|
Arkivju
|
Korsijiet Sajf 2009
|
|
|
Matul is-Sajf il-Kunsill ser ikun qieghed iniedi korsijiet kemm ghat-tfal kif ukoll ghall-kbar. Fost ohrajn ser ikun hawn il-korsijiet segwenti:
Basic Art, Oil & Water Painting, Cookery, First Aid, Pottery, Ganutell, Hjata, Bizzilla, Mosaic, Induratura u Flower Arrangements.
Jekk xi hadd ikun interessat f’xi kors li mhuwiex imnizzel hawn fuq huwa gentilment mitlub jghaddi s-suggeriment tieghu lill-Kunsill. Huwa importanti ukoll li kull min huwa interessat jattendi xi wiehed minn dawn il-korsijiet japplika l-Kunsill sa nhar il-Erbgha 1 ta’ Lulju. Ser jinghata certifikat ta’ attendenza lil kull min jattendi ghal xi wiehed minn dawn il-korsijiet. Jekk ma jkunx hemm bizzejjed attendenza, l-kors ma jkunx jista’ jsir. Il-korsijiet ser jibdew fit-tieni Gimgha ta’ Lulju. |
|
|
Attivitajiet Festa 2009
|
|
|
Il-festa tal-Vizitazzjoni tant ghaziza ghar-rahal taghna issa waslet. Din is-sena l-Kunsill ser jaghti s-sehem tieghu waqt il-festa bl-attivitajiet segwenti:
Il-Gimgha 3 ta’ Lulju, fit-8.45pm ser isir kuncert fuq il-plancier tal-Knisja mill-banda Taljana ‘Corpo Musicale Citta’ di Trento’.
Il-Hadd 5 ta’ Lulju, bejn is-2pm u s-6pm ser tkun qeghda ssir l-Infiorata fuq iz-zuntier tal-Knisja. L-Infiorata tibqa’ hemm sa xhin tidhol lura l-purcissjoni. Kulhadd huwa mistieden sabiex jghin. |
|
|