|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Mużew tal-Folklore
|
|
|
|
Il-Mużew tal-Folklore tal-Għarb fetaħ f'Ottubru 1996 u kien frott tax- xogħol tas-sur Silvio Felice. Fost l-oġġetti li jesebixxi dal-mużew, hu iżjed jiffoka fuq n-negozji u s-snajja antiki tal-gżejjer Maltin. Dan il- mużew ħa ħsieb biex fejn hu possibli jesebixxi flimkien oġġetti li huma relatati flimkien. |
|
|
|
|
|
Il-Mużew tal-Għarb qed jippreserva selezzjoni ta' negozi u snajja minsijien fl-aħjar mod possibli. L-esebizzjoni qed tiġi msebbħa wkoll permezz tal- post li huwa verament adattat għal dan l-iskop. Il-bini huwa oġġett folkloristiku inifsu billi huwa minn tas-seklu 18 u l-arkitettura tinkludi karatteristikajiet popolari lokali. Il-bini juri wkoll d-diversi modifikazzjoni li saru fuqu billi dan ma kienx użat biss bħala residenza imma anke bħala razzett. Huwa għandu 'il fuq minn 20 kamra ta' qisien differenti flimkien ma diversi terrazzini, galleriji arkati u bitħa ċentrali. |
|
|
|
|
|
Gewwa dal-mużew wieħed jista jitgħallem dwar kif kienu jimmanufatturaw ix- xemgħa, it-tħin tal-ħobż, u t-tkabbir tal-qoton u l-użu tiegħu fl-insiġ u snajjiet oħra. |
|
|
|
|
Mur Lura Fuq
|
|