|
Storja tar-Raħal
|
|
Skond Dr Trump, waqt xogħol ta skavar li sar fil-Mixta ta Għajn Abdul nstabu biċċiet tal-fuħħar taż-Żmien Neolitiku. Dan ifisser li kien hawn nies jgħixu ġewwa l-Għarb bejn 3800 u 3630 Q.K. Minn studju ieħor li sar mid-dipartiment tal-Mużewijiet jirriżulta li nies kienu jgħixu ġo dawn l-għerien fi żmien il-Bronż bejn l-1630 u 800 Q.K. Instabu raddi tar-roti fil-partijiet tad-Dwejra u ta' San Dimitri. |
|
|
|
Skond ktieb miktub mill-awtur Malti Antonju Caruana - 'Sull'Origine della lingua Maltese', nstabu xi fdalijiet tal-Fenici ġewwa l-Għarb. |
|
|
|
Skond ktieb miktub mill-awtur Malti Antonju Caruana - 'Sull'Origine della lingua Maltese', nstabu xi fdalijiet tal-Fenici ġewwa l-Għarb. |
|
|
|
Agius de Soldanis jsemmi li 'ix-Xaqqufija' ġol-Għarb hija post żgħir fejn r-rumani kienu jgħixu. Ġewwa ir-raħal żgħir tal-Għarb kien hawn ismijiet Biżantini bħal 'Kardusa' ħdejn San Dimitri. Il-Kavallier Vincent Bonello jgħid li huwa possibli li fis-seklu 7, xi patrijiet wara li kienu ġew mkeċċija mill-Afrika ta' fuq, bnew xi kappelli u monasteri f'din iż-żona. Huwa possibli wkoll li l-Biżantini għexu f'dawn il-gżejjer qabel ma kien hawn l-Għarab. |
|
|
|
Wara li l-Għarab ħadu t-tmexxija tal-gżejjer, l-Għarbi sar il-lingwa uffiċjali ta' Malta. Ċertu kliem semitiku bħal 'Wied id-Dluka', 'Wied ir-Ragħab', 'Għammar', etc għadu jinstema ġewwa r-raħal żgħir tal-Għarb. |
|
|
|
Madwar 80 sena ilu, n-nies tal-Għarb kienu jilbsu l-kabozza fl-iljieli xitwin. L-Kabozza ġiet imdaħħla Malta mill-Għarab u hija assoċjata mar-raħal tal-Għarb. |
|
|
|
Mikiel Anton Vassalli, studjuż tal-lingwa Maltija, kien ġie l-Għarb biex jisma l-lingwa Maltija propja, kif kienet tiġi mitkellma mir-residenti tal-Għarb. Dun Manwel Magri kien ġie l-Għarb ukoll, proprju għall-istess raġuni - biex jisma l-kliem antik u l-ħrejjef u l-proverbji li kienu jingħadu minn nies tal-Għarb. |
|
|
|
Għallkemm Għawdex ma kellux sehem attiv fl-assedju l-kbir, r-raħal tal-Għarb kien ftit jew wisq involut. Meta dehru l-flotot tad-Duka ta' Dilidina mill-ponta ta' San Dimitri fit-23 ta' Ġunju 1565, kien intuża d-duħħan bħala sinjal. |
|
|