|
|
|
|
|
|
|
|
|
Arkivju
|
Servizz ta' Librar/a
|
|
|
Il-Kunsill Lokali Gharb flimkien mad-Dipartiment tal-Libreriji u mad-Dipartiment tal-Customer Services jilqghu applikazzjonijiet minghand persuni kwalifikati ghal servizz ta’ librar/a fil-librerija fergha tal-Gharb fi Triq il-Vizitazzjoni, Gharb.
Min jintghazel irid ikun jitkellem tajjeb bil-Malti u bl-Ingliz, ihaddem apparat ta’ l-Ufficju, kapaci juza l-kompjuter u jahdem 6 sighat fil-gimgha. Ikun irid imexxi l-librerija skond kif il-Kunsill jiddeciedi minn zmien ghal zmien u skond il-hinijiet li l-Kunsill flimkien mad-Dipartiment jistabilixxu. Min jintaghzel ikun mistenni li jiehu hsieb is-servizzi ancillari provduti fil-librerija u jigbor il-hlasijiet ghalihom.
Jistghu japplikaw dawk li jokkupaw jew kienu jokkupaw post ta’ librar/a jew dawk il-persuni li ghandhom Diploma ta’ librar/a jew dawk li ghandhom minimu ta’ 5 certfikati tas-SEC jew ekwivalenti li jinkludi l-Malti u l-Ingliz.
L-applikazzjoni flimkien ma’ curriculum vitae li tindika l-kwalifiki u l-esperjenza li wiehed ikollu, ghandhom jaslu ghand is-Segretarju Ezekuttiv, fl-Ufficju tal-Kunsill Lokali Gharb sa mhux aktar tard minn nofsinhar ta’ nhar it-Tnejn 28 ta’ Lulju, 2008. |
|
|
|
|
Mur Lura Fuq
|
|