|
|
|
|
|
|
|
|
|
Programm - L-Ewropa ghac-Cittadini
|
Programm - l-Ewropa ghac-Cittadini
|
|
|
Programm – l-Ewropa għaċ-ċittadini
L-għan ta’ dan il-programm huwa li jressaq l-Ewropa aktar qrib taċ-ċittadini u li jgħinhom sabiex jipparteċipaw fis-sħiħ fil-kostruzzjoni ta’ l-Ewropa. Permezz ta’ dan il-programm, iċ-ċittadini għandhom l-opportunita’ li jiġu aktar involuti fi skambji transnazzjonali u koperazzjoni f’attivitajiet li jikkontribwixxu sabiex jiġi żviluppat sens ta’ appartenenza għal idejat Ewropej komuni u jinkuraġixxi il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropeja.
Programm għaċ-Ċittadini 2007-2013
Dan il-programm jissaportja għadd ta’ attivitajiet u organizazzjonjiet li jippromwuovu “Ċittadinanza Ewropeja attiva”, b’mod partikolari għall-involviment taċ-ċittadini u ta’ l-organizazzjonijiet Ċivili fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropeja.
Il-Programm “Ċittadinanza Ewropeja Attiva” li għandu budget ta’ EUR 215 miljun jibda’ fl-1 ta’ Jannar 2007 u jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru, 2013 (Iktar informazzjoni dwar dan il-programm tista’ tinkiseb billi tgħafas il-links t’hawn taħt)
L-Aġenzija Education, Audiovisual and Culture Executive Agency (EACEA) hija responsabbli mill-immaniġjar ta’ parti mill-Programmi Kulturali Ewropej taħt is-superviżjoni tad-direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DG COMM ta’ l-Unjoni Ewropeja). Il-‘Points’ taċ-Ċittadinanza Ewropeja (ECPs) ġew imwaqqfa sabiex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni fil-programm Ewropa għaċ-Ċittadini. ECP’s jagħtu pariri u jgħinu fit-tmexxija f’kull aspett tal-programm inkluż kif jiġi ikkrejat il-proġett, preparazzjoni għall-fondi ta’ l-applikazzjonjiet kif ukoll fil-kostruzzjoni ta’ partnerships internazzjonali.
Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi tgħafas il-links segwenti:-
http://eacea.ec.europa.eu u
http://http://eacea.ec.europa.eu/citizenship/index_en.php |
|
|
|
|
Mur Lura Fuq
|
|