|
|
|
|
|
|
|
|
|
Dwar l-Għarb
|
|
Il-kelma "Għarb" ġejja mill-Għarbi li tfisser l-punent ta' Għawdex - simbolu ta' fejn jsir inżul ix-xemx. Il-kelma "Għarb" bl-Għarbi hija miktuba "herb". |
|
|
|
Il-motto tar-raħal huwa "In extremo vigilat" li jfisser "Għassies max-xifer" |
|
|
|
Gharb tfisser Punent, u fil-fatt r-raħal tal-Għarb jinsab fil-punent tal- gżira ta' Għawdex. Il-ħajja f'dan ir-raħal bdiet sekli ilu. Wieħed jista jsib l-għeruq antiki fiċ-ċentru tar-raħal fejn diversi djar għandhom eżempji ta galleriji bl-iskultura tal-ġebel. |
|
|
|
Il-populazzjoni tal-Għarb hija ta' madwar 1266 b'total ta' 400 familja. L- Għarb ikopri area ta' 14.3 kilometri kwadri. L-Għarb jisnab maġenb żewġ rħula oħra - San Lawrenz u l-Għasri u fuq n-naħa l-oħra tal-Għarb hemm il-baħar. |
|
|
|
L-Għarb sar parroċċa fl-1679 li waslet biex beda l-bini ta' knisja ġdida barokka. Mibnieha bejn l-1699 u l-1729, il-knisja għandha faċċata eleganti li tixbah dik ta' San Anjeże ta Borromini li tinsab fi pjazza Navona f'Ruma. Naturlament dik tal-Għarb hija verżjoni aktar sempliċi. |
|
|
|
Il-pjazza Għawdxija li hija tipikament Għawdxija li ġiet murieha fuq ħafna kartonlini. Fil-pjazza nsibu wkoll mużew sabiħ tal-folklor li fiha kull xorta ta' tifkiriet tal-istorja tal-gżejjer tagħna. |
|
|
|
Fl-Għarb insibu wkoll uħud mill-isbaħ kampanja t'Għawdex partikularment Ta' Dbieġi li hija l-ogħla għolja f'Għawdex. Ta' Dbieġi nsibu wkoll ċentru tal-isnajja Għawdxin. |
|
|
|
Fil-limiti tal-Għarb nsibu wkoll l-kappella ta' San Dimitri. Skond il- leġġenda, l-ewwel kappella ta' San Dimitri kienet mibnieha maġenb xifer l- irdum minn mara li kellha binha li ġie meħlus mill-jasar minn għand San Dimitri. |
|
|
|
Fil-viċinanzi tal-Għarb nsibu wkoll il-Bażilika Ta' Pinu li huwa santwarju mill-aktar iminenti f'Malta. Kien f'dan is-santwarju li fl-1883 li mara mir- raħal tal-Għarb semgħet il-viċi tal-Verġni Marija. |
|
|
|
|
Il-Kunsill Lokali
|
|
 Is-Sindku ta' bħalissa: Il-Kav. David Apap
|
|
Sindku:
|
David Apap Agius
|
|
Viċi Sindku:
|
Raymond Cassar
|
|
Kunsilliera:
|
Dimitrius Agius
|
|
Carmen Vella
|
|
Sunta Camilleri
|
|
Segretarja Eżekuttiva:
|
Joanne Attard
|
|
|
|
Uffiċċju:
|
Triq il-Viżitazzjoni, Għarb, GRB 1044
|
|
Nru. tat-Telefon:
|
(+356) 21 560 566
|
|
Nru. tal-Fax:
|
(+356) 21 562 727
|
|
Email:
|
gharb.lc@gov.mt
|
|
|
|
|
|
|
Mur Lura Fuq
|
|