|
|
|
|
|
|
|
|
|
Arkivju
|
Halloween Parti ghat-tfal
|
|
Children Halloween parti nhar it-Tnejn 1 ta' novembru fis-sala tal-Kunsill.
Kulhadd mistieden bil-kostum u mitlub igib mieghu il-qargha illuminati.
Parti jibda fis-7.15pm sad-9.15 |
|
|
Harga ghal Anzjani
|
|
|
Harga ghal anzjani nhar il-Gimgha 22 ta' Ottubru. Tluq mil-pjazza 7.00am.
Gurnata ta divertiment u shoping.
Aktar informazzjoni cempel fuq 21560556 |
|
|
Skema għar-Residenti dwar uzu ta’ energija alternattiva
|
|
|
Il-Kunsill qed jipprepara biex joffri lir-residenti sistema ta’ enerġija alternattiva kemm fid-dawl kif ukoll fl-ilma. Dan ser iwassal sabiex ir-residenti jiffrankaw finanzjarjament. Aktar dettalji f’dan ir-rigward ser jinġħataw fil-jiem li ġejjin. |
|
|
Ħarġa għall-Anzjani
|
|
|
Nhar il-Ħadd 21 ta’ Frar, il-Kunsill Lokali ser jorganizza ħarġa u ikla għall-Anzjani. Bħal drabi oħra ser issir quddiesa, ħarġa u ikla. Dawk kollha interessati li jattendu huma ġentilment mitluba jinkitbu l-Kunsill sa nhar it-Tnejn 15 ta’ Frar. |
|
|
Karnival
|
|
|
Il-Kunsill Lokali Għarb ser joganizza l-Karnival nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar. Bħas-snin preċedenti waqt din is-serata ser isiru l-kompetizzjonijiet għall-isbaħ kostum tat-tfal. Huwa għalhekk li l-ġenituri huma imħeġġa sabiex iniżżlu lit-tfal tagħom sabiex jipparteċipaw għal din il-kompettizzjonijiet sa nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Frar. |
|
|
Laqgha Annwali tal-Lokalita'
|
|
|
Skond l-artiklu 70 ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali (Att Nru. XV ta’ l-1993), ser ssir laqgha annwali tal-lokalita’ nhar il-Gimgha 5 ta’ Frar, 2010 fis-sala tal-Kunsill Lokali, Triq il-Vizitazzjoni, Gharb fis-6.30pm.
Dawk ir-residenti kollha li isimhom jidher fuq l-ahhar Registru Elettorali tal-Lokalita’ huma mistiedna li jattendu. |
|
|
Xogħolijiet fuq ir-rising main tad-drenaġġ
|
|
|
Ix-xogħol fuq ir-rising main tad-drenaġġ għaddej ġmielu u issa qed joqrob biex tinħeles ir-raba’ fażi tiegħu. Din il-fażi li tinkludi Triq Frenċ ta’ l-Għarb hija mistennija titlesta sa l-aħħar ta’ Novembru. Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni ta’ kulħadd b’dan segwenti:
Huwa importanti ħafna li waqt li qed isiru x-xogħolijiet jiġu osservati t-tabelli indikattivi li jinsabu imwaħħla fit-toroq tal-lokalita’.
Barra minhekk il-Kunsill jixtieq jerġa’ jiġbed l-attenzjoni tar-residenti li peress li fil-preżent Triq l-Isqof M. Molina u Triq Trux huma two way, huwa importanti li ma jsirx parking fihom bejn is-6.30am u l-5pm. Il-Kunsill qed jitlob koperazzjoni sabiex jiġu osservati dawn il-ħinijiet biex b’hekk ma jkunx hawn problemi ta’ traffiku jew biża ta’ xi inċidenti.
Min ikollu xi problema huwa ġentilment mitlub sabiex jirrikorri jew iċempel lill-Kunsill. |
|
|
Laqgħa oħra ghall-Operaturi fis-Settur Turistiku
|
|
|
B’kontinwazzjoni għal-laqgħa li saret nhar il-Erbgħa 18 ta’ Novembru, ser issir laqgħa oħra għall-operaturi kollha involuti fis-settur turistiku. Waqt din il-laqgħa ser jitkomplew jiġu diskussi l-proposti u mezzi kif jittejbu u jiżdiedu l-faċilitajiet li qed jiġu offruta f’dan is-settur sabiex dawn il-proposti jiġu imfassla f’applikazzjoni għall-proġett għall-Fondi Strutturali mill-Unjoni Ewropeja. Huwa importanti li min ma ġiex għall-ewwel laqgħa jattendi għal din il-laqgħa biex ngħinu lil xulxin intejbu dan is-settur tant importanti għall-pajjizna. Din il-laqgħa ser issir fil-Kunsill Lokali Għarb nhar il-Ħadd 22 ta’ Novembru fl-10am. |
|
|
Avviz lill-Bdiewa
|
|
|
Il-Kunsill qed joffri servizz ta’ gbir ta’ pijpijiet uzati tad-drip jew xi plastic iehor relatat mal-biedja. Kull min jixtieq jarmi dan it-tip ta’ materjal huwa gentilment mitlub javza lill-Kunsill Lokali Gharb. |
|
|
Korsijiet Xitwa
|
|
|
Il-Kunsill Lokali Gharb jixtieq javza li matul ix-xhur tax-xitwa ser isiru diversi korsijiet fosthom dawn segwenti:
Kompjuter, Lingwi, Kors fil-bini tal-Presepju u Kors tal-Malti ghall-barranin.
B’kollaborazzjoni ma’ l-ETC, il-Kunsill ser jorganizza ukoll:
Korsijiet fil-letteratura kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliz; u
Kors ghan-nisa li jixtiequ jergghu jibdew jahdmu. Dan il-kors ser jaghti t-tahrig necessarju biex jghin fl-ingagg ghax-xoghol. Fost ohrajn ser jinkludi kif ghandek tapplika u tikteb ic-CV, kif tipprepara ghall-interview, ligijiet tax-xoghol, ecc.
Dawk kollha interessati li japplikaw ghal xi wiehed minn dawn il-korsijiet jew jixtiequ aktar informazzjoni huma gentilment mitluba sabiex jaghmlu dan sa mhux aktar tard minn nhar il-Gimgha 9 ta’ Ottubru. |
|
|
Offerti
|
|
|
Il-Kunsill Lokali Gharb javza’ lill-pubbliku ingenerali li qed jilqa’ offerti maghluqa sal-10.00am ta’ nhar it-Tlieta 20 ta’ Ottubru, 2009 ghas-segwenti:
Tender 01-09/10: Tindif u Manutenzjoni tal-latrini pubblici fi Triq ta’ Pinu
Tender 02-09/10: Tindif u Manutenzjoni tal-latrini pubblici fi Triq Trux
Tender 03-09/10: Servizz ta’ Open Skip
Tender 04-09/10: Provvista ta’ materjal (hardware items)
Dokumenti ta’ l-offerta jistghu jinkisbu mill-ufficju amministrattiv tal-Kunsill ghall-hlas ta’ €35 kull dokument. Ghal aktar dettalji wiehed ghandu jikkuntattja lis-Segretarju Ezekuttiv fuq in-numru 21560556.
Joanne Attard
Segretarju Ezekuttiv |
|
|
|
|
Mur Lura Fuq
|
|