena biex il-klub reġa' beda b'tim ġdid.
Fis-sena 1985, wara ftehim bejn il-lokalitajiet tal-Għarb u San Lawrenz, ġie ffurmat tim bejniethom taħt l-isem 'Għarb St Lawrence Rangers'. Fatt li għen ħafna biex isir dan il-ftehim hu li kien hemm il-grawnd 'Perit Wiġi Portelli' fiż-żona magħrufa bħala Wied il-Knisja' li kien aċċessibli faċilment miż-żewġ lokalitajiet. Il-kumitat ġie kompost minn membri miż-żewġ lokalitajiet, u l-laqgħat kienu jsiru darba fiċ-Ċentru Parrokjali tal-Għarb u darba fiċ-Ċentru Parrokjali ta' San Lawrenz. F'dan l-istaġun, it-tim kien magħmul minn plejers miż-żewġ lokalitajiet, u dan it-tim kellu jilgħab kontra l-aqwa timijiet t'Għawdex billi għal dak l-istaġun, l-Gozo Football Assocation organizzat biss diviżjoni waħda bit-tims kollha ta' Għawdex. It- Tim Gharb St Lawrence Rangers ġab riżultati tajbin, u fil-fatt irnexxielu jġib draw kontra s-Sannat Lions li kien wieħed mill-aqwa timijiet ta' dak l- istaġun. Sfortunatament, it-tim Gharb St Lawrence Rangers sfaxxa wara sena ħabba diżgwid fuq l-isem.
Mal-medda taż-żmien iż-żgħażagħ tar-raħal ma' tilfux ix-xewqa tagħhom li jilgħabu l-futbol, u għalhekk tim bl-isem ta Għarb Ranger FC ġie ffurmat. Illum l-Għarb Rangers għandhom il-premisi tagħhom fi Triq il- Knisja. Il-Klub tal-Futbol tal-Għarb Rangers mhuwiex biss post fejn isiru l- laqgġat tal-kumitat ta' dan it-tim imma hemm ukoll sala tal-logħob u snack bar li jkunu miftuħhin ta' kuljum għall-pubbliku.
Mur Lura Fuq