|
Wara is-suċċess ta' Seħer il-Punent tas-sena li għaddiet, dis-sena Seħer il-Punent qed jerġa jkun organizzat. Dan sa jkun bejn it-28 u t-30 ta' Marzu - lejlet btala pubblika.
In-nies li jiġu għal Seħer il-Punent jistghu jżuru diversi postijiet li sa jkunu juru l-arti u s-snajja li għadhom ħajjin ġewwa l-Għarb. Il-programm jinkludi wkoll re-enactments tal-ħajja tal-villaġġ mill-passat.
Il-programm jinkludi attivitajiet li jibdew minn filgħodu u jibqgħu sejrin sa filħaxija. Fl-għaxija, il-pjazza prinċiplai sa tkun mdawra b'imwejjed u siġġijiet u sa jkun hemm vendi fejn jinbiegħ ikel tradizzjonali.
Fit-28 ta' Marzu nsibu kuncerti ta mużika country minn Marisa d'Amato kif ukoll kunċert bil-partecipazzjoni ta The Spiteri Lucas Band, J Anvil, Ludvig Galea, Nadine Axisa u l-kummidjant popolari Augusto Cardinali.
Fid-29 ta' Marzu jkun hemm Joe Demicoli u Freddie Portelli li sa jagħmel kunċert ta' siegħa u nofs ta' mużika tas-snin 60. Il-kunċert jkun preżentat mill-kantanti ta Greenfields.
Fl-ahhar lejla, sa jkantaw il-finalisti kollha tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa kif ukoll l-kantanta rebbieħa Għawdxija Morena. Jkun hemm kunċert live mill-BIG BAND BROTHERS li hi band magħmulha minn mużiċisti ta' talent jdoqqu strumenti tar-ram u perkussjoni. Ir-repertorju tagħhom jinkludi mużika oriġinali, klassika, latina, jazz u mużika pop.
F'kull lejla s-show tinkludi marċi mill-banda Viżitazzjoni tal-Għarb kif ukoll diversi danzi u kunċerti minn gruppi rock Għawdxin.
Matul t-tlett ġranet sa jkun hemm ukoll mixjiet kulturali li juru l-karattru uniku tal-Għarb. Jkun hemm esebizzjoni tal-arti kif ukoll attivitajiet tradizzjonali bhall-Qiegħa. Sa jkun hemm ukoll żjara għall-wine cellar fejn isir l-wine tasting.
Riservazzjonijiet għall-mixjiet kulturali jeħtieġ li jsiru minn qabel - jekk jogħġbok ċempel fuq 21560556, jew 99250198, jew inkella ibgħat email fuq gharb.lc"gov.mt. L-esebizzjoni tal-arti tkun miftuhħa bejn l-10.00 u 14.00 u bejn 19.00 u 23.00. |