Home    |    Avviżi    |    Aħbarijiet mir-Raħal    |    Stqarrijiet Stampa    |    Mappa    |    Servizzi Lokali    |    Ikkuntatjana
< >
Home
Avvisi
Aħbarijiet
Stqarrijiet Stampa
Offerti
Attivitajiet Annwali
Publikazzjonijiet
Minuti
Arkivju

Aħbarijiet Lokali
Aħbarijiet Interna.
Sports
It-Temp fil-Gżejje.
Riżultati tal-Lottu
Rati tal-Kambju

Dwar l-Għarb
Il-Kunsill
Servizzi fil-Lokali.
Servizzi Offruti mi.
Il-Ġemellaġġ ma'
Equalabel

Storja tar-Raħal
Il-Parroċċa
Il-Mużew tal-Folkl.
Postijiet ta' Inter.
Traditional Recipies
Mappa
Ritratti

Ristoranti
Trasport lejn Gharb

Klubs Lokali
Iċ-Ċentru Parrokj.
L-Għarb Club ta' M.

Ikkuntatjana

Telephone Directory
Links
Attivitajiet Annwali
Attivitajiet tal-Milied
Ghal żmien il-Milied, il-Kunsill Lokali tal-Għarb jorganizza kompetizzjoniji letterarja għall-aħjar essejs u poeżiji bit-tema tal-Milied. Dawn jieħdu sehem fihom studenti mill-Għarb. Hawn taħt hawn biċċiet mill-aħjar sottomessjonijiet.
Milied-poezija.pdf Poeżija dwar il-Milied minn Graziella Cassar
Milied-essay.pdf Essej dwar il-Milied minn Graziella Cassar
Jum l-Għarb
Mill-1994, il-Kunsill Lokali tal-Għarb organizza ta kull sena Jum l-Għarb fid-29 t'Awwissu. Din il-ġurnata ġiet magħzula mill-kunsill billi nhar id-29 t'Awwissu 1679, l-Għarb kien ġie ddikjarat bħala parroċċa mill-Isqof Molina. F'Jum l-Għarb, il-Kunsill jipprepara serata ta' kultura u divertiment għar-residenti. Waħda mill-attivitajiet li ilha sejra mill-1996 hija "Premju Għarb". Ta' kull sena, il-Kunsill jagħżel persuna li għamlet kontribut siewi jew unur lil-lokalita, u dil-persuna tiġi ppreżentat bi "Premju Għarb". Matul is-snin li għaddew, Premju Għarb ġie mogħti lil dawn il- persuni:
1996 - Dun Saviour Camilleri
1997 - Ex Arċipriet tal-Għarb Mons. A. Borg
1998 - Is-Sur Emanuel Galea
1999 - Is-Sur Emanuel Cauchi
2000 - L-Isqof Mons N J Cauchi
2001 - Is-Sur Dunancis Cauchi
2002 - Dun Beneditt Camilleri
2003 - Dun Guzepp Tabone
2004 - Dr. Joseph Galea
2005 - Is-Sur Joseph Portelli
2006 - Is-Sinjura. Theresa Cauchi
2007 - Is-Sur Pawlu Formosa
2008 - Dun Gammarija Cauchi
Mill-2002, il-Kunsill beda jagħti wkoll 'Premju Qlub „ enerużi' lil xi persuna li tkun għamlet att ta' karita u ġenerożita lejn nies fil-bżonn. Dan l-premju ġie mogħti lil dawn il-persuni:
2002 - Maria Piscopo
2003 - Gorg Mifsud
2004 - Eugenio Mercieca
2005 - Familja Micallef
2006 - Vitorja Portelli
2007 - Maria Apap
Sinjura Salvina Portelli
Fuq inizjattiva tas-sindku David Apap, il-Kunsill Lokali tal-Għarb beda jgħti l-premju 'Għarb Gozitan Cultural Award' mis-sena 2004. Dan il-premju jingħata lil persuna jew grupp li tkun għamlet/għamel suċċess b'talent artistiku. Is-suġġett jkun differenti kull sena u jkun magħżul minn sotto kumitat li jiddeċiedi wkoll ir-rebbieħ. Dan il-premju ingħata lil:
2004 - Chorus Urbanus għas-suċċessi tiegħu bħala kor kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta.
2005 - Mrs. Salvina Muscat għat-talent artistiku tagħha
2006 - Għaqda Mużikali Vizitazzjoni għas-suċċessi miksuba fi ftit snin minn kemm ilha mwaqqfa.
2007 - Is-Sur Mario Camilleri ghax-xoghol tieghu fl-Induratura & Is-Sur Godwin Cutajar ghax-xoghol tieghu fir-restawr
IL-MILIED
Fiż-żmien tal-Milied, il-Kunsill bil-kollaborazzjoni tal-Arċipriet jorganizza party għat-tfal tal-lokalita. Din l-attivita hija popolari ħafna, kif juru n-numru kbir ta' tfal li jattendu kull sena. Madwar 120 tifel u tifla jattendu għal din l-attivita ta' kull sena. Il-programm jinkludi dawra madwar Għawdex, quddiesa ta' ringrazzjament u party fis-sala tal-iskola primarja. Jingħata premju lil kull min jattendi.
Fi żmien il-Milied ukoll, il-membri tal-Kunsill flimkien mal-Arċipriet jżuru l-morda u ix-xjuħ. Jingħata wkoll hamper bħala rigal lil kull wiehed u waħda minnhom.
Il-Kunsill ukoll jżejjen l-pjazza prinċipali tar-raħal - Pjazza Żjara tal- Madonna - b'siġra tal-Milied u tiżjin ieħor ta' dwal. Fl-2006 il-kunsill sebbaħ dawn id-dekorazzjonijiet u żejjen ukoll parti minn Triq il-Knisja.
KARNIVAL
Is-Serata tal-Karnical hija attivita annwali oħra li l-Kunsill jorganizza fit- tnejn tal-Karnival. Il-Kunsill jixtieq li jerġa jqajjem l-Karnival ġewwa l- Għarb billi fil-passat, dan kienet tkun waħda mill-iżjed popolariġewwa Għawdex. Is-serata tkun tinkludi defile tal-karrijiet tal-Karnival, kompetizzjoni għat-tfal bl-isbaħ kostum, il-logħba tradizzjonali tal- kukkanja u l-kompetizzjoni tal-Maskarat Misterjuż fejn kull sena persuna popolari minn tar-raħal tintgħażel biex tilbes ta' maskarat u l-ewwel persuna li tagħrafha tirbaħ. Għal din is-serata jkunu mistednin ukoll diversi kumpaniji taż-żfin mill-iskejjel tal-gvern u tal-knisja.
L-INFIORATA
Infiorata hija tapit magħmul biċċiet ta' petali ta' fjuri friski u weraq maqtugħin f'biċċiet żgħar biex jifformaw diversi disinji artistiċi. L- Infiorata hija tradizzjoni antika Taljana li toriġina minn Gerano li huwa r- raħal ġemellat mal-Għarb. Din it-tradizzjoni f'Gerano tmur lura għas-seklu sbatax. Aspett interessanti ħafna tal-infiorata li ssir f'Gerano huwa l-fatt li din ssir f'April - fi żmien fejn ma tantx jkun hemm fjuri. Aspett partikulari ieħor huwa li din l-infiorata ta' Gerano ssir fil-festa ddedikata lil Qalb ta' Marija, u mhux bħal postijiet l-oħra fejn ssir fil-festa tal- Gisem Divin.
Fl-2002, il-Kunsill Lokali tal-Għarb iffirma ftehim ta' ġemellaġġ mal- Kunsill Lokali ta' Gerano. Dan wassal biex jiġu organizzati diversi tibdiliet kulturali u deukattivi. Fl-2003, fuq l-inizjattiva tas-sindku David Apap, u bil-għajnuna tal-Malta Tourism Authority, il-Kunsill Lokali tal-Għarb iddeċieda li jżied l-infiorata bħala parti mill-attivitajiet tal-festa tar- raħal. Din ġiet magħmula fuq iz-zuntier tal-knisja fuq disinn tal-artisti lokali Mario Camilleri Cauchi u ibnu Ruben bil-għajnuna ta' diversi tfal u żgħażagħ mir-raħal. Din kienet ta' suċċess kbir, u swiet ta' attrazzjoni ta' kemm nies lokali u anke turisti. Wara s-suċċess ta' din l-ewwel infiorata tal-2003, il-Kunsill iddeċieda li jżid din l-attivita mal-kalendarju kulturali annwali tiegħu.
Mur Lura Fuq